Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

illum Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 Sports 14 'Li rnexxieli nirbaħ l-unur tal-GFA Plejer tas-Sena f'età daqshekk żgħira jsser ħafna għalija' - Christian Mercieca Minn Cristian Antony Muscat FILĠIMGĦAT li għaddew il-plejer taċ- champions Għawdxin Victoria Hotspurs, Christian Merceica, irnexxielu jirbaħ l-unur personali ferm importanti u prestiġjuż tal-GFA Plejer tas- Sena, u dan meta għad għandu biss 20 sena. Propju rigwad dan u aktar, l-ILLUM tkellmet ma' Mercieca nnifsu fejn tana aktar dettalji. 'Ifisser ħafna għalija li rnexxieli nirbaħ l-unur tal-Aqwa Plejer tas- Sena f 'Għawdex f 'età daqshekk żgħira. Li kieku ma kienx hemm sħabi fil-pitch żgur li ma kinitx ħa tkun possibli. Rigward ir-rebħ tal-kampjonat minn Victoria Hotspurs, dan kien wieħed speċjali għalija għax kien l-ewwel wieħed tiegħi u l-mod li ħadnieh kien speċjali wkoll fejn waqqajna biss ħames punti. Ħdimna bħala familja - kulħadd jgħin lill-ieħor biex b'hekk irnexxielna nieħduh komdu minn ħames loghbiet qabel u ma kienx hemm dik it-tensjoni żejda. Dan kien Kampjonat ferm rimarkabbli għall-klabb tagħna. Kellna plejers barranin ta' klassi li għallmuna ħafna. Serrħuna f 'mumenti diffiċli u hemm ħarġet l-esperjenza tagħhom! Plejers ta' esperjenza bħal Ferdinando Apap, Chris Camilleri u Adrian Parnis urew l-klassi tagħhom f 'mumenti diffiċli u għenu lilna ż-żgħażagħ inkomplu niżviluppaw fit-tajjeb il-logħba tagħna, biex b'hekk inkunu nistgħu ngħinu lit-tim. Qatt ma kont qed nistennieha li konna se naċċertaw ruħna mir-rebħ tal- Kampjonat daqshekk qabel, imma meta kont qed nara li konna qed inkunu tajbin f 'kull logħba, għax rajna l-għan ewlieni tat-tim, iva mbagħad bdejt nemmen li konna se neħduh komdu, kif fil- fatt ġara! Rigward l-avversarji tagħna, għall-ewwel kienu qed iżommu pass magħna imma fil-logħbiet deċisivi kontrihom dejjem ħriġna minn fuq aħna. Rigward faċilitajiet f 'Għawdex, jien naħseb li l-Gozo Stadium huwa ta' ċertu livell, però l-grawnds l-oħra mhumiex għax huma żgħar għal-logħbiet tal- Ewwel Diviżjoni. Il-GFA qed taħdem biex dejjem tipprova tgħolli l-livell tal-futbol Għawdxi. Il-Kumitat ċentrali ta' Victoria Hotspurs kellu rwol importanti ħafna fejn dejjem ħadem għalina l-plejers biex inkunu fl-aqwa ambjent u dejjem kuntenti. Minn hawnhekk, nixtieq nirringrazzja lill- President Anton Tabone, lit-Team Manager Marvin Buttigieg, lill- kowċ Gotthard Conti, lill-kumitat u lill-plejers kollha ta' Victoria Hotspurs għax li kieku ma kienx għalihom, ma konniex niksbu s-suċċessi. Il-partitarji tagħna lagħbu rwol importanti wkoll f 'dan ir-rebħ għax kienu dejjem warajna, u nħeġġiġhom ikomplu jinżlu bi ħġarhom jissapportjawna." Kellna plejers barranin ta' klassi li għallmuna ħafna. Serrħuna f'mumenti diffiċli u hemm ħarġet l-esperjenza tagħhom!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018