Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 Minn Albert Gauci Cunningham DIVERSI residenti ta' Birżebbuġa qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ta' petrol li ħerġin mill-impjant tal-31 ta' Marzu li jinsab f 'nofs żona residenzjali imma li se jkun qed jitneħħa mill-post u jimxi għal żona barra Birżebbuġa, lejn il-Wied ta' Ħas-Saptan. Minkejja din iċ-ċaqliqa, li x-xogħol fuqha miexi sew, jidher li l-inkonvenjent għal għexieren ta' familji, altru milli waqaf. Fil-fatt numru ta' residenti tawha għall-Facebook biex iwasslu l-ilmenti tagħhom dwar sitwazzjoni ta' rwejjaħ ta' petrol . "Hekk hu ser tagħlquh ukoll l-impjant, lanqas tieqa ma nistgħu niftħu. Immiskom tistħu! Mhux biżżejjed il-baħar tal-akwata mimli żejt inixxi minn ġol-blat, mill-istess tankijiet. ISTĦU!" kien jgħid l-ewwel kumment ta' resident minn Birżebbuġa, li wassal għal bosta reazzjonijiet. Resident tal- akkwati spjega kif minkejja diversi tentattivi, iż-żejt baqa' dieħel fil- bir tiegħu, minkejja li daru ħames darbiet. Oħrajn, fakkru fil-periklu illi joffri l-impjant inkwistjoni. Filwaqt li kummenti oħrajn juru illi sal- ġimgħa l-oħra r-riħa reġgħet kienet pjuttost qawwija. L-ILLUM tistaqsi lill-Gvern... Intant il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt mal-Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma mmexxi minn Joe Mizzi u staqsa dan li ġej; 'Fejn wasal il-proċess li permezz tiegħu d-depot se jimxi mill- qalba residenzjali ta' Birżebbuġa għal Ħas-Saptan?' u 'Hemm xi raġuni għaliex qed ikun hemm rilaxx ta' dawn l-irwejjaħ fil- proċess?' Il-Ministru Mizzi spjega li r-rilaxx ta' rwejjaħ setgħu kienu minħabba li aktar kmieni dan ix-xahar "kien qed isir xi xogħol ta' manutenzjoni fuq il-VRU – Vapour Recovery Unit, u seta' kien hemm xi rwejjaħ." Intant dwar il-proċess illi fih jinsab il-proġett il-Ministru Mizzi sostna illi x-xogħol biex il-proġett jimxi għal Ħas-Saptan beda malli ħarġu l-permessi f 'Diċembru 2017 "u bħalissa qegħdin fil-proċess li jiġu rinovati t-tankijiet tal-ħażna u bdiet tinbena l-'filling station'." Il-proġett ta' Ħas-Saptan se juża 35,000 metru kwadru inqas minn dak li hemm fis-sit ta' Birżebbuġa għax se jintużaw il-faċilitajiet tal-ħażna li hemm taħt l-art. L-istazzjon li jinsab fuq l-art se jakkomoda bottom loading road tankers u għaldaqstant se jiġu eliminati dħaħen li jistgħu joħorġu fl-ambjent waqt it-tagħbija u l-ħatt. Huwa stmat li l-proġett ikun komplut lejn l-aħħar tas-sena 2019. Kif jiġi ffinalizzat il- proġett, l-impjant ta' Birżebbuġa jieqaf jopera wara 100 sena li nfetaħ mill-kumpanija Shell. UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Parti mill-Proġett: "ESF 02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs", il-Ministeru għas-Saħħa għandu fondi Ewropej biex jipprovdi taħriġ fir-Renju Unit lil persuni li jixtiequ jsiru: Orthoptists (Grad ta' Baċellerat) Optometrists (Grad ta' Baċellerat) Genetic Counsellors (Grad ta' Masters) Il-proġett ikopri taħriġ barra minn Malta, kotba u apparat neċessarju jiġu pprovduti, titjiriet tal-ajru, stipendju waqt li tkun barra minn Malta, impieg u salarju waqt it-taħriġ u impjieg għal min itemm dan it-taħriġ b'suċċess. Iktar informazzjoni fuq dan it-taħriġ jista jiġi aċċessat