Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979
5 Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet fi żmien tliet snin, il-postijiet ta' divertiment fil-Belt Valletta faqqsu bħall-flieles, biżżejjed tħares biss lejn Triq it-Teatru l-Antik u l-famuża Strada Stretta. Il-Kunsill joġġezzjona għal kull ristorant jew bar fiż-żona residenzjali Mistoqsi jekk jaħsibx li l-istorbju huwa waħda mill- problemi ewlenin tal-Belt Valletta, is-Sindku wieġeb fil-pożittiv u saħaq li l-Kunsill Lokali qed iżomm din is- sitwazzjoni taħt għajnejh u joġġezzjona meta jsir jaf li se jinfetaħ ristorant jew bar fiż- żona residenzjali. Dingli saħaq li r-residenti qed iressqu diversi ilmenti għax fi kliemu "qed isofru" jew minħabba stabbilimenti li jdoqqu l-mużika għolja, b'uħud minnhom bla permess jew minħabba storbju li joħolqu persuni li joħorġu jiddevertu fuq barra tal-istabbilimenti, mingħajr l-ebda rispett lejn ir- residenti li jgħixu fil-viċin. 'Min suppost qed jipproteġi l-Belt qed jagħlaq għajnejh' Kien hawn li qal li minkejja l-ilmenti li ressaq il-Kunsill, ħafna drabi l-oġġezzjonijiet waqgħu fuq widnejn torox. "Nies li suppost qegħdin hemm biex jipproteġu l-Belt qed jagħlqu għajnejhom u dan jista' jwassal biex jirvina l-karattru uniku tal-Belt permezz ta' żvilupp żejjed u bla rażan li ma jagħtix kas il- bżonnijiet tar-residenti li jgħixu fil-kapitali," saħaq is-Sindku. "Għamilna bosta ilmenti u kellna numru ta' laqgħat ma' entitajiet differenti biex tinstab soluzjoni fuq il-problema tal- istorbju. Iżda dejjem issib dawk il-ftit sidien li jinjoraw il-ligi." Iżda x'jista' jsir? Kif tista' twaqqaf il-mijiet ta' persuni li fi tmiem il-ġimgħa qed jagħżlu l-Belt Valletta biex iqattgħu ħin mal-familja jew il-ħbieb? Qabel l-introduzzjoni tas-'Sound Meters', għas-Sindku hemm soluzzjoni li hija ħafna aktar sempliċi. Saħaq li hemm bżonn infurzar serju mill-awtoritajiet biex jiżguraw li l-istabbillimenti jkunu konformi mal-liġi. 'L-istorbju qed jaffettwa s-saħħa mentali tar-residenti' Waqt li kkwota l-Kodiċi Kriminali, is-Sindku fakkar li l-liġi hija ċara u tonda: Huwa ħati ta' kontravenzjoni kull min "bil-lejl, jikser il-mistrieħ tan- nies bi ħsejjes jew għajjat, jew b'mod ieħor." Qal ukoll li Malta hija nieqsa minn liġijiet fuq il-livell tal- istorbju jew inkella huma liġijiet limitati u kien għalhekk li appella biex tidħol fis-seħħ liġi aktar ħarxa fuq dawn l-abbużi, għax skontu, l-istorbju mhux qed joħloq biss inkonvenjent għar-residenti, iżda saħanistra qed jaffettwa ħażin is-saħħa mentali tagħhom. Intant, wara li stħarriġ ieħor tal-Eurostat kien poġġa lil Malta bħala l-aktar pajjiż storbjuż fl-Unjoni Ewropea, kelliem għall-Ministeru għall-Ambjent, kien qal mat-Times of Malta li fil-futur qrib se jitressaq abbozz ta' liġi biex tiġġieled it-tniġġis mill-istorbju. fi żmien tliet snin, il-postijiet en hawn li qal li minkejja li kkwota l-Kodiċi jinqatagħlek id-dawl' - Hekk irid is-Sindku Ma tistax torqod minħabba l-istorbju? X'għandek tagħmel? Imma l-Kunsill se joqgħod b'idu fuq żaqqu u ma jagħmel xejn? Skont Alexiei Dingli, f 'dan ir-rigward il-Kunsill Lokali jaħdem mill-qrib man-Noise Abatement Society of Malta (NASOM), tant li nħolqot proċedura sempliċi ħafna li tistipola x'għandu jagħmel resident meta jkollu ilment minħabba l-istorbju. Din hija bbażata fuq tliet passi: • Djalogu: Tkellem ma' min qed jagħmel l-istorbju. Ħafna drabi persuni jindunaw li qed jagħmlu wisq storbju u jdejqu n-nies meta xi ħadd jiġbdilhom l-attenzjoni • Medjazzjoni: Jekk il-problema tippersisti, tkellem ma' terzi persuni li jisimgħu x'għandek tgħid inti u anke lil min qed joħloq l-inkonvenjent, bil-għan li tinstab soluzzjoni. Importanti li qabel kollox il-problema tkun solvuta b'mod informali. F'każ li jkollok tieħu azzjoni legali, il-fatt li tkun aġġixxejt b'mod responsabbli se taħdem favur tiegħek. • Irrapporta: Jekk ma jirnexxilekx bil-kelma t-tajba, tiħux il-liġi b'idejk iżda rrapporta lill-awtoritajiet ikkonċernati. Jekk l-istorbju huwa wara l-5pm, irrapporta lill-pulizija fl-għassa lokali. Sant ma jivvotax fuq rapport dwar ir- relazzjonijiet bejn l-UE u n-NATO FILPARLAMENT Ewropew Alfred Sant astjena fuq ir-rapport 'Ir-Relazzjonijiet tal-UE u n-NATO'. Dr Sant qal li peress li Malta pajjiż newtrali, huwa xieraq li ma jivvotax favur jew kontra kwistjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn l-UE u n-Nato. It-tieni punt, qal l-MEP, ir-rapport ftit imiss is-sigurtà reali u l-interessi strateġiċi tal-UE u kif dawn għandhom jiġu definiti. L-MEP Malti qal li hemm l-interess vitali li n-nazzjonijiet Ewropej jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-armamenti tagħhom, imqar biex jiksbu ekonomiji fuq skala kbira fi proġetti ta' riċerka u żvilupp fi ħdan parametri ta' suq uniku. Dan jikkumplimenta wkoll l-ippjanar tad-difiża tan-NATO permezz ta' koperazzjoni aktar faċli bejn il-forzi armati tal-Istati Membri, kemm tal-UE u kif ukoll tan-NATO. "L-interessi tas-sigurtà tal-UE qed jiġu artikolati u appoġġjati fuq nuqqas ta' prinċipji. Dan l-aġir jista' jkollu konsegwenzi kontinwi u mhux previsti. Jista' jwassal għal operazzjonijiet militari 'ad hoc', sanzjonati jew sorveljati min-NATO, madwar il-periferija tal- UE li l-leġittimita tagħhom tibqa' dubjuża. Iżda dawn xorta jirriflettu u jaffettwaw lill-UE kollha kemm hi. Minħabbba l-inċertezzi li ħolqu l-inizjattivi mnedija mill-Gvern Amerikan ta' Trump, ma tantx hu għaqli li l-UE taġixxi b'tali mod li tista' twassal għal aktar inċertezzi" qal Alfred Sant. Ir-riżoluzzjoni għaddiet b'441 vot favur, 182 vot kontra u 57 astensjoni.