Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653
Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum Festi VII messaġġier aktar milli ħoss u daħna 'Mhux sew li d-ditenur tal-kamra ma jistax jissellef mill-bank' Ittieħdu ħafna miżuri, iżda dan biżżejjed? Għal Godfrey Farrugia sar ħafna u għad hemm miżuri oħra x'jittieħdu biex jgħinu sabiex tissaħħaħ id-dixxiplina. Fost dawn tkellem dwar id-ditenur, jiġifieri l-imgħallem tan-nar li jmexxi u jidderiġi l-kamra. F'Malta hawn 30 persuna li għandhom din il-kariga u ġaladarba r-responsabbilità li għandu hija kbira, anke għax irid imexxi tim ta' nies li għandhom liċenzji differenti, fi kliem Farrugia dawn għandhom jiġu offruti taħriġ aktar profond fis-suġġett. "B'dispjaċir ninnota li numru mid-ditenuri ma jibqgħux fil-kariga mhux għax bla ħila iżda minħabba li l-poloz tal-assigurazzjoni ma jkopruhomx meta huma jiġu biex jissellfu l-flus għal raġunijiet ta' ħtieġa għall-familja. Dan ma għandux ikun. Id-diffikultà teżisti għax il-liġi tal-isplussiv torbtilhom l-assi personali tagħhom f 'każ li jinqala' inċident. Jien tal-fehma li wasal iż-żmien biex jinstabu rimedji oħra," spjega u insista Farrugia. 'Il-Gvern għandu jixtri apparat biex jeżamina l-kimiċi' Dwar il-kimiċi użati, insista li għandu jinxtara apparat li jintuża għal testijiet, magħrufa bħala Hammer Test, li jiċċekkja jew it-taħlita tal- kimiċi tilħaqx l-istandards meħtieġa għall-ħarsien ta' sigurtà qabel ma tiġi mmanifatturata. "Niftakru li l-kmamar tan-nar mhumiex laboratorju u l-esperimentazzjoni għandna nħalluha għal meta jkollna t-tagħmir speċjalizzat. Jien tal-fehma li dan it-tagħmir għandu jinxtara mill- Gvern jew mill-Università u jintuża b'sussidju mil-liċenzjati A. Malta qed tuża teknoloġija ġdida fil- piroteknika? U t-triq 'il quddiem x'inhi? Sa issa dejjem intużaw l-polvri għat-tir biex jittella' l-murtal. Iżda Farrugia spjega li barra minn Malta diġà hemm metodi oħra li bdew jiġu esperimentati fosthom: • Sistemi ta' arja kkompressata li tispara 'l fuq murtal wieħed wara l-ieħor u xħin jilħaq id-distanza tal-għoli mixtieqa, jingħata n-nar, b'igniters elettroniċi kkontrollati b'ċippa; • Użu ta' kimika li tnaqqas il-possibbilità tat-tniġġis u li toħloq effetti kkuluriti mill-isbaħ u mingħajr daħna; u • Użu ta' kontenituri tan-nar u li l-materjal tagħhom jiġi maħruq totalment fil-fetħa tal-murtal u apparti li jżid l-effett pirotekniku ma jħallix irmied li jħammeġ l-ambjent. Minkejja li Farrugia insista li dawn il-metodi ġodda jiswew il-flus. Madanakollu jinsab ottimist li għad jaslu wkoll f 'pajjiżna. U sa dakinhar? "Inkomplu ngħożżu dan l-artiġjar li tana isem mal- erbat irjieħ tad-dinja għall-mod kif b'ħila rawwimnieh b'timbru ta' identità Maltija."