Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum | Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 Festi VI "INSTEMA' l-ħoss tat-tir. Dehret il-leħħa ħierġa mill- kanna u 'l fuq fid-dalma tas-smewwiet, 'l hemm mill-mixgħela tar-raħal, feġġ raġġ dawl. Dlonk, instema' l-ħoss tal-qasma tal-polvri, u nxtegħlu s-smewwiet, b'segwenza ta' tliet fetħiet, donnhom umbrelel tal-ilwien lesti biex jibilgħu wieħed lil ieħor sakemm d-dehra ntemmet b'ħoss ta' bomba. Għal dawk il-ftit sekondi, l-madwar iddawwal, u ntlemħu d-dellijiet tal-art sħuna tal-għalqa tal-ħruq. F'ħakka t'għajn kollox għeb u x-xrar, qisu xita rxiex, inħass nieżel maż-żiffa ħelwa għal fuq l-inħawi." Taħseb li qed taqra xi daħla ta' xi rumanz storiku bbażat f 'Malta tal-imgħoddi, imma fil-verità din hija sempliċiment il-mod kif id-Deputat Godfrey Farrugia ddeskriva murtal wieħed li flimkien ma' sħabu jsebbaħ is-sema Maltija tul il-ġranet kollha tas-sajf, illum f 'lokalità u għada f 'oħra. Normalment nitkellmu ma' Godfrey Farrugia bħala tabib jew inkella politiku iżda llum se nitkellmu miegħu bħala pirotekniku, b'mod partikolari dwar l-irwol tal-murtal li bħal arloġġ jimmarka l-ħin u jibgħat messaġġ, ħafna drabi indirizzat lill-ġirien. Għal Farrugia ma hemmx festa mingħajr nar. Wara l-ħoss u d-daħna tal-murtal, Farrugia jara inkarnati fil-murtal "id- devozzjoni, il-volontarjat, l-imħabba u l-orgolju tal- komunità, u l-ħaddiema tan- nar. Murtal messaġġier... karrateristika unika f 'Malta Iżda wara l-ħila, il-kimika, il- mekkanika u x-xjenza ta' murtal hemm aktar minn hekk. Għal Godfrey Farrugia, il-murtal huwa wkoll messaġġier. "Kull ħarqa, ħlief xi eċċezzjonijiet żgħar, hi mlaqqa' li tinħaraq fl-istess ħin meta jibdew jew jintemmu ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jseħħu fil-knisja tul il-ġimgħa tal-festa: il-ħruġ min-niċċa, l-Anġelus, it-Tridijiet, it- Tranżlazzjoni, il-ħruġ u dħul tal-purċissjoni u anke l-barka," saħaq Farrugia. "Din il-karatteristika hija unika għall- gżiritna u dan tagħrfu l-istess Ordinanza tal-Isplussiv." Imma dan mhux biżżejjed għax fi kliem Godfrey Farrugia hu preċiżament il-ħoss tal- ħarqa, kemm jekk musketterija, salut, kaxxa Spanjola jew infernali, beraq jew murtali tal-logħob, li huma messaġġiera u li jfakkru lir-residenti tal- lokal dwar l-attivitajiet li jkunu għaddejjin. Iżda Farrugia jkompli jispjega li l-messaġġ ma jiqafx mal- fruntiera tal-lokalità. Anzi huwa maħsub apposta biex il-ħoss jasal ukoll għand l-irħula tal-madwar biex ifakkarhom li r-raħal ta' maġenbhom "qed jiċċelebra bil-kbir." Illum il-ġurnata ma hemmx bżonn il-murtal biex tibgħat messaġġ jew tiġbed sieq il- ġirien. Tista' faċilment ittella' ritratt fuq Facebook. Kien għalhekk li staqsejna lil Farrugia jekk hemmx bżonn li l-ħoss tal- murtal ikun daqshekk qawwi, speċjalment minħabba l-anzjani u dawk morda. 