Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-pool? Meta kont żgħir kont immur ma' missieri sal-każin tal-Anici f 'Ħal Qormi u minn dejjem kelli l-ħajra illi naqbad din il-logħba. Ta' 13-il sena bdejt nipparteċipa f 'kompetizzjonijiet u kont irrappreżentajt lil Anici Band Club fit-Tieni Diviżjoni. Niftakar illi kont irbaħt 15-il logħba f 'dak l-istaġun u t-tim kien tela' Premier. Dakinhar kelli 15-il sena u rnexxieli nirbaħ sitt logħbiet minn tmienja li lgħabt. Sena wara, meta għalaqt is-16-il sena kont ipparteċipajt f 'turnament organizzat mill-klabb tal-boċċi ta' Ħal Qormi u hemmhekk kien hemm l-aqwa plejers ta' din il-logħba jipparteċipaw. Irnexxieli nasal sal- finali u eventwalment nirbaħha wkoll. Komplejt nikber u fil-kategorija ta' taħt it-18-il sena kelli suċċessi individwali u dan il-fatt kien determinanti sabiex inżid fir- rankings u apparti minn hekk inkun champion f 'diversi unuri li ħadt sehem fihom. Meta rajt illi qed nitjieb f 'din il- logħba, bdejt nagħmel minn kollox biex insib ċans nitħarreġ aktar u aktar fil-pool. Kont nagħmel bejn tlieta u erba' sigħat kuljum għalkemm illum il-ġurnata ftit għandi ċans nagħmel dak l-ammont ta' sigħat anke minħabba x-xogħol illi għandi. Madankollu l-esperjenza għallmitni ħafna u sirt naffaċċja l-logħba bl-aħjar mod possibbli. Meta ssemmi l-kelma pool qisek qed tgħid billiard? U jekk insemmilek l-eight ball u l-isnooker x'differenza hemm bejniethom? Iva, fil-fatt nista' nikkonfermalek illi l-pool u l-billiard huma l-istess ħaġa. Min-naħa l-oħra hemm differenza kbira bejnu u bejn l-isnooker. Fil-pool trid tħaddem aktar moħħok biex iġġib l-avversarju fuq sieq waħda. Min- naħa tal-isnooker trid tippottja l-boċċi sabiex ittella' l-punti u tirbaħ il-logħba. Int kont champion tad-dinja tal- pool is-sena l-oħra. X'fisser għalik dak it-tragward? Jien ili nsiefer 20 sena u meta kont nara diversi plejers jispiċċaw champions tad-dinja minn dejjem ikollok dik il-ħolma li xi darba ssir bħalhom. Diġà kelli ċ-ċans illi nipprova għal dan it-tragward fis-sena 2008 meta kont wasalt sas-semifinali tal-World Masters iżda b'xorti ħażina kont tliftha. Minkejja dan kollu, kont determinat illi nibqa' nissielet sabiex xi darba nirbaħ xi ħaġa u rnexxieli nagħmel dan fl-2013 meta rbaħt il-World Masters Tournament wara li ħadt il-logħba minn fuq il-plejer professjonali Ingliż Lee Kendall. Kienet finali missielta għax l-avversarju tiegħi beda tajjeb ħafna tant illi kien erba' frames minn fuq iżda jien qatt ma qtajt qalbi u rnexxieli naqleb kollox ta' taħt fuq biex irbaħt bil-punteġġ ta' 10-8. Int ġieli lgħabt disa' logħbiet f 'ġurnata. Kif jirnexxilek tipprepara ruħek mentalment sabiex tagħmel dan kollu? Jien nemmen illi jekk tibqa' ffukat u konċentrat, jirnexxilek tagħmel dan kollu. Fl-istess ħin ġieli meta nkun qed nilgħab lanqas ninduna li nkun lgħabt dawk in-numru ta' logħbiet. Mhux biex niftaħar iżda personalment nemmen illi meta jien inkun moħħi hemm, fil- ġurnata kapaċi nilgħab lil kulħadd. L-esperjenza għallmitni li wieħed għandu joqgħod attent biex jikseb riżultat tajjeb imbagħad il-logħob jiġi waħdu. Iżda mbagħad hemm oħra. Mhux biss huwa importanti li tkun moħħok hemm fil-logħba iżda xi kultant il-fortuna taf tgħinek ukoll. Din mhux l-ewwel darba li ġratli fejn inkun lgħabt tajjeb iżda mbagħad ix-xorti mhux dejjem kienet miegħi. Għalhekk qed ngħid illi hemm diversi fatturi li huma importanti f 'din il-logħba tant sabiħa. X'inhu l-livell tal-pool f 'Malta meta kkomparat ma' pajjiżi oħra? Jien nista' ngħidlek illi għandna livell għoli ħafna fejn bħala plejers dejjem żammejna isem Malta fil-għoli u dejjem ikollna ranking mal-aqwa erba' pajjiżi fid-dinja. Fil-fatt f 'dawn l-aħħar għaxar snin dejjem konna f 'din il- pożizzjoni u din apparti li tagħtina ħafna kuraġġ, tagħmilna kburin ħafna. Riċentement dejjem qed jirnexxielna nitilgħu fil-finali ta' xi kompetizzjonijiet u din hija xi ħaġa verament sabiħa. U l-iktar ħaġa pożittiva hu li f 'dan l-isport