Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 Sports 16 It-Tim Ewropew tal-istaġun 2017/18 Wara li ftit tal-ġimgħat ilu ntemm l-istaġun 2017/2018, f 'diversi kampjonati Ewropej spikkaw plejers individwali li bbrillaw mat-timijiet rispettivi tagħhom u filwaqt li rebħu unuri personali xprunaw lit-tim tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat u ta' diversi unuri oħra internazzjonali. B'hekk ħsibna li noħolqu tim magħmul minn 11-il plejer li jilagħbu f 'erba' kampjonati għal qalb id-dilettanti Maltin iġifieri dak Ingliż, Taljan, Ġermaniż u Spanjol. Goalkeeper – Jan Oblak (Atletico Madrid) Dan huwa wieħed mill-ħafna gowlkipers ta' kwalita' li minn dejjem kellhom il-Colchoneros. Il-gowlkiper Sloven kien strumentali d-dipartiment difensiv tat-tim hekk kif sofrew biss 20 gowl l-La Liga Spanjola din is-sena. Ħafna jqisuh bħala l-aqwa gowlkiper d-dinja fejn anke rnexxielu jagħmel 22 logħba mingħajr ma jaqla' gowl matul dan l-istaġun. Difensur mal-linja leminija – Joshua Kimmich (Bayern Munich) It-tim mill-Bavarja kien xi ftit inkwetat li ma kienx ser isib plejer illi jilbes iż-żarbun ta' Philip Lahm illi rtira matul is-sajf illi għadda. Iżda f 'Joshua Kimmich tista' tgħid illi sabu s-sostitut ideali hekk kif kien eċċezzjonali l-logħbiet tiegħu ma' Bayern Munich. Hu sab ix-xibka darbtejn s-seminali tal-UEFA Champions League kontra Real Madrid iżda aktar minn hekk wettaq 10 assists lil sħabu li eventwalment issarrfu f 'gowls. Plejer illi ssibu kullimkien u jgħin mhux ftit lit-tim tiegħu. Difensur ċentrali – Milan Skriniar (Inter) Dan il-plejer mis-Slovakkja huwa kkunsidrat wieħed mill-aħjar difensuri l-mument wara staġun eċċezzjonali ma' Inter. Wara li n-Neroazzurri akkwistawh mingħand Sampdoria għas-somma ta' €20 miljun, Manchester City jinsabu nteressati h u qed joru tliet darbiet iktar għalih iġieri €65 miljun. B'hekk ser tkun uġigħ ta' ras kbira għal Inter illi jżommuh minħabba l-popolarita' li qed ikollu dan il-plejer. Hu jinsab t-tieni post tal-iktar difensuri eet- tivi -Italja u l-proċess huwa rnexxielu jiskorja erba' gowls ukoll. Difensur ċentrali – Diego Godin (Atletico Madrid) Godin huwa meqjus bħala kolonna d-diża lwaqt illi ħafna oħrajn jarawh bħala wieħed mill-aqwa d-dinja. Għalkemm għandu 32 sena huwa kapaċi jispira lil sħabu fejn apparti li jiddefendi ferm tajjeb l-attakki tal-avversarji, kapaċi jiskorjalek gowls sbieħ meta hu jitla' jgħin lil sħabu -attakk f 'azzjoni ta' korner u frikik. Difensur fuq in-naħa xellugija – Jordi Alba (Barcelona) Dan il-plejer ingħata nifs ġdid mal-Katalani kemm ilu kowċ Ernesto Valverde. Fil-fatt taħt Luis Enrique ftit kien jilgħab iżda matul dan l-istaġun ingħata duċja sħiħa u bil-logħob tiegħu wera kwalitajiet mill-aqwa. Kien tajjeb d-diża tat-tim Spanjol iżda anke kapaċi jmexxi kontrattakki perikolużi fejn apparti li wettaq ħafna assists lejn sħabu, kien awtur ta' żewġ gowls l-La Liga Spanjola matul dan l-istaġun. Plejer f'nofs il-grawnd – Toni Kroos (Real Madrid) Dan kien staġun ta' tlugħ u nżul għal dan il-plejer Ġermaniż l-La Liga Spanjola ma' Real Madrid. Madankollu kien plejer illi żamm ċertu konsistenza u dan