Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum Aħbarijiet Minn Sarah Debattista ILMUTUR huwa mezz ta' trasport ta' kif persuna tivvjaġġa minn post għall- ieħor faċilment, mingħajr wisq inkwiet ta' ħin mitluf fit-traffiku. Huwa evidenti li l-muturi żdiedu b'mod drastiku tul dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna. Fil-fatt, statistika mogħtija lil din il-gazzetta minn Transport Malta turi li nħarġu 961 liċenzja ġdida tal-muturi f 'dawn l-aħħar ħames snin. Wara li f 'Jannar tal-2015 ġiet introdotta l-inizjattiva l-ġdida mill-Gvern biex iktar persuni jużaw muturi, inħarġu 3,568 liċenzja taħt il-kategorija B111. Din l-inizjattiva ġiet fis-seħħ bl- għan li tonqos il-problema tat- traffiku. Huwa fatt magħruf li l-muturi jgħinu fl-atteġġjament tat-traffiku minħabba l-għamla żgħira u l- effiċjenza tal-vettura nnifisha. Bis-saħħa ta' din l-inizjattiva, sewwieqa li diġà għandhom il-liċenzja B, jistgħu jsuqu muturi sa massimu 125cc wara biss 10 sigħat ta' taħriġ minn għalliema kwalifikati. Jitkellem sewwieq tal-mutur… L-ILLUM tkellmet ma' Luke Zerafa, sewwieq tal-muturi. Zerafa ilu juża l-mutur bħala l-mezz prinċipali ta' trasport għal dawn l-aħħar sitt snin. Zerafa qalilna "Nagħżel li nsuq mutur u mhux karozza għall- fatt li jagħtini aktar pjaċir u għax fih inqas spejjeż". Kompla jżid jgħid li bil-mutur jiffranka ħafna traffiku, għalkemm "ma tistax taqbeż lil min trid fit-traffiku kif ġieb u laħaq." Zerafa kellimna dwar xi fatturi li jtellfuh waqt is-sewqan, fosthom it-trab u ż-żrar li ċertu inġenji tal-kummerċ iħallu warajhom. "Il-ħin kollu nara nies fuq il-mowbajls, saħansitra fuq Facebook waqt li qed isuqu." Zerafa kompla jgħid kif permezz tal-mutur jiġi qrib ħafna tal-vetturi tant li jkun jista' jara sew x'qed jagħmlu. Is-sewwieq stqarr magħna li ġieli kien involut f 'inċidenti tat-traffiku iżda xorta jagħżel li jibqa' jivvjaġġa bil-mutur. Staqsejnieh jekk jaħsibx li t-toroq ta' Malta humiex addattati għas-sewwieqa tal-muturi. It-tweġiba tiegħu kienet: "naħseb li hawn wisq ġenn fit-toroq u kulħadd irid jasal malajr, minħabba f 'hekk trid toqgħod attent ħafna iktar għax ġieli anqas jintebħu bik il-karozzi". Kompla jgħid li, is-sewwieqa tal-karozzi qed ikunu iktar konxji fis-sewqan tagħhom potenzjalment minħabba l-inċidenti fatali li seħħew f 'dawn l-aħħar snin. Zerafa temm b'messaġġ għal dawk li mħajra jġibu l-liċenzja tal-mutur "moħħkom hemm u suqu bil-galbu". Żieda ta' inċidenti fatali b'muturi… Informazzjoni li kien ippubblika l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ta' Malta turi li, bejn Jannar u Marzu tas-sena l-oħra kien hemm 19.4% ta' inċidenti fatali b'muturi b'persuna waħda titlef ħajjitha. Fl-istess perjodu ta' din is-sena, naraw żieda ta' fatalitajiet b'muturi bil-persentaġġ jitla' għal dak ta' 23.7%. Filfatt, żewġ persuni tilfu ħajjithom b'mutur sa Marzu ta' din is-sena. Is-sigurtà fit-toroq, Transport Malta… L-ILLUM tistaqsi lil Transport Malta dwar x'qed isir sabiex tiżdied iktar sigurtà fit-toroq għas-sewwieqa tal-muturi. Transport Malta twieġeb li f 'dawn l-aħħar snin implimentat bosta miżuri ġodda kif ukoll kampanji, bl-għan li tiżdied ikar sigurtà fit-toroq Maltin. Fost il-miżuri kien hemm il- 'motorcycle strips' li jagħmlu l-'crash barriers' iktar siguri għas-sewwieqa tal-muturi. Dawn l-'istrips' ġew implimentati fil-coast road u iktar riċentament fil-Kappara. F'dawn l-aħħar snin saru diversi kampanji fuq diversi mezzi tax-xandir sabiex titqajjem iktar kuxjenza f 'dak li jikkonċerna sewwieqa tal- muturi. Il-m0essaġġ ta' dawn il-kampanji fost l-oħrajn hu li tiżdied iktar ir-responsabbiltà fost is-sewwieqa tal-muturi fejn jidħol ilbies addattat u protettiv, kif ukoll l-importanza li jinżamm il-limitu tal-veloċità. Messaġġi oħra edukattivi huma li s-sewwieqa jkunu iktar konxji tal-muturi waqt is-sewqan u li tinżamm id- distanza mill-muturi sabiex jiġu evitati inċidenti. Transport Malta żżid li se tkompli teduka u tippromovi s-sigurtà fit- toroq filwaqt li l-infrastruttura tat-toroq se tkompli tiġi mtejba għal iktar sigurtà. 961 liċenzja ġdida tal-muturi fl-aħħar ħames snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018