'Iltqajt ma' morda li l-ħoss tal- murtal nisslilhom ferħ' Godfrey Farrugia saħaq li llum il-ġurnata kull ħarqa ssir b'mod meqjus biex tħares l-interessi ta' terzi u għalhekk il-ħoss la jkun eċċessiv u lanqas jagħmel ħsara għas-saħħa. Tant hu hekk li llum in-nar jinħaraq f 'ħin determinat u anke l-qisien huma mkejla u stabbiliti. Kompla jisħaq li fl-esperjenza tiegħu ta' tabib iltaqa' ma' każijiet fejn il-ħoss tal-murtali nissel ferħ u tifkiriet sbieħ fost persuni morda f 'qiegħ ta' sodda. "Kull festa hi manifestazzjoni ta' ferħ komunitarju u vetrina ta' dak kollu li hu Malti. Għalija l-festi hi teatru ħaj ta' wirt kulturali li baqa' jevolvi u jagħtina identità u bosta huma dawk il-barranin li jħarsu lejna b'faxxinu għal dak li kapaċi noħolqu. Iżda ssib minn fostna li jilmenta fuq l-istorbju u t-tniġġis tan-nar mingħajr ma japprezza l-ħoss, is-sbuħija u s-sinifikat tiegħu, tant li kieku jgħaddi tagħhom iwaqqfu l-logħob tan-nar," insista Farrugia. Kien hawn li tkellimna miegħu dwar it-teknika u l-preċiżjoni ta' ħarqa nar u insista li ftit huma dawk li jirrealizzaw u japprezzaw li kull ħarqa, għandha l-koreografija tagħha bħal kwalunkwe biċċa mużika. "Għandha l-bidu, il-biċċa tan- nofs u t-tmiem, fejn l-għamla tal-ħruq u għalhekk ukoll, il- kwalità u r-ritmu tal-ħoss huma differenti," insista Farrugia. ll-murtal Malti: messaġġier Il-ħoss tal-murtal, il-perikli fi l-kmamar tan-nar, l-istorbju, ir-responsabbilità tad-detenur u t-triq 'il quddiem għall-piroteknika. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Godfrey Farrugia Min jilgħab man-nar jinħaraq... mhux aħjar nevitaw? F'din is-sena, li fiha raġel tilef ħajtu fl-isplużjoni tal-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar ta' San Ġwann, ma stajniex ma nitkellmux ma' Farrugia dwar il-periklu li ġġib magħha l-piroteknika u x'hemm bżonn isir biex jonqsu l-inċidenti. Ma darx mal-lewża. Insista li kull pirotekniku jrid fuq kollox iħares saħħtu għax wara kollox "il-kimika hi kemm splussiv kif ukoll valenu tossiku." Propju għalhekk li spjega kif fl-aħħar snin ittieħdu bosta inizjattivi biex jidħlu regoli ġodda li jħarsu aktar is-saħħa u s-sigurtà waqt li jkun qed jinħadem in-nar, fosthom: • Kontrolli fuq il-kimika, partikolarment il-klorat, it-taħliet, il-ġarr mill-kamra u l-ħruq tan-nar fl-għalqa, mill-bjut u l-pjazez; • Korsijiet edukattivi u anke eżamijiet biex jinħarġu l-liċenzji tal- pirotekniċi; • Policy ġdida għall-bini tal-Kmamar tan-Nar, żjarat tal-ispettorat u l-apprentistat fit-taħriġ fil-kmamar; • Emenda fil-liġi biex titneħħa l-inċertezza meta titkejjel id- distanza ta' 183 metru li jrid ikun hemm bejn triq u kamra tan- nar; • Titneħħa jew ma tingħatax il-liċenzja lil min għandu kondotta kriminali; • Jintalab ċertifikat mediku kull meta tiġi riveduta l-liċenzja A, B jew Ċ; u • Skema biex kmamar tan-nar jimmodernizzaw l-istruttura u anke jixtru tagħmir li jħares is-saħħa u s-sigurtà fil-kamra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018