Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum niexef bl-għoli'; hekk jaħsibha l-Malti Imma kemm hu faċli ssib ikel tajjeb għas-saħħa? Faċli titkellem dwar kemm hemm bżonn li ħafna aktar jagħżlu dieta tajba għas-saħħa, iżda kemm hu faċli li ssib dan it-tip ta' ikel? Fost il-parteċipanti l-opinjonijiet kienu jvarjaw. Għalkemm kien hemm min saħaq li jsibha faċli li jsib ikel tajjeb għas-saħħa, oħrajn qalu li dawk il-prodotti tal-ikel li huma tajba għas-saħħa, mhumiex aċċessibbli għall- popolazzjoni kollha, għax skonthom ftit li xejn issibhom fil-ħwienet, apparti li anke hawn reġgħu ssemmew il-prezzijiet. Fil-fatt, fil-kapitlu tad-diskussjoni, ir-riċerkaturi jinnutaw kif dan it-tip ta' ikel x'aktarx li se ssibu l-aktar f 'żoni residenzjali sinjuri, f 'lokalitajiet popolari mat-turisti jew inkella żoni li fihom jgħixu l-aktar barranin. Kien hemm min saħanistra lmenta kif il-farmers market issibhom biss f 'żewġ lokalitajiet f 'Malta u dan meta dawn is-swieq huma meqjusa importanti biex jiżdied il-konsum ta' ikel lokali u tajjeb għas-saħħa. Imma x'jista' jsir biex aktar nies jieklu tajjeb? Hemm ħafna x'jista' jsir tant li ma kinux biss ir-riċerkaturi li ħarġu b'sensiela sħiħa ta' rakkomandazzjonijiet iżda anke wħud mill- parteċipanti. Uħud ilmentaw dwar nuqqas ta' policies li jinkoraġġixxu l-konsum ta' ikel tajjeb għas-saħħa minkejja l-Food and Nutrition Policy and Action Plan for Malta 2015-2020. Kien għalhekk li fost oħrajn ipproponew: • l-introduzzjoni ta' inċentivi biex aktar konsumaturi jitħajru jixtru ikel tajjeb għas-saħħa; • sussidji għal bdiewa li ma jkunux eliġibbli għall-fondi tal-Unjoni Ewropea; • aktar edukazzjoni fl-iskejjel, speċjalment fost tfal żgħar; u saħansitra • ġonna fl-iskejjel li fihom jitkabbru frott u ħaxix, fost oħrajn. Fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport, il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà wkoll tagħmel sensiela ta' rakkomandazzjonijet. Dawn ta' hawn taħt huma biss ftit minnhom: • aktar farmers' markets f 'lokalitajiet stateġiċi madwar Malta u Għawdex, • rata ta' VAT aktar baxxa għar-ristoranti jew inkella industriji tal- ikel, • tqassim ta' vouchers lil ċertu persuni/familji li jistgħu jissarrfu f 'ħaxix, frott u ħut frisk, • twaqqif ta' Community Kitchens li jippromovu ikel tajjeb għas- saħħa u anke taħriġ tat-tisjir, • aktar żjajar edukattivi fl-għelieqi u stabbillimenti li jipproduċu ikel tajjeb għas-saħħa, • apparti studji aktar wiesgħa u profondi li jagħtu stampa aktar ċara tal-istil tal-ħajja, id-dieta u anke t-tendenzi tal-Maltin meta jiġu biex jagħżlu x'ikel jixtru. Il-ftira Maltija hija l-favorita biex issir Wirt Intanġibbli Malti tal-UNESCO ISSĦANA u l-umidità qed tagħmel tagħha u jekk fis- sigħat jew jumejn li ġejjin tagħmel xi ftit xita, kif qed ikun previst, għid li s-sħana se tikkarga aktar. U x'hemm isbaħ f 'din is-sħana milli biċċa ftira tajba, mimlija tonn taż-żejt, tadam, żebbuġ aħdar, kappar, xi biċċa ġbejna bil- bieba mxarba kollha żejt taz- żebbuġa u xi skutella bigilla mal-ġenb. Din il-gazzetta tinsab infurmata minn sorsi qrib il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali illi t-teknika li biha ssir il-ftira Maltija, li ntirtet minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ta' furnara, bħalissa hija l-favorita biex tkun ippreżentata mill-Gvern bħala Wirt Intanġibbli lill-UNESCO. Għalkemm huwa l-Gvern li jippreżenta dan, huwa Kumitat magħmul apposta li jiltaqa' ma' diversi nies u jiddeċiedi liema tkun l-aħjar u l-aktar proposta b'saħħitha biex tkun meqjusa bħala Wirt Intanġibbli Malti. Dawk li tkellmu mal-ILLUM qalu illi l-probabilità hija li l-forma tal-ftira Maltija, tagħmilha differenti u unika u allura t-teknika ssir kandidata b'saħħitha biżżejjed biex titniżżel bħala Wirt Intanġibbli. Imma se jagħmel xi differenza għall-ftira titlu tal-UNESCO? Iva, apparti l-prestiġju, il- Gvern u kull Gvern warajh se jkollu l-obbligu assolut li jipproteġi din it-teknika u allura l-ftira Maltija. "Jiġifieri jekk qatt fil- futur gvern jiddeċiedi li jimmodernizza l-proċess ta' kif isir il-ħobż, biex nagħti eżempju, ma jista' qatt jipperikola l-proċess li bih issir il-ftira, anzi jrid jipproteġih," sostna s-sors tagħna. Din l-aħbar forsi ma tintlaqax b'wisq entużjażmu mid-dilettanti tal-festa li kienu qed jittamaw li jkunu l-festi li jitressqu bħala Wrt Intanġibbli tal-Unesco. Is-sors mill-Ministeru qal illi tal-festi m'għandhomx għalfejn jinkwetaw għaliex applikazzjonijiet oħrajn jistgħu jsiru. Fakkar illi l-festa fit-totalità tagħha ma tistax titressaq bħala Wirt Intanġibbli, imma trid tkun karatteristika waħda li ssir applikazzjoni fuqha. Il-Gvern u kull Gvern warajh se jkollu l-obbligu assolut li jipproteġi din it- teknika u allura l-ftira Maltija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018