Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum Sports 17 L-aħjar 10 plejers fl-istorja li qatt ma rebħu t-Tazza tad-Dinja KIEN hemm ħafna plejers ta' kwalita' li rebħu dan it-tournament tant prestiġjuż fid-dinja mill- Brażiljani Pele u Ronaldo sa Maradona u Zidane. Madankollu hemm diversi plejers oħra li qatt ma rebħu din it-Tazza jew inkella kienu viċin li jagħmluha, resqu bi żbrixx iżda m'għamluhiex sal- aħħar. F'dan l-artiklu qegħdin niġbru l-aqwa 10 plejers ta' kull żmien illi tajbin kemm kienu tajbin fallew milli jirbħu dan l-avveniment segwit madwar id-dinja. Ma nkludejniex lil Cristiano Ronaldo u Lionel Messi għax dawn għad għandhom iċ-ċans li forsi xi darba jirbħuha. Johan Cruyff - Olanda Cruy wassal lit-tim nazzjonali Olandiż sal-nali tat-Tazza tad-Dinja -1974. Kien magħżul bħala l-plejer tat-turnament iżda b'xorti ħażina l-kunċett tiegħu ta' Total Football ġie megħlub mill-Ġermanja tal-Punent li dak iż-żmien kienet qawwa kbira l-futbol. Cruy rebaħ tliet tazzi Ewropej u tliet darbiet il-ballun tad-deheb. Huwa għen lill-Olanda jaslu sat-Tazza tad-Dinja tal-1978 iżda rtira aktar tard sabiex jikkonċentra mal- klabb tiegħu Barcelona. Ferenc Puskas – Ungerija Puskas lagħab l-aqwa livell ta' futbol possibli sal-eta' ta' 39 sena. Huwa skorja total impressjonanti ta' gowls eżattament 509 f '523 dehra l-kampjonat. Kien jilgħab ma' Real Madrid fejn rebaħ ħames kampjonati La Liga kif ukoll ħames darbiet it-Tazza taċ-Champions tmien snin. Kien plejer impressjonanti t-tim Ungeriż imlaqqam "The Magic Magyars" s-snin 50 hekk kif skorja 54 gowl f '85 dehra. Huwa wassal lill-Ungerija sal-nali tat-Tazza tad-Dinja tal-1954 iżda tilfuha għas-spejjeż tal-Ġermanja tal-Punent. Alfredo Di Stefano – Arġentina, Kolombja u Spanja. Di Stefano twieled l-Arġentina iżda fatt kurjuż hu li lagħab logħob internazzjonali anke mal-Kolombja u Spanja. Bħalissa għadu jżomm ir-rekord tar-raba' l-aqwa skorer l-La Liga Spanjola meta skorja 216-il gowl 282 dehra bejn l-1953 u l-1964. Di Stefano rebaħ ħames tazzi Ewropej iżda qatt ma kien ma' tim nazzjonali li kkwalika għal xi fażi nali tat-Tazza tad-Dinja. Michel Platini – Franza Platini rnexxielu jirbaħ l-EURO 1984 iżda qatt ma għamel xi ħoss kbir fuq livell mondjali. Fis-sena tal-EURO hu skorja xejn inqas minn disa' gowls f 'ħames logħbiet. Wassal lit-tim nazzjonali Franċiż u lagħab l-fażi nali tal-edizzjonijiet tal-1978, 1982 u l-1986 iżda l-iktar li seta' jagħmel kien li jaslu sas- seminali -aħħar żewġ edizzjonijiet imsemmija. Ma' Juventus rebaħ żewġ kampjonati u Tazza tac-Champions l-ħames snin li dam mal-Bianconeri. Eusebio – Portugall Dan il-plejer skorja ammont impressjonanti ta' 749 gowls f '745 dehriet mat-tim nazzjonali Portugiż. L-isbaħ mument tiegħu t-Tazza tad-Dinja kien -1966 fejn ikkontribwixxa għat-tielet post f 'din l-edizzjoni u fejn spiċċa l-aqwa skorer b'disa' gowls. Fuq livell ta' klabb, Eusebio għen lil Benca jirbħu 11-il kampjonat Portugiż u erba' tazzi Ewropej. George Best – Irlanda ta' Fuq Dan il-plejer qatt ma kellu x-xorti li jilgħab f 'turnament maġġuri bħat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonat Ewropew. Best għen lill-klabb tiegħu Manchester United jirbħu t-Tazza Ewropeja -1968. Mat-tim ta' pajjiżu kien skorer proliku meta skorja 179 gowl f '470 dehra l-11-il sena kemm dam jilgħab magħhom. Marco Van Basten – Olanda Van Basten kien rinomat għall-gowls li skorja ma' Milan l-kampjonat Taljan u t-Tazzi Ewropej kif ukoll għas-suċċess li kisbu l-Olandiżi f 'EURO 1988. Madankollu huwa lagħab edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja dik tal-1990 li saret -Italja. Minkejja kollox ftit impressjona f 'dak il-perjodu sabiex qatt ma kellu ċ-ċans iduq nitfa suċċess f 'din it-tazza tant prestiġġjuża. Zico – Brażil Il-Brażiljani jgħidu li Zico huwa wieħed mill-aqwa plejers illi qatt ipproduċa l-pajjiż. Huwa skorja 52 gowl 72 partita internazzjonali li lagħab. L-isfortu- na tiegħu kien illi kien jilgħab ma' ġenerazzjoni illi ftit impressjonaw t-Tazza tad-Dinja tal-1982 u għalhekk spiċċa b'xejn. Tant hu hekk illi spiċċaw tilfu kontra t-tim li rebaħ dan it-turnament dik is-sena partikolari. Roberto Baggio – Italja Baggio huwa l-uniku plejer Taljan illi skorja tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja (1990, 1994, 1998), b'disa' gowls b'kollox. "Il Codino", kif inhuwa magħruf, għen lit-tim li spiċċa t-tielet post -1990 u t-tieni post -1994. F'din l-aħħar edizzjoni kellu l-iżvintura illi jfalli penalty l-lotterija tax- xuttijiet mill-11-il metru biex Brażil kienu rebħu dik it-tazza. Baggio rebaħ il-ballun tad-deheb -1993, żewġ kampjonati tas-Serie A u sar l-ewwel plejer Taljan li skorja 300 gowls f '50 sena sħaħ. Paolo Maldini – Italja Maldini għamel id-debutt tiegħu ma' AC Milan -eta' tenera ta' 16-il sena u minn hemm 'l hemm kolonna d-diża tar-Rossoneri għal 24 sena. Huwa kien captain tat-tim nazzjonali Taljan f 'ħames turnaments maġġuri mit-Tazza tad-Dinja tal-1994 sa dik tal-2002. Huwa lagħab ukoll l-kampjonati Ewropej tal-1996 u tas-sena 2000. Fil-karriera tiegħu rebaħ seba' kampjonati tas-Serie A u ħames Champions League ma' AC Milan.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018