Illum previous editions

illum 5 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1011653

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 05 ta' Awwissu 2018 | illum Aħbarijiet NUMRU ta' sidien ta' stabbilimenti f 'Paceville esprimew id-diżappunt tagħhom ma' din il-gazzetta għall-fatt illi tħallew fid- dlam iktar minn sena u nofs wara li ċ-Chairman tal- Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg kien wiegħed illi Masterplan ġdid għal Paceville se jerġa' jitressaq għall-kunsiderazzjoni. L-ewwel abbozz tal- Masterplan għal Paceville qala' ħafna kritika u qajjem ħafna diskussjoni, l-aktar minħabba esproprijazzjoni ta' proprjetà privata kif ukoll negozji u minħabba akkużi ta' kunflitt ta' interess. Sid ta' stabbiliment f 'Paceville sostna illi minkejja dak li sejjaħ bħala 'tgħaffiġ' fl- ewwel abbozz tal-Masterplan ma jistax jifhem għalfejn il-proċess kollu kien waqaf. "Is-sitwazzjoni hija waħda li tqajjem tħassib, għax fin- nuqqas ta' Masterplan, x'se nagħmlu? Se nitrattaw kull żvilupp għalih? Jew skont il- Pjani Lokali?" Ġimagħtejn ilu din il-gazzetta żvelat kif ix-xogħol fuq il-Pjani Lokali jinsab fi stadju avvanzat u sorsi qalu illi jekk ix-xogħol fuqhom mhux lest, huwa kważi lest. Dawk li tkellmu mal-ILLUM sostnew illi kif inhuma l-affarijiet bħalissa teżisti biża' illi "proġett wieħed biss jista' jipperikola 10 żgħar." Wieħed mis-sorsi ta' din il-gazzetta sostna illi li jista' jiġri huwa li "minħabba nuqqas ta' pjan ħolistiku, li pereżempju jiddetermina kemm żona partikolari tiflaħ karozzi, ikun hemm proġett wieħed kbir u dak il-proġett kbir jagħmel biżżejjed effett fuq it-traffiku, li ma jħallix proġetti oħrajn isiru għax iż-żona ma tkunx tiflaħ aktar traffiku. B'Masterplan kull żvilupp permessibbli u l-effett tiegħu jkun ċar, mhux noqogħdu nissuspettaw jew nibżgħu li l-proċess se jsir fuq bażi ta' pick-and-choose, skont min huwa l-iżviluppatur jew is-sid." Dawk li tkellmu ma' din il- gazzetta sostnew illi l-Gvern m'għandux iħalli l-kritika ġustifikata li saret qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, tiddetermina l-passi li għandu jieħu. Mhux is-sidien biss, fid- dlam... Mhumiex biss is-sidien li ma jafu xejn dwar il- Masterplan ta' Paceville, imma anke l-iżviluppaturi. Fil-fatt f 'kuntatt mal-gazzetta ILLUM il-President tal-Malta Developers Association Sandro Chetcuti, qal illi l-MDA m'għandha ebda informazzjoni dwar il-Masterplan ta' Paceville. Intant din il-gazzetta staqsiet ukoll lill-Viċi Sindku ta' San Ġiljan Albert Buttigieg jekk hu jew il-Kunsill humiex infurmati dwar Masterplan ġdid għal Paceville, iżda r-risposta kienet fin-negattiv. Il-ġurnal The Sunday Times fi Frar tas-sena l-oħra, kien irrapporta illi Masterplan għall-mekka tad-divertiment jista' jkun li tara d-dawl biss wara elezzjoni ġenerali, simili għall-bidliet fil-Pjan Lokali. L-ewwel Masterplan kellu jingħata l-ġenb, wara kritika qawwija illi dak propost se jfisser esproprijazzjoni ta' residenzi, ta' stabbilimenti li lanqas qatt ma kienu kkonsultati dwar din il- possibilità kif ukoll ta' stabbilimenti kbar, primarjament St George's Park. Apparti li r-residenti kienu għamlu l-ilmenti tagħhom kienu bosta dawk li ħarġu kontra dan il-Masterplan, fosthom ukoll il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja. F'intervista ma' din il- gazzetta l-eks Segretarju Parlamentari Deborah Schembri kienet fakkret illi dak li kien ippreżentat kien biss abbozz u kkalmat biżgħat ta' esproprijazzjoni billi fakkret illi dan seta' jiġri biss wara qbil u b'kumpens li jissodisfa lir- resident jew sid tal-proprjetà. Apparti l-kritika, l-ewwel Masterplan spiċċa f 'nofs kontroversja hekk kif Mott Mac Donald, waħda miż- żewġ kumpaniji li kienu responsabbli għat-tfassil tagħha, kienet qed toffri konsulenza lill-iżviluppatur ta' proġett 'high rise' f 'Paceville stess. Diversi, inkluż l-Oppożizzjoni Nazzjonalista talbu biex dan il-pjan jerġa' jibda mill-bidu fid-dawl ta' dan il-kunflitt ta' interess. Il-Kamra tal-Periti kienet saħansitra ddeskriviet l-abbozz imressaq bħala 'bużżieqa se tinfaqa'.' Sidien ta' stabbilimenti urtati għax il- Masterplan ta' Paceville jinsab fil-friża Sid jgħid illi fi n-nuqqas ta' Masterplan għall-mekka tad-divertiment ikun hemm politika tal-'pick-and-choose' agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham ukoll il-Kummissjoni u b'kumpens li jissodisfa lir- ta' proġett 'high rise' f 'Paceville stess. Diversi,

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 August 2018