Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 Sports 18 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn dejjem ħabbejt il-logħba għalkemm qatt ma kont involut direttament fil- football qabel l-2009. F'dik is-sena ġew l-uffiċju tiegħi fis- Swieqi, żewġ studenti universitarji mil-lokalità tagħna u talbuni jekk nistax ngħinhom iwaqqfu klabb tal-futbol . Ġew għandi għax kienu semgħu li jien kont involut fit- tmexxija ta' organizzazzjonijiet volontari studenteski kemm f 'Malta kif ukoll fl-Ewropa. Iddeċidejt li ngħinhom u flimkien, ma' Michael Calleja u Ralph Agius Fernandez waqqafna s-Swieqi United Football Club. Kienet esperjenza kompletament ġdida għalina lkoll, imma l-fatt li konna se nibdew mill-bidu, stajna nistabbilixxu prinċipji u prassi serji u professjonali sa mill-ewwel ġurnata. Disa' snin wara, kbirna ħafna bħala klabb iżda dejjem nibqgħu pro-attivi ħalli nkunu innovattivi - dan huwa dak li nħobb nagħmel, li ninvolvi nies b'esperjenzi differenti, li flimkien aħna nistgħu bħala tim wieħed inwasslu l-futbol f 'Malta għal livell ogħla. X'fissret personalment kif ukoll għal Swieqi United bħala tim din il- promozzjoni storika? Dejjem emfasizzajt ma' sħabi tal- kumitat u l-kowċis kollha li jekk immexxu l- klabb flimkien b'mod serju u professjonali, ir-riżultati jiġu. Is-suċċess tagħna, li f 'disa' snin tlajna fl-Ewwel Diviżjoni, jiġġustifika l-prassi li ħloqna u li mxejna bihom. Ħadt sodisfazzjon nara lill-kowċis u lill- plejers jieħdu gost bil-logħob li wrew u jieħdu l-frott tal-ħidma iebsa li wettqu matul l-istaġun. Għal Swieqi United, dan huwa mument storiku – testment tax-xogħol u l-impenn tal-kumitat, tal-kowċis, tal-plejers u tal-isponsors tagħna. Ejja nifirħu, niċċelebraw u ngawdu dan is-suċċess iżda rridu nibqgħu saqajna mal-art u nlestu ruħna sabiex inżidu fil-ħidma tagħna. Il-kobor ta' dan is-suċċess storiku huwa rifless fil-fatt li l-iskwadra tat- tim għandha età medja ta' 21.6 sena għax lgħabna b'ħafna plejers mit-tim ta' taħt id-19-il sena. Dan meta t-tim tal-U19 kienu qed jitħabtu biex jirbħu l- Kampjonat ta' Sezzjoni C, tragward li huma kisbu meritatament. Iddominajtu l-Kampjonat tat- Tieni Diviżjoni għal żmien twil fejn saħansitra kontu fl-ewwel post għal ġimgħat twal. Madankollu, fl-aħħar partita kontra Marsaxlokk inkredibbilment tliftu bl-iskor ta' 3-1. Wara din il-partita, kemm bżajt li din il-promozzjoni setgħet taħarbilkom minn idejkom? Meta tinvesti fin-nies ta' madwarek, trid ukoll temmen u jkollok fiduċja fil- kapaċitajiet tagħhom. Sfortunatament, ir-rebħ tal-Kampjonat iddependa mill-aħħar logħba, fejn kellna l-ewwel taqsima ħażina ħafna u ġejna kkastigati minn Marsaxlokk. Dak huwa s-sabiħ u l-ikrah tal- futbol. Ovvjament li tħossok naqra anzjuż, iżda kont fiduċjuż u pożittiv li x-xogħol u d-dedikazzjoni tal-kowċis u l- plejers finalment jagħtu l-frott. It- tim għamel reazzjoni kbira fil-Play Off kontra St Patricks, kien dixxiplinat, organizzat u ma tax ċans lil Zabbar jidħlu fil-logħba. Irbaħna 3-0 u sirna l-ewwel klabb li rebaħ Play-Off bejn timijiet ta' Diviżjonijiet differenti. X'taħseb li kien is-sigriet li wassal għal dan is-suċċess storiku minn Swieqi United? Il-filosofija tagħna ta' 'Tim Wieħed - Klabb Wieħed'. Bħala klabb, aħna nemmnu li struttura organizzata, minn kull aspett, hija fundamentali biex tikseb suċċess. Għalhekk, aħna implementajna struttura ta' Coaching Staff madwar is-seba' timijiet kollha kompetittivi tagħna. Dan fisser li t-timijiet