Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 | illum Aħbarijiet ILDATA tat-12 ta' Ġunju 2018 se tibqa' mfakkra bħala ġurnata storika, dan wara li kmieni t-Tlieta li għadda, f 'Singapore, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-mexxej kommunista tal-Korea ta' Fuq, Kim Jong Un, iffirmaw qbil li jiddikjara li Pyongyang se jimplimenta d-denuklearizzazzjoni sħiħa tal-Korea ta' Fuq. Però dan huwa l-ewwel tentattiv għall-paċi fil- peniżola Koreana? L-Istati Uniti kienet fi gwerra mal- Korea ta' Fuq? L-ILLUM twieġeb. X'inhu l-kuntest politiku u storiku li wassal għall- gwerra? Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-okkupazzjoni Ġappuniża tal-Korea ntemmet u minflok ġew installati truppi Sovjetiċi fil-parti tat-Tramuntana u t-truppi Amerikani fil-parti tan-Nofsinhar tal- peniżola. Sena biss wara, bl- appoġġ tal-Unjoni Sovjetika, twaqqaf il-Partit Komunista tal-Korea ta' Fuq. Fl-1948, ġiet ipproklamata r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal- Korea, b'Kim Il-Sung bħala l-ewwel mexxej. X'inhuma l-għeruq tal- antagoniżmu bejn iż-żewġ pajjiżi? Il-gwerra bdiet fil-25 ta' Ġunju 1950 meta l-Korea ta' Fuq invadiet il-Korea t'Isfel. L-Istati Uniti dak iż-żmien motivata mit- Truman Declaration, (dikjarazzjoni bl-għan li twaqqaf l-espansjoni tal-idea Kommunista), offriet l-għajnuna tagħha lill-Korea t'Isfel. Fl-istess waqt iċ-Ċina u l-Unjoni Sovjetika, dak iż-żmien żewġ potenzi kommunisti, servew bħala l-bastun militari għall-Korea ta' Fuq. Il-ġlied bejn iż-żewġ partijiet spiċċa fis-27 ta' Lulju 1953, meta ġie ffirmat armistizju. B'riżultat ta' dan il-Peninżola Koreana nfirdet f 'żewġ partijiet: il-Korea ta' Fuq bi gvern Kommunista u l-Korea t'Isfel bi gvern elett demokratikament. Kif iggravat ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi ? Għalkemm l-involviment tal-Istati Uniti fil-Gwerra tal-1950 huwa l-mottiv prinċipali wara r-relazzjoni xejn feliċi bejn iż-żewġ stati, fl-aħħar snin ir- relazzjoni bejn iż- żewġ pajjiżi kienet ikaratterizzata minn diversi testijiet ta' armi nukleari tal-Korea ta' Fuq u bit-theddid kontinwu lejn l-Istati Uniti. Dan huwa l-ewwel tentattiv ta' paċi fil-Korea? Le. Fil-bidu tal-1994, fid-dawl ta' iktar theddid min-naħa tal-Korea ta' Fuq fil-konfront tal-Istati Uniti, l-amministrazzjoni ta' Bill Clinton għażlet li tinnegozja ma' Pyongyang. F'Ottubru 1994, in- negozjati waslu għal ftehim li bih il-Korea ta' Fuq kienet se tiffriża u eventwalment iżżarma l-faċilitajiet nukleari tagħha. Diversi esperti u storiċi jgħidu li dan il-ftehim, kien iffaċilitat minħabba l-bidla fis-sitwazzjoni ġeopolitika ta' dak iż-żmien, fosthom bil-kollas tal-Unjoni Sovjetika u biċ-Ċina tfittex relazzjoni aħjar mal-Korea t'Isfel. Jekk diġà kien hemm qbil għaliex reġgħu ltqagħu? Meta l-President George W. Bush ħa t-tmun fl-2001, l-amministrazzjoni tiegħu ħadet attitudni politika aktar iebsa lejn il-Korea ta' Fuq. Fl-aħħar tas- sena 2002, il-ftehim ikkrolla. Fis-snin li segwew ir-relazzjonijiet diplomatiċi komplew sejrin għall-agħar speċjalment meta ħa riedni f 'idejh Kim Jung Un. Xaqq ta' dawl fl-2018... Trump u Kim jiltaqgħu f 'Singapore Fit-8 ta' Marzu 2018, il- White House kkonfermat li l-President Donald Trump aċċetta stedina għal laqgħa minn Kim Jong- Un. Minkejja dan, fl-24 ta' Mejju Trump kien informa li l-laqgħa ma kinetx se ssir minħabba 'ostilità min- naħa tal-Korea ta' Fuq.' Fl-1 ta' Ġunju l-President Amerikan, b'mossa 'Trump' reġa' ħabbar li s-summit kien se jsir fit-12 ta' Ġunju 2018. Il-President Trump iltaqa' mal-President Kim fil-lukanda Capella f 'Singapor. Huma ffirmaw trattat wara diskussjoni ta' 45 minuta. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Bdieha Truman u spiċċaha Trump…Paċi wara 68 sena 68 sena ta' gwerra waħda u ħafna ġlied, argumenti u theddid Trump u Kim jirrikonċiljaw f 'Singapore. L-istorja kollha miġbura f '500 kelma

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018