Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Nr 616 • 05 ta' Awwissu 2018 Irrispondiet lil Miriam Dalli billi bagħtithom għand ix-Shift news Ara paġna 4 Ara paġna 5 Is-sidien iridu l-Masterplan lura fuq il-mejda Il-festi Maltin: suppliment ta' 12-il paġna kollha dwar il-festi Sidien ta' stabbilimenti f 'Paceville urtati għax il-Masterplan tal-lokalità jinsab fi l-'friża' Fitch tbassar tkabbir ekonomiku ta' 5.6% LAĠENZIJA internazzjonali Fitch Ratings ikkonfermat il-credit rating ta' Malta bħala A+ stable, dan wara li f 'Awwissu ta' sena ilu kienet tat upgrade lil pajjiżna għall- ewwel darba f 'għaxar snin. Fir-rapport tagħhom, l-esperti ta' Fitch Ratings jikkonkludu li s-settur bankarju jibqa' wieħed b'saħħtu u li l-kwalità tal-assi tal- banek qed titjieb bi tnaqqis fid- djun li mhumiex jitħallsu lura. Ir-rapport jinnota li l-banek f 'pajjiżna għandhom rata tajba ta' kapital, filwaqt li d-djun qed jingħataw b'mod prudenti. Fir-rapport tagħha, Fitch Ratings qed tbassar li, wara li s-sena li għaddiet il-Gvern kiseb surplus ta' 3.9% tal-ġid nazzjonali, anke din is-sena ser ikollu surplus. Il-gvern ser ikun qed iżid b'mod ferm qawwi l-ispiża kapitali, li parti sostanzjali minnha se tkun iffinanzjata minn fondi li ġejjin mill-programm ta' Ċittadinanza b'Investiment. Għal din is-sena, Fitch Ratings qed tbassar tkabbir ta' 5.6% għall-ekonomija ta' pajjiżna.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018