Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653
7 Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum Aħbarijiet DAWN l-aħħar jiem ma kienu sbieħ xejn għall- Partit Nazzjonalista, b'theddida illi l-Grupp Parlamentari jista' prattikament jinqasam min-nofs, b'nofs jappoġġjaw lil Delia u n-nofs l-ieħor lil Busuttil. Minkejja li kien hemm ħafna attentati biex dan l-'inċident', li jiżdied ma' oħrajn, jitniżżel bħala wieħed ta' sempliċiment nuqqas ta' qbil, kien ċar illi t-talba ta' sospensjoni kien in-nar li xegħel dik in-niċċa li għal naqra ma wasslitx għal splużjoni fil-Partit Nazzjonalista. Għaliex kienet nieqsa mill- istrateġija Kull min ilu jsegwi l-politika jaf illi dissens dejjem ikun hemm f 'partit, daqqa ftit u daqqa ħafna, imma dejjem ikun hemm. M'hemmx dubju li anke fil-Labour hemm dissens, probabilment dissens li tmewwet minħabba l-kwistjoni Egrant. Il-kwistjoni kollha mhix id-dissens imma l-mod kif dan qed ikun trattat dak id-dissens. Huwa fatt li ħadd ma jista' jinnegah, li 10 deputati ħaduha kontra Delia u ppubblikaw id-deċiżjoni tagħhom fuq Facebook, deċiżjoni li marret kontra r-rieda ta' Delia u tal-Amministrattiv. Għaxar deputati minn 30 huwa numru kbir. Li Delia jidher illi ma pprevediex fejn kienet se twassal it-talba tiegħu turi li m'għandux, la għarfien biżżejjed tal-Grupp Parlamentari tiegħu stess u lanqas kemm minnu għadu mhux komdu bih u lest itih dahru mal-ewwel opportunità. Fl-arti tal-politika u speċjalment tal-persważjoni jeħtieġ ikollok għarfien tal- 'għedewwa' tiegħek kważi, kważi iktar milli tal-ħbieb. Jekk Delia tant kien iħoss li Busuttil kellu jissospendi lilu nnifsu missu laqqa' Grupp Parlamentari, kien iqabbad deputat li huwa leali lejh biex jitfa' l-proposta ta' sospensjoni u jeżamina fejn jinsab dwar dan. Kien imbagħad jara talba għal sospensjoni x'effett kien se jkollha fuq il-partit u fuq it-tmexxija tiegħu. Id-deċiżjoni ta' Delia, dehret b'mod ċar illi kienet kompletament nieqsa mill- ħsieb u l-għaqal politiku. Delia kellu jara kemm se jkollu appoġġ fi ħdan il-partit, qabel ma jieħu l-ewwel pass. Għax m'għamilx dan iffaċċja prattikament rivolta fil- pubbliku li qatt ma kien ffaċċja qabel u li probabilment ma stenniex. L-udjenza tiegħu mhux qed jagħrafha L-udjenza ta' Delia, f 'dan l-istadju u b'partit li għadu virtwalment maqsum mhumiex l-votanti ġodda, aħseb u ara kemm huma votanti switchers. Dawk jiġu aktar tard. L-udjenza li jrid jindirizza Delia hija dik Nazzjonalista , li tikkonsisti wkoll minn grupp konsiderevoli ta' persuni li kienu u għadhom jemmnu li l-kruċjata tal-korruzzjoni għandha tkun l-aktar ġlieda importanti tal-PN bħalissa u sezzjoni oħra ta' nies, li kienu u għadhom iħarsu lejh b'ċerta xettiċiżmu minħabba stejjer li kienet ippubblikat Daphne Caruana Galizia. Naturalment, il-Partit Nazzjonalista huwa magħmul minn dawk l-eluf ta' għeruq li qed jagħtu appoġġ lilu. Huwa biss meta jpoġġi lil dawn kollha flimkien li jibda verament jindirizza lill-udjenzi tiegħu. Li għamel, bid-deċiżjoni ta' sospensjoni huwa li qabad sezzjoni mhux żgħira tal-udjenza tiegħu u taha l-ġenb, jekk mhux remiha. Huwa intuli li Delia qed jieħu pjaċir li ħafna votanti Laburisti ħadu gost b'azzjonietu lejn Simon, il-probabilità hija li dawk il-Laburisti mhux se jivvotaw lilu! Hija lill- udjenza tiegħek l-ewwel li trid tagħti gost. Imma ċeda... Id-deċiżjoni li ħa fil- konfront ta' Busuttil saret mingħajr strateġija u ġiet eżegwita mingħajr strateġija. Fuq il-programm Xtra Delia qal li hu lest li jiltaqa' ma' dawn id- deputati wieħed, wieħed. Apparti li kif diġà għidna dak missu sar qabel, Delia fl-ebda ħin ma deher fil-pubbliku qed jagħmel attentat serju biżżejjed biex jiltaqa' ma' dawn. Il-perċezzjoni hija importanti u allura Delia kellu fiżikament jidher li qed imur għand dawn id- Deputati u jipprova jibni pontijiet, anke jekk forsi mhux neċessarjament ried li jilħaq ftehim magħhom, kien jidher li qed jipprova. Lawrence Gonzi kien għamilha fil- konfront tal-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono, u għalkemm dik il-laqgħa ma dehritx li ħalliet il-frott mixtieq Gonzi kien deher li qed jipprova. Minkejja li ħafna Nazzjonalisti kienu qed jagħtuh l-appoġġ l-għajjat kontra d-deċiżjoni ta' Delia minn minoranza voċifera ħafna, beda jikber tant li l-Ħadd li għadda nfirex b'mod flagranti fuq gazzetti li aktar jissimpatizzaw mal-PN b'editorjali, opinjonijiet u ittri. Għalhekk il-PN laħaq ftehim, 'il-mument tal-għaqda' kien hemm min sejjaħlu jew il-mument li 'rebaħ is-sens komun'. Fil-fatt kien ikun verament mument ta' għaqda u rebħa għas-sens komun kieku 1) jew Simon Busuttil aċċetta li jirreżenja fuq l-akkuża ta' ġudizzju politiku ħażin ħafna jew inkella 2) Delia aċċetta li d-deċiżjoni tiegħu kienet mgħaġġla, nieqsa mill-għaqal u l-kawtela li għandu jeżerċita Kap u li weġġħet lil xi attivisti Nazzjonalisti u jissospendi d-deċiżjoni dwar sospensjoni ta' Busuttil għal wara li jkun ippubblikat ir- rapport tal-inkjesta kollha. Il-ftehim 'storiku' tal-'għaqda' kien biss qisu dik il-pirmla li tieħu meta d-darsa tibda ttektek u tweġġgħek; pirmla li traqqadlek l-uġigħ, imma għal ftit ħin biss, sakemm terġa' tibda ttektek. U bħal dik il-primla li traqqadlek l-uġigħ, dan il- ftehim sewa biss biex jirranġa l-affarijiet sakemm terġa' tinqala' 'kriżi'. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Delia; qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel Din il-ġimgħa Delia kellu jaċċetta ftehim 'li jgħaqqad' lill-PN, 'ftehim' li kien hemm bżonnu għax ma ġietx ipprattikata l-kawtela u l-istrateġija. L-ILLUM tanalizza d-deċiżjoni tas-sospensjoni u l-'ftehim' ta' din il-ġimgħa