għen lit-tim b'mod partikolari l-mixja għall-nali tal-UEFA Champions League. Matul dan l-istaġun skorja ħames gowls u kien awtur ta' seba' assists f '26 dehra li għamel mal-Merengues. Plejer f'nofs il-grawnd – Kevin de Bruyne (Manchester City) Li kieku De Bruyne kien magħżul bħala PFA Player of the Season minok l-attakkant proliku ta' Liverpool Mohamed Salah, ħadd ma kien jgħid xejn. Il-plejer Belġjan kellu staġun eċċellenti ma' The Citizens fejn għenhom jirbħu l-kampjonat u -istess ħin kien awtur ta' xejn inqas minn 16-il assist matul dan l-istaġun. Ħafna jqisu dan il-plejer bħala mutur f 'nofs il-grawnd u għandu jkun ta' għajnuna għal Belġju matul it-Tazza tad-Dinja li jmiss. Plejer mal-linja leminija – Mohamed Salah (Liverpool) Salah rebaħ diversi unuri personali matul dan l-istaġun. Wara li ġie magħżul bħala PFA Player of the year u Football Writers' Association's Footballer of the Year, il-plejer Eġizzjan kellu rekords impressjonanti li jħalluk miblugħ. Huwa skorja 32 gowl 38 partita u għen ukoll lir-Reds l-mixja trijonfali sal-nali tal-UEFA Champions League. Kellu debutt mill-aqwa ma' Liverpool u mal-ewwel sab siequ mat-tim ta' Jurgen Klopp. It-tamiet tiegħu li jirbaħ il-ballun tad-deheb -aħħar tas-sena jistgħu jiżdiedu jekk matul dan iż-żmien jirbaħ xi unur prestiġġjuż. Plejer ta' nofs il-grawnd offensiv – Lionel Messi (Barcelona) L-istilla Arġentina ġarr il-fortuni tat-tim mill-Katalonja għal ħafna mumenti matul dan l-istaġun u apparti minn hekk għenhom sabiex jirbħu l-kamp- jonat riċenti. Fl-unika darba li ma kienx t-tim, Barcelona tilfu kontra Levante. Messi kien awtur ta' diversi gowls wieħed isbaħ mill-ieħor fosthom il-frikik kontra Atletico Madrid, il-gowl drammatiku kontra Seville -aħħar ħinijiet, iż-żewġ hat-tricks kontra Deportivo La Coruna u Espanyol u l-erba' gowls li skorja kontra Eibar. Matul dan l-istaġun hu sab ix-xibka 34 draba, wettaq 12-il assist waqt li lagħab 35 darba mal-Blaugrana. Plejer mal-linja xellugija – Cristiano Ronaldo (Real Madrid) Il-plejer Portugiż dam ma ngrana l-bidu hekk kif skorja biss erba' gowls -ewwel parti ta' dan l-istaġun. Iżda minn Diċembru 'l hawn l-aarijiet inbidlu mil-lejl għan-nhar u s-sena 2018 ġabet nifs ġdid għalih hekk kif skorja 25 gowl f '26 dehra mal-Merengues. Jispikkaw fost l-oħrajn il-gowls illi skorja kontra Barcelona, il-poker kontra Girona, il-hat-trick kontra Real Sociedad u d-doppjetti kontra Eibar, Getafe, Valencia, Alaves, Deportivo u Sevilla. Wieħed ma jistax jinsa lanqas il-gowl kapolavur minn rovexxjata skorjat s-seminali tal-UEFA Champions League kontra Juventus. Ronaldo huwa kkunsidrat li kapaċi jbiddel ix-xorti tal-logħba u dan deher mhux ftit kemm ilu jagħmel parti mill-iskwadra tal-Merengues. Attakkant – Harry Kane (Tottenham Hotspurs) Jista' jkun illi Harry Kane ġie megħlub minn Mohamed Salah ż-żarbuna tad-deheb iżda l-iskorer proliku ta' Tottenham Hotspurs ta prova li kapaċi jkun attakkant konsistenti quddiem il-lasta avversarja. Skorja 28 gowl għall-Ispurs u mhux ta b'xejn illi diversi klabbs Ewropej fosthom Real Madrid iridu s-servizzi tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018