Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum Sports 15 Maria Coppola bi ktieb dwar l-iżvilupp tal-futbol tan-nisa f'Malta MARIA Coppola għadha kemm ippubblikat ktieb fuq il-karriera tagħha bħala plejer tal-futbol u dan jinsab fil-ħwienet ewlenin f 'Malta u Ghawdex. Coppola nnifisha tatna iktar dettalji rigward din il-pubblikazzjoni: "Dan il-ktieb jagħti ħarsa lejn il-bidu tal futbol tan-nisa f 'dawn il-gżejjer mill-1990 'il quddiem u fuq il-ħajja tieghi u kif bdejt nilgħab il-logħba tal-futbol tant għal qalbi. Fil-familja qegħdin ħamsa min-nies fejn jiena tewmija ma' Anna Coppola u għandi oħti l-kbira Lorriane u l-ġenituri tiegħi Hermann u Vinnie. Fl-1983 konna morna l-Awstralja biex nibdew ħajja ġdida hemmhekk imma nqalgħu xi problemi u rritornajna lura Malta wara tliet xhur. Missieri beda jeħodni l-grawnd l-Infetti u bdejt nilgħab il-ballun mas-subien ta' 10 snin u bdiet togħġobni l-logħba tal-futbol. Missieri kien jorganizza logħbiet mal- kumitat ta' Birkirkara Falcons u kien jeħodni miegħu kull nhar ta' Sibt. Fl-1992 l-ewwel darba li bdejt nilgħab il-futbol kien ġie organizzat tournament mil-Luxol 5-a-side, fejn kont nilgħab mad-Depiro u fl-1994 ġie organizzat minn San Ġwann fuq bażi ta' 7-a-side. L-interess kiber u n-numru ta' plejers kompla jikber. Morna nilagħbu ġewwa r-Repubblika Ċeka bħala selezzjoni mill-Kampjonat ta' San Ġwann. Minn hemmekk fl-1995, l-MFA organizzat Kampjonat 7-a-side fl-Infetti Sports Ground ġewwa Birkirkara, bl-istess kampjonat kompla jikber sena wara għal wieħed 9-a-side. Hemmhekk rani nilgħab skawt Amerikan u ħajjarni nkompli l-karriera tiegħi barra minn Malta u hekk ġietni l-opportunità li nilgħab fl-Amerika għal ħames snin. Wara ħames snin irritornajt Malta u bdejt nilgħab fil-Kampjonat 11-a-side ġewwa Pace Grasso fejn kont mal- Melita fl-istaġun 2000/2001. Fl-2001 selezjoni tan-Nazzjonal tan-nisa ntgħażlet biex tilgħab f 'Mozzocane, l-Italja. Minn hemm 'il quddiem it-tim nazzjonli Malti tan-nisa baqa' dejjem jikber. Ġietni opportunità oħra li nilgħab Franza u fl- 2004 kelli sena tajba ma' US Le PeuQ . Sena wara fl-2005 mort nittrenja ma' Paris St Germain fi Franza fejn kelli trial tajjeb ħafna imma sfortunatament qabditi l-meninġite u kelli nieqaf għall-perjodu ta' żmien. B'hekk kelli nirritorna Malta u fl-istaġun 2011/12 ingħaqadt mat- tim tan-nisa tal-Imġarr u hemmhekk konna rbaħna l-Kampjonat u kellna sena tajba. L-istorja ta' ħajti nqsiha bħala tagħlima li fil- ħajja m'għandekx taqta' qalbek. Wara li rtirjat mil-logħba tal-futbol, issa qed nikkonċentra fuq il- kowċing." Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ – VIII SEJĦA Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 - id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza - tixtieq tħabbar li se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti minn Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet mis-Settur Pubbliku, Istituzzjonijiet Pubbliċi, Organizzazzjonijiet mhux governattivi u Organizzazzjonijiet Volontarji taħt l-Ass Prijoritarju u l-Prijorità ta' Investiment elenkati hawn taħt. Is-sejħa se tagħlaq il-Ġimgħa, 12 ta' Ottubru 2018 f'nofsinhar. Ass Prijoritarju 8 – 'L-Investiment lejn soċjetà aktar soċjalment inklużiva' Prijorità ta' Investiment (IP) 9a – L-investiment fl-infrastruttura tas-saħħa u soċjali, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp nazzjonali, reġjonali u lokali, għat-tnaqqis ta' inugwaljanzi f'termini ta' stat ta' saħħa, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali permezz tal-aċċess imtejjeb għal servizzi soċjali, kulturali u rikreattivi u għat-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal dawk ibbażati fuq il-komunità. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Id-dokumentazzjoni ta' appoġġ inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà u n-noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' din is-sejħa huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm Operattiv I u n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni fuq din-sejħa u fuq il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 tista' tinkiseb minn fuq http://eufunds.gov.mt. Mistoqsijiet oħra u talbiet għall-parteċipazzjoni f'sessjonijiet ta' informazzjoni relatati ma` din is-sejħa jistgħu jintbagħtu fuq l-email tal-PPCD info.eufunds@gov.mt. Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Sejħa parzjalment iffinanzjat mill- Fond Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali Programm Operattiv I – Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali L-istorja ta' ħajti nqsiha bħala tagħlima li fil-ħajja m'għandekx taqta' qalbek. Wara li rtirjat mil-logħba tal-futbol, issa qed nikkonċentra fuq il- kowċing."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018