dejjem ksibna l-unuri. Kemm jagħtukom importanza l-awtoritajiet konċernati? Kif taf il-futbol huwa l-iktar sport favorit mal-Maltin. Hemm imbagħad sport ieħor li wkoll huwa popolari iżda wara kollox hemm ukoll il-billiard u s-snooker. Dawn qed jagħtu ċerti riżultati li jagħmlu ġieħ lil pajjiżna. U huwa hawnhekk fejn inħoss illi din il-logħba mhux qed tiġi stmata kif suppost. Ninsabu neqsin minn reklamar meta tkun ser issir xi logħba importanti. Kieku ma jkunux il-Malta Pool Association żgur li dan l-isport lanqas ikun magħruf. Is-segretarju ta' din l-assoċjazzjoni Vincent Degiorgio kif ukoll Carmel Cilia jaħdmu bla heda għall-ġid ta' dan l-isport f 'pajjiżna. Kellimni dwar ir-riżorsi li jeżistu f 'pajjiżna komparati ma' dawk li tużaw barra minn xtutna. Aħna dejjem nixtru mwejjed ġodda sabiex nibqgħu nilagħbu f 'kundizzjonijiet tajba. Minkejja kollox hawn Malta tagħmel ħafna umdità u tiskanta kemm teffettwa l-imwejjed. Aħna nilagħbu fil- każin ta' Ħal Qormi San Ġorġ u huwa hemmhekk fejn nitħarrġu sabiex inkunu nistgħu nsiefru bejn tliet u erba' darbiet f 'sena f 'kompetizzjonijiet Ewropej u dinjija. Semmejt li intom issiefru. Dawn toħorġuhom minn butkom jew inkella għandkom l-għajnuna? Hemm sagrifiċċju kbir involut meta int tiġi biex tieħu sehem f 'kompetizzjoni barra minn Malta. Nirringrazzja minn hawn għal darb'oħra lil Malta Pool Association illi tgħinna mill-aħjar li tista' billi tħallsilna l-biljett tal-ajruplan u l-akkomodazzjoni sabiex inkunu nistgħu nippreparaw bl-aħjar mod għal din il-parteċipazzjoni. Semmejt is-sagrifiċċji. Kif taf int meta tiġi biex issiefer ikollok titlaq mid-dar u tħalli lill-familjari tiegħek warajk. Dawn il-persuni jfissru ħafna għalina l-plejers għax huma wkoll jagħmlu sagrifiċċji kbar iżda jafu li aħna nkunu kuntenti b'dak li nagħmlu. Fl-aħħar mill-aħħar wara li jispiċċa kollox aħna rridu mmorru għax- xogħol bħal kull persuna oħra. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol u mat-training? Nerġa' nsemmilek il-kelma sagrifiċċju. Int wara x-xogħol trid tmur id-dar, tieħu xawer u tmur dritt għat-training mingħajr ma titlef ħin. Jien dak it-tip ta' bniedem li determinat li nikseb ir-riżultati u għalhekk nagħti l-almu tiegħi kemm fit-taħriġ kif ukoll waqt il-logħob. Jien nemmen illi dan huwa li hemm bżonn ikollhom l-atleti Maltin. Motivazzjoni, determinazzjoni u fuq kollox sagrifiċċju għax inkella ma tasalx. Il-karattru tiegħi jgħidli li jekk int ma titħarriġx kif suppost aħjar ma tieħu sehem xejn milli taqa' għaċ-ċajt. Taħseb illi l-moħħ jilgħab parti importanti sabiex tirnexxi f 'dan l-isport? Il-moħħ huwa importanti f 'kull sport fil-verità. Il-moħħ huwa kollox! Ngħidlek ukoll ir-raġuni. Meta int ikollok xi diffikultà f 'xi tattika illi tkun se tutilizza fil-kolpi li jkunu ġejjin, jekk tkun nervuż mhux ser tkun kapaċi toħroġ minnha filwaqt illi jekk tirraġuna, tirrifletti, żżomm kalm u taħseb sew, kapaċi toħroġ minnha mill-aħjar li tista'. Kif qed tara l-futur tal-pool f 'pajjiżna? Hawn żgħażagħ tajbin telgħin bħalissa? Iva, nista' ngħid illi telgħin żgħażagħ ferm interessanti. nitlob l-għajnuna kemm lill-gvern kif ukoll lil sportmalta biex ikollna post 'Kont sirt Champion tad-Dinja iżda ħadd Cristian Antony Muscat Anton Cuschieri - Champion tal-pool ta' Malta matul din is-sena u tad-dinja matul is-sena li għaddiet. F'dawn l-aħħar snin għamel unur kbir lil pajjiżna f 'dan l-isport li tant iħobb. Madankollu, f 'din l-intervista huwa jsostni bil-qawwa kollha li hemm bżonn ta' iktar sapport u rikonoxximnet mill-awtoritajiet konċernati lejn dan l-isport li tant qed jikber l-popolarità f 'pajjiżna. "Huwa importanti illi f 'dan l-isport wieħed jibqa' dejjem kalm u saqajh mal-art. Wara mbagħad huwa meħtieġ illi tilgħab b'dedikazzjoni u tieħu t-taħriġ bis-serjetà. Qatt m'għandha tikbirlek rasek sabiex int dejjem tieħu l-logħbiet illi jkollok b'ċertu dedikazzjoni jkun min ikun l-avversarju."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018