Illum previous editions

ILLUM 17 June 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/994979

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 17 ta' Ġunju 2018 Il-Kottonera bl-inqas numru ta' gradwati STUDJU ġdid li ħejjiet il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE), ikkonkluda li hemm nuqqas kbir ta' studenti min-naħa t'isfel ta' Malta fl-istutizzjonijiet edukattivi Maltin. Ir- rapport wasal għal din il-konklużjoni wara li kkompara l-popolazzjoni ta' Maltin fin-naħa t'isfel ta' Malta u n-numru totali ta' Maltin li qegħdin isegwu xi programm ta' studju fl-istituzzjonijiet Maltin bħall-Università ta' Malta u l-MCAST. Tul is-sena 2016, kien hemm, 1,820 student min- naħa t'isfel tal-Port il-Kbir li nkiteb f 'xi kors ta' studju. Din iż-żona tinkludi fiha l-lokalitajiet ta' Bormla, Birgu, l-Isla, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra. Din kienet l-anqas rata fiż-żoni kollha madwar Malta, fil-fatt fin-naħa tat-Tramuntana tal-port (Tas-Sliema, is-Swieqi, San Ġiljan...) kien hemm 4,356 student li nkiteb għal kors f 'istituzzjoni edukattiva. Fin-naħa tax-Xlokk (Marsaxlokk, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq…) kien hemm 2,224 student u fin-naħa tal-Punent (iż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba…) u t-Tramuntana (San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, ix- Xemxija…) kien hemm 2,448 u 2,372 student rispettivament. Figuri simili kienu rrapportati fin-numru ta' gradwati Maltin. Hekk kif għal darb'oħra, b'5,884 l-inqas numru ta' gradwati kienu ġejjin min-naħa t'isfel tal-port ta' Malta. L-akbar numru ta' gradwati ġew min-naħa tat-Tramuntana tal-port, b'16,724 student. Fl-istess waqt, 6,200 u 8,702 studenti gradwaw min- naħa tax-Xlokk u l-Punent ta' Malta rispettivament u 8,918 student min-naħa tat- Tramuntana. Ir-rapport sostna li wkoll li meta mqabbel mas- sehem tal-popolazzjoni ta' Għawdex hemm rappreżentazzjoni għolja ta' studenti li jinkitbu għal programmi edukattivi b'1,304 u finalment jiggradwaw. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter … u dawk mill-Fillipini huma l- aktar studenti barranin li gradwaw f 'Malta Tinżel ir-rata ta' żgħażagħ li ma komplewx l-iskola iżda xorta tibqa' inkwetanti Fuq nota differenti, ir-rata ta' żgħażagħ Maltin li ma segwewx programm edukattiv wara li lestew l-edukazzjoni sekondarja kompliet tinżel għal 18.6% fl-2017. Minkejja dan, ir-rapport innota kif il-pjan sabiex din ir-rata tinżel għal 10% sal-2020 se tibqa' sfida kbira għal Malta. Fl-istess waqt, persuni Maltin bejn it-30 u l-34 sena li segwew kors ta' studju telgħet għal 30% tul is-sena li għaddiet. B'hekk ir- rapport kien ottimist li tintlaħaq il-mira tal-Unjoni Ewropea ta' 33% sas-sena 2020. Numru kbir ta' Fillipini li qed jiggradwaw f 'Malta Intant l-istess studju kkonkluda wkoll li l-ogħla rata ta' persuni barranin li gradwaw f 'Malta kienu ġejjin mill-Filippini. Dawn kienu segwita minn studenti Niġerjani u dawk mir-Renju Unit. L-Agrikoltura ħadd ma jrid jaf biha Ir-rapport indaga wkoll fuq l-aktar għażliet popolari għall-istudenti Maltin. Jidher biċ-ċar li fuq medda ta' tmien snin, il-programmi tal- liġi, tan-negozju u tax-xjenzi soċjoekonomiċi baqgħu l-aktar popolari mal-istudenti Maltin. Dawn kienu segwiti bil-programmi tas-saħħa u l-edukazzjoni. Allarmanti kien il-fatt li tul is-sena 2016 fl-agrikoltura kien hemm biss 57 gradwat. Il-maġġoranza tal- gradwati huma nisa Skont l-istess studju, f 'Malta b'55.6%, il- maġġoranza tal-gradwati huma nisa. Min- naħa l-oħra, 44.4% tal-gradwati huma rġiel. Fuq l-istess binarju, in-nisa jiddominaw programmi ta' studju li jittrattaw suġġetti bħas- saħħa, u studji soċjali bi 22.6% u l-edukazzjoni bi 15.7%. Imbagħad l-irġiel, ifittxu aktar programmi ta' inġinerija, manifattura, kostruzzjoni u I.T.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 June 2018