Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

illum | Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 Festi II ILLUM tista' tgħid li ma hawnx belt jew raħal f 'Malta li ma jagħmilx minn kollox biex jiċċelebra festa kbira u sabiħa lill- patrun li għalih hija ddedikata l-parroċċa jew inkella li għalih kienet twaqqfet xi fratellanza. Iżda dawn il-festi minn xi mkien bdew u mhux dejjem kienu jiġu ċċelebrati fil-lokalitajiet kollha. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mar-riċerkatur Charles Coleiro u miegħu għamlet vjaġġ qasir lejn l-oriġini tal-festa Maltija u dak kollu li għandu x'jaqsam magħhom. Coleiro jispjega kif filwaqt li ċertu festi kienu jiġu ċċelebrati qabel il-miġja tal-Kavallieri, l-Ordni ta' San Ġwann tathom spinta tajba 'l quddiem. Fil-fatt, il-festi magħrufa ta' San Girgor u anke tal-Imnarja jibqgħu dejjem assoċjati ma' dan il-perjodu fl-istorja ta' Malta. Ma għandniex xi ngħidu, wara r-rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565, żdiedet il-festa tal-Vitorja fl-Isla, fin-Naxxar, ix-Xagħra u b'lejla ta' għana fil- Mellieħa. Charles Coleiro jkompli jgħid kif fil-fatt kien fi żmien il-Kavallieri wkoll meta bdew jiġu organizzati l-ewwel festi bi ftit ingredjenti soċjo- kulturali. Dak iż-żmien, l-attivitajiet kollha kienu jsiru fil-knisja, ħlief għal xi purċissjoni li ma kinitx tinkludi statwi, iżda relikwarji tal-qaddis jew qaddisa, li sal-lum għadhom parti essenzjali mill-festa u mill- purċissjoni. Il-festa ta' San Ġwann Battista kellha wkoll importanza kbira, anke għax dan huwa l-patrun tal-ordni. George Sandys, vjaġġatur Ingliż li kien żar Malta fl-1610 kien kiteb u ddeskriva din il-festa bħala spettaklu. Fost oħrajn, irrakkonta kif il-faċċata ta' kull berġa tal-Kavallieri kienet mixgħula bit-tazzi taż-żejt u anke semma l-isparar tal-kanuni. Għadna sal-lum, fit- tmienja u f 'nofsinhar, fil- ġimgħa tal-festa naħarqu s-salut, għalkemm mhux aktar mill-kanuni. Iżda ħafna aktar qabel Sandys, propju fl-1575, Charles Coleiro jispjega kif Mons Pietro Dużina, il-Viżitatur Appostoliku, kien kiteb kif 10 snin wara l-ħerba li ħalla l-Assedju l-Kbir, sab li kien hawn 32 festa kmandata, fosthom il- festi tal-Appostli. Fost dawn isemmi wkoll il- festi tal-Lunzjata, Santu Kruċ (il-festa meta Santa Liena sabet is-salib ta' Kristu), San Mikiel u San Ġwann Battista. Il-festi jista' jkun li kienu jservu wkoll xi ftit jew wisq ta' aljenazzjoni. Tant hu hekk li Coleiro jispjega li fil-mument li l-Kavallieri riedu jinħabbu 'l aktar mal- Maltin, lejn tmiem il- ħakma tagħhom, il-Gran Mastru De Rohan, fis- sena 1777 ħareġ iħeġġeġ lill-poplu biex jiċċelebra bl-akbar pompa l-festi fil-knisja u jsemmi wkoll il-festi esterni. Imma l-Maltin dak iż-żmien kienu foqra. Kif setgħu jorganizzaw il-festi? Coleiro jispjega kif il-festi kienu jagħmlu tajjeb għalihom xi benefatturi li x'aktarx kienu jkunu sinjuri. Interressanti kif apparti xi donazzoni ta' qasba żejt biex tinxtegħel il-knisja, kien anke jitqassam il-ħobż lill- foqra. Il-festa: mid-devozzjoni għat-tradizzjonijiet Jekk taqbad tikteb fuq il-festi ma tiqafx. Hemm wisq xi tgħid! Il-gazzetta ILLUM tagħmel vjaġġ qasir fl -istorja mar-riċerkatur Charles Coleiro lejn l-oriġini ta' dawk il-fatturi li jagħmlu l-festa Maltija unika. Drawwiet, folklor u rakkonti Id-drawwiet dejjem kienu parti essenzjali mill-festi u li xi drabi jiddistinwgu festa minn oħra u jagħtuha identità. Ma' Coleiro tkellimna dwar dawk id-drawwiet li maż-żmien spiċċaw, fosthom kif fl-imgħoddi, il-paniġierku kien isir bit-Taljan filgħodu u bil-Malti filgħaxija u tradizzjonijiet oħrajn li llum qed jerġgħu jingħataw il-ħajja. • Santu Kruċ: Nhar it-3 ta' Mejju, il-bdiewa kienu jħarsu din il-festa kmandata billi ma jaħdmux raba'. Marbuta ma' din il-festa hemm rakkont li jgħid kif għadd ta' ġurati attakkaw l-għelieqi u kielu l-uċuħ tagħhom meta l-bdiewa ddeċidew li jaħdmu. • It-tiġrijiet tal-bhejjem: Nhar l-Imnarja u anke Santu Rokku kienu jsiru l-famużi tiġrijiet tal-bhejjem. • Tiġrijiet tan-nies: Fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Imdina kienu jsiru t-tiġrijiet tal-irġiel u tat-tfal, tradizzjoni li qed terġa' tingħata l-ħajja. • Tiġrijiet tad-dgħajjes: Fil-festa tal-Madonna tal-Porto Salvo kienet issir it-tiġrija tad-dgħajjes fil-Port il-Kbir, xi ħaġa li għadha ssir biss fil-Vitorja. • Il-ġostra: Illum għadha ssir fil-festi tal-Imsida u ta' San Ġiljan • L-għana: Popolari fil-festi ta' San Girgor, l-Imnarja u Lejlet il-Vitorja, fil- Mellieħa. • San Nikola: Magħruf għall-qima fost ix-xebbiet li riedu jiżżewġu, tant li fis- Siġġiewi kienet teżisti d-drawwa li xebbiet iduru tliet darbiet mal-istatwa ta' San Nikola, fil-pjazza tar-raħal biex isibilhom għarus. Il-ġostra fil-festa ta' San Ġiljan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018