mis-sit tal-gvern http://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/ESF-projects.aspx jew billi iċċempel fuq +356 2545 6831 or +356 2545 6886 Dawk interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Ħin tal- Ewropa Ċentrali) tal- Ġimgħa, 10 ta' Awissu 2018 fis-sit https://recruitment.health@gov.mt/ UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Parti mill-Proġett: "ESF 02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs", il-Ministeru għas-Saħħa għandu fondi Ewropej biex jipprovdi taħriġ fir-Renju Unit lil persuni li jixtiequ jsiru: Orthoptists (Grad ta' Baċellerat) Optometrists (Grad ta' Baċellerat) Genetic Counsellors (Grad ta' Masters) Il-proġett ikopri taħriġ barra minn Malta, kotba u apparat neċessarju jiġu pprovduti, titjiriet tal-ajru, stipendju waqt li tkun barra minn Malta, impieg u salarju waqt it-taħriġ u impjieg għal min itemm dan it-taħriġ b'suċċess. Iktar informazzjoni fuq dan it-taħriġ jista jiġi aċċessat mis-sit tal-gvern http://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/ESF-projects.aspx jew billi iċċempel fuq +356 2545 6831 or +356 2545 6886 Dawk interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Ħin tal- Ewropa Ċentrali) tal- Ġimgħa, 10 ta' Awissu 2018 fis-sit https://recruitment.health@gov.mt/ UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Parti mill-Proġett: "ESF 02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs", il-Ministeru għas-Saħħa għandu fondi Ewropej biex jipprovdi taħriġ fir-Renju Unit lil persuni li jixtiequ jsiru: Orthoptists (Grad ta' Baċellerat) Optometrists (Grad ta' Baċellerat) Genetic Counsellors (Grad ta' Masters) Il-proġett ikopri taħriġ barra minn Malta, kotba u apparat neċessarju jiġu pprovduti, titjiriet tal-ajru, stipendju waqt li tkun barra minn Malta, impieg u salarju waqt it-taħriġ u impjieg għal min itemm dan it-taħriġ b'suċċess. Iktar informazzjoni fuq dan it-taħriġ jista jiġi aċċessat mis-sit tal-gvern http://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/ESF-projects.aspx jew billi iċċempel fuq +356 2545 6831 or +356 2545 6886 Dawk interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Ħin tal- Ewropa Ċentrali) tal- Ġimgħa, 10 ta' Awissu 2018 fis-sit https://recruitment.health@gov.mt/ Residenti jilmentaw dwar irwejjaħ qawwijin ta' petrol Il-Minstru Joe Mizzi jispjega u jfakkar... It-tankijiet tal-gass, litteralment f 'nofs żona residenzjali Il-bajja tal-Balluta ssir ramla mill-ġdid ILBALLUTA għandha bajja bir-ramel (mill-ġdid) u b'hekk post illi ftit li xejn kienu jgħumu nies fih mistenni jieħu l-ħajja b'bajja mrammla li hija attrezzata b'dak kollu li wieħed isib f 'bajja popolari, fosthom ukoll lifeguards. Dan il-proġett huwa simili għal bajjiet oħrajn li saru madwar il-pajjiż, fosthom dik ta' San Ġorġ f 'Paceville li hija ferm popolari u waħda oħra f 'Buġibba. Il-bajja tal-Balluta, fil-fatt, fil-passat kienet ramla imma ma baqgħetx hekk kif ir- ramel beda ħiereġ 'l barra. Ma' din il-gazzetta il-Ministru Konrad Mizzi qal illi l-Gvern qed iħares lejn bajjiet oħrajn li jistgħu jkunu riġenerati. Il-bżonn li jkunu kkreati bajjiet bħal dik tal-Balluta jew inkella li jitkabbru huwa importanti fid- dawl tan-numru dejjem jiżdied ta' turisti li qed jiġu pajjiżna.