Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum XI Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Wirt sinjur, iċċelebrat kull sena ILFESTA; ċelebrazzjoni reliġjuża, fil-fundament tagħha, imma ċertament li hija l-quċċata ta' ħafna mill-affarijiet li jagħmluna poplu. Għax il-festi għandhom għeruq sodi fl- istorja ta' Malta li hija intrinsikament marbuta mal-mixja tal-Knisja Kattolika fl-Ewropa. Knisja illi għal deċenji sħaħ u aktar, kienet gwida morali imma anke politika ta' pajjiżna, bit-tajjeb imma wkoll il-ħażin kollu li dan ġab miegħu. U għax il-Knisja Kattolika kienet tant ċentrali fil- ħajja tal-villaġġi, irħula u l-bliet tagħna, il-pjazza ta' madwar il-parroċċa saret iċ-ċentru tal- attenzjoni tal-Maltin. Il-post fejn niltaqgħu, fejn nikkomunikaw, fejn nieħdu grokk u fejn niċċelebraw. Forsi llum inqas minn qabel, grazzi għall-avvanzi tekonoloġiċi, imma xorta l-pjazza tibqa' ċ-ċentru, fejn issib kollox u minn fejn kollox jibda. Għal ħafna snin (qabel ir-rigress tal-iżvilupp u r-rgħiba) il-knisja parrokkjali kienet l-ogħla bini tar-raħal, u allura mhux biss simbolu ċentrali imma wkoll wieħed ta' reliġjon illi għal ħafna snin kien dominanti. Il-festi ma jistgħux jinqatgħu mir-realtà tas- soċjetà li qed ngħixu fiha li allura kif ġabet tant bidliet f 'kollox, waslet għal bidliet fil-festi wkoll. Illum il-festi m'għadhomx iċċentrati mal-Knisja, sinjal ta' ġenerazzjoni li llum tħossha distakkata minn Knisja li tilfet ħafna mill-awtorità. Illum ħafna miċ-ċelebrazzjonijiet saru qishom 'party', sinjal ta' poplu li jħobb jiddeverti, li m'għadux jgħix taħt il-madmad tal-forzi tad- dlam u d-dwejjaq. Imma llum ukoll, iktar minn qatt qabel, il-festi qed iservu tal-akbar u l-aqwa vetrina għall-kapaċitajiet ta' tant żgħażagħ fuq livell komunitarju. Abbilitajiet li forsi qatt ma kienu jkunu skoperti kieku mhux għall-għaqdiet tal-banda, għall-għaqdiet tan-nar u għal dawk il-gruppi li għandhom għeruq fil- komunità u li jagħtu skop għal tant nies. Il-festi huma skop fihom infushom. Ngħidu li kif żviluppaw, l-iskop m'għadux esklussivament reliġjuż, imma llum sar iktar skop soċjali. Huwa mod ta' kif komunità turi l-kapaċitajiet tagħha u turi kif b'determinazzjoni ta' grupp ta' nies flimkien jistgħu jsiru tant affarijiet. Il-festi jissimbolizzaw ukoll dak li jagħmel raħal uniku minn ieħor u allura l-ġmiel ta' dan il-pajjiż, illi minkejja ċ-ċokon xorta fih tant diversità, mhux biss diversità kulturali bejn popli differenti, iżda saħansitra tradizzjonijiet u użanzi differenti minn raħal u belt għall-oħra, li lkoll qed jgħidu l-istorja unika ta' dik il-komunità. U anke jekk hawn min jgħid li llum l-festi saru pagani, aħna ma naqblux. Għaliex dawn għadhom il-mument u l-attività li ġġib familji flimkien mal-imwejjed tal-ikel, fil- pjazez u t-toroq tagħna. Ċelebrazzjoni tal-aktar ħaġa għażiża għalina; il- familja. Il-festi huma wkoll riflessjoni tal-pika li teżisti f 'Malta, pika bejn il-Laburist u n-Nazzjonalist, pika bejn il-każin ta' fuq u t'isfel, l-aħdar kontra l-aħmar kontra l-blu. Il-bżonn li nikkompetu u li nkunu aħjar mill-oħrajn hija kważi karatteristika naturali tagħna l-Maltin u l-Għawdxin u jekk prattikata b'kawtela u b'rispett, allura ma jkun hemm xejn ħażin. Għalhekk għat-tielet sena din il-gazzetta ħasset il-bżonn li tiddedika ammont ta' paġni biex tfakkar dan l-avveniment li huwa tant importanti għal tant nies. Biex għal darba fis-sena nneħħu d-dawl minn fuq il- politiċi u nitfgħuh fuq dawk l-eluf ta' nies li sena sħiħa jiddedikaw tant ħin biex bil-ħiliet tagħhom jagħtu pjaċir lil tant nies. Biex infakkru illi fil-merti tagħha l-festa hija bħal dik il-kolla li tgħaqqad u ssaħħaħ is-sens ta' komunità. Biex infakkru, din id-darba f 'sena dak li jagħmilna differenti minn ħaddieħor u waħda minn dawk l-affarijiet li jagħmluna Maltin. Nifhmu li l-festi joħolqu inkonvenjent u jikkreaw l-istorbju wkoll u għalhekk hemm bżonn li qatt ma jinqabżu l-limiti u li dejjem tkun irrispettata l-liġi. Imma kemm inkunu poplu ifqar, kemm ikollha inqas saħħa l-komunità, kemm inkunu ħafna inqas Maltin mingħajr din iċ- ċelebrazzjoni. Għalhekk din il-gazzetta f 'dawn l-aħħar tliet snin tat u se tibqa' tagħti l-ispazju lil dawk l-eluf ta' nies li mingħajrhom il-festa ma ssirx. Biex inħeġġuhom ikomplu u bil-ftit li nistgħu nagħtuhom il-kuraġġ li jkollhom bżonn. Il-festa t-tajba! Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018