tagħna, U15 , U17, U19, U21 Futsal, Senior Futsal, Senior Women, Senior Men, kull tim għandu min jieħu ħsiebu: kowċ, assistent kowċ, trainee kowċ, goalkeeper kowċ, physical trainer, physio, team manager, u membru tal-kumitat. Din l-organizzazzjoni mexxietna 'l quddiem iżda aktar minn hekk ġabet unità kbira bejn kull min huwa involut fil-klabb, mill-president sal-iżgħar plejer għax iħossu parti integrali minn dan il-proġett. It-twemmin tagħna li ninvestu fiż-żgħażagħ ukoll kien parti importanti minn dan is-suċċess. Il- plejers żgħażagħ tagħna jħossuhom li qegħdin jgħixu f 'ambjent pożittiv u familjari u b'hekk jieħdu gost jilagħbu l-logħba. U dan l-ambjent jimbottahom u jħeġġiġhom li jagħtu l-massimu tagħhom, kif jixhed dan l-istaġun, li minkejja li kellna ħafna plejers imweġġa', anke serjament, l-iskwadra baqgħet tirsisti u takkwista riżultati fil-grawnd għax kulħadd ġibed ħabel wieħed. Taħseb li dan it-tim huwa b'saħħtu biżżejjed biex issa jżomm postu fl- Ewwel Diviżjoni jew hemm bżonn ta' xi rtokki? Dejjem hemm lok għall-progress u f 'kull tiġdid u tibdil, wieħed irid iħares lejn il-futur. Irridu neżaminaw is-saħħa u d-dgħufija tal-iskwadra preżenti, irridu nħarsu lejn it-tim tal-U19 u nevalwaw dawk il-plejers li jistgħu jagħmlu l-qabża għall- ewwel tim, u mbagħad naraw kif nistgħu nsaħħu kemm l-ewwel tim u dak tal-U19 sabiex naċċertaw li nkunu kompetittivi. Jekk inżommu livell kompetittiv kemm fl-ewwel tim kif ukoll fl-U19, allura jkollna ċans li nżommu postna fl-Ewwel Diviżjoni - dan huwa l-għan tagħna, li nikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħna. X'kollaborazzjoni u għajnuna ssibu bħala Swieqi United mill-Kunsill lokali tas-Swieqi? Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi, li jien nifforma parti minnu bħala Viċi Sindku, huwa mhux biss favur l-isport, iżda nippromwovu l-lokalità tagħna bħala ċentru sportiv. Mill-2009, wara t-twaqqif tas-Swieqi Football Club, waqqafna klabbs sportivi oħra bħal Swieqi Phoenix Handball Club, Swieqi Phoenix Volleyball Club, Swieqi Tennis Club, Swieqi Overseas Rugby Club u s-Swieqi Chess Club. Il- Kunsill ta s-sapport tiegħu lill-klabbs kollha u fil- preżent qiegħed jaħdem biex dawn il-klabbs kollha jkollhom saqaf taħt rashom u jkollhom Club Il-filosofija ta' 'Tim Wieħed - Klabb Wieħed' wasslet Cristian Antony Muscat Dr Justin Fenech - President ferm ħabrieki ta' Swieqi United li imkien ma' oħrajn kien wieħed mill- imħuħ ewlenin biex wassal lil dan it-tim minn lokalità żgħira iżda b'qalb tassew kbira għas-suċċess uniku li jikseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. "Il-futbol Malti jinsab marid u qiegħed imut bil-mod. Hemm bżonn li kull min iħobb il- logħba jingħaqad, tiġi mfassla viżjoni li twassal għas-suċċess, nużaw l-aħjar talenti li għandna f 'kull qasam, ninvestu fi strutturi ta' coaching, f 'metodi moderni inklussivi u pożittivi sabiex noħolqu organizzazzjoni omoġenja biex inbidlu l-mentalità qadima ta' kif naraw u namministraw il-futbol Malti. Din il-viżjoni ssir realtà jekk mill-paroli ngħaddu għall-fatti, bl-għajnuna ta' kulħadd." "Bħala klabb, aħna nemmnu li struttura organizzata, minn kull aspett, hija fundamentali biex tikseb suċċess. It-twemmin tagħna li ninvestu fiż-żgħażagħ ukoll kien parti importanti minn dan is-suċċess. Il-plejers żgħażagħ tagħna jħossuhom li qegħdin jgħixu f 'ambjent pożittiv u familjari u b'hekk jieħdu gost jilagħbu l-logħba."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018