Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum Sports 19 House komuni fejn jiltaqgħu. Il-fondi qegħdin hemm iżda qed insibu ostakli kbar u burokrazija mill-Planning Authority. Dawn l-Għaqdiet Sportivi jaħdmu u jikkollaboraw ħafna flimkien, għalkemm m'għandniex Club House, u għadna kif ħriġna magazine li qiegħed jiġi mibgħut lil 12,000 familja madwar il-lokalità tagħna u ta' madwarna. Taqbel li kull tim f 'kull diviżjoni tal-futbol Malti, fosthom fl-Ewwel Diviżjoni, ikun jista' jutilizza numru mingħajr limitu ta' plejers barranin? Fit-teorija ma nara ebda problema. Ħafna jsostnu li dan iwassal sabiex il-futbol fil-livell taż- żgħażagħ imur il-baħar għax plejers żgħażagħ ma jingħatawx ċans jiżviluppaw u t-timijiet jixtru jew jingaġġaw plejers barranin. Il-fatti juru li l-livell tal- futbol Malti fil-youths huwa baxx għax m'hemmx investiment sewwa, m'hemmx viżjoni fit-tul u m'hemmx politika u prassi sostenibbli. Għalhekk flok wieħed janalizza l-problema u jara kif se jsolviha, imur għall-aktar soluzzjoni faċli: "Ejja niftħu s-suq beraħ!" Din mhix is-soluzzjoni iżda l-aktar mod faċli li tiffaċċjaha. Fl-opinjoni tiegħi, ejja norganizzaw u niffinanzjaw tajjeb il-Youth Academies tagħna b'mod professjonali, b'organizzazzjoni serja u bi strutturi ta' kowċing professjonali sabiex inġibu liż- żgħażagħ tagħna f 'livell ta' żgħażagħ barranin Ewropej, imbagħad ħa niftħu l-bibien għal dawn tal- aħħar sabiex iż-żgħażagħ ikollhom kompetizzjoni xierqa. Il-futbol Malti marid? Iva, ċertament. Il-futbol Malti jinsab marid u qiegħed imut bil- mod. Hemm bżonn mod ġdid ta' kif jitmexxa il-futbol f 'Malta – rivoluzzjoni sħiħa. Is-suċċessi li kisbu pajjiżi bħall- Iżlanda (tim li konna nikkompetu miegħu sew fis-snin l-imgħoddija), l-Ingilterra fil-livell taż-Żgħażagħ, id-dominazzjoni Ġermaniża seħħew wara li bidlu d-direzzjoni li kienu mexjin biha qabel. Qegħdin nibqgħu nippersistu bi prassi li ma tawx riżultati. Hemm bżonn li kull min iħobb il-logħba jingħaqad, tiġi mfassla viżjoni li twassal għas-suċċess, nużaw l-aħjar talenti li għandna f 'kull qasam, ninvestu fi strutturi ta' coaching, f 'metodi moderni inklussivi u pożittivi sabiex noħolqu organizzazzjoni omoġenja biex inbidlu l-mentalità qadima ta' kif naraw u namministraw il-futbol Malti. Din il-viżjoni ssir realtà jekk mill-paroli ngħaddu għall-fatti, bl- għajnuna ta' kulħadd. Taħseb li teżisti korruzzjoni fil- futbol tat-Tieni Diviżjoni jew din hija iktar lampanti f ' diviżjonijiet superjuri bħal mhi d-diviżjoni Premier? M'għandiex idea jekk il-korruzzjoni hix aktar jew anqas f 'xi Diviżjoni. Li naf huwa li l-korruzzjoni teżisti f 'kull Diviżjoni. Tieħu forom differenti: il-korruzzjoni - minn logħob irranġat għall-imħatri onlajn, għal telf jew rebħ ta' partiti biex jibbenifika tim sa ukoll l- għoti ta' bonuses lill- klabbs oħra biex jilagħbu aħjar kontra timijiet oħra speċifiċi. Fi Swieqi United introducejna numru ta' miżuri biex jissalvagwardjaw lill- klabb, lill-kowċis u lill-plejers minn tentazzjonijiet bħal dawn, għalkemm trid toqgħod attent u viġilanti. Bħala pajjiż huwa diffiċli mmens li tiġġieled il-korruzzjoni għaliex aħna m'aħniex komunità magħquda fil-logħba tal -futbol. Irridu nipprattikaw politika ta' 'Zero Tolerance', nipproteġu lil min jikxef il-Korruzzjoni waqt li nattakkaw lil min jipprova jikkorrompi liż-żgħażagħ tagħna. Kif qed tħares lejn il-futur immedjat ta' Swieqi United fl-Ewwel Diviżjoni? L-għan tagħna se jkun dak li nikkonsolidaw l-pożizzjoni tagħna fl-Ewwel Diviżjoni. Dik se tkun il-mira tagħna, ix-xewqa tagħna, il-missjoni tagħna. Filwaqt li qed nagħmlu dan, aħna mhux se ninsew li l-bqija tal-klabb, mill-U5s sal-U19 tagħna, mill-iskwadra tan-Nisa tagħna għall-iskwadra tal-Futsal tagħna, għax nemmnu li jeħtieġ li jsir progress f 'kull livell. Ftakar li l-filosofija tagħna hija li l-klabb, u mhux biss tim speċifiku, irid jimxi 'l quddiem. Is-suċċess għalina mhuwiex biss l-iskor - mhux biss it-trofew jew il-promozzjoni - huwa wkoll il-progress tagħna bħala komunità magħquda. Finalment, jekk tixtieq għaddi xi ringrazzjamenti lil diversi persuni li għamlu dan is-suċċess wieħed possibbli għal Swieqi United. Nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat Eżekkutiv u ż-żewġ Viċi Presidenti Dr Michael Calleja u Dr Robert Dingli, li kollha jaħdmu b'mod volontarju għall-Klabb, lill-Kowċis Billy Mock, Rodney Bugeja, Roger Walker, Paul Gatt u l-Physio Noel Hili, lill-Captain Roderick Taliana u l-plejers kollha tal-iskwadra tal-kbar u tal-U19s. Inrodd ħajr ukoll lill-Kowċis, Physios u lill-plejers tal-iskwadri kollha tal-klabb tax-xogħol u s-sapport tagħhom. Nirringrazzja lill-isponsors: Global Tech, Homes of Quality, Taxify, Matching Visions, Bit 8, NM Group, J. Portelli Projects, lill-Partners Da Vinci Hospital, Physio Point, Nike GO Sport, Logixcreative, Untangled Media, Portughes, Cavalieri Art Hotel, Mapfre Insurance, Walk- In Bar & Kitchen u lis-Social Partners, Action For Breast Cancer Foundation Malta u Dr Klown. wasslet għas-suċċess storiku ta' Swieqi United Huwa l-President ferm ħabrieki ta' Swieqi United. Flimkien ma' oħrajn kien wieħed mill-imħuħ ewlenin biex wassal lil dan it-tim minn lokalità żgħira iżda b'qalb tassew kbira għas-suċċess uniku li jikseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Jaħdem bħala Avukat. DR JUSTIN FENECH Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018