Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417
2 Aħbarijiet ISSEGRETARJU Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis ħabbar ir-rebbieħa tal-fond Festi Inklussivi 2018, inizjattiva ta' Baġit 2018 bl-għan li l-għaqdiet tal-festi madwar Malta u Għawdex jiġu mħeġġa joħolqu inizjattivi li bihom iħeġġu lill-komunità kollha tipparteċipa fil-festi tal- irħula u tal-ibliet tagħhom inklużi l-persuni b'diżabilità u l-anzjani. Is-Segretarju Parlamentari saħaq li s-suċċess tal-festi tradizzjonali f 'pajjiżna, b'dedikazzjoni tal-voluntiera kollha li jkunu involuti u bis-support tal-familjari tagħhom, għandu jitgawda minn kulħadd. Il-fond Festi Inklussivi 2018 kellu budget allokat ta' €100,000 li se jitqassmu bejn 19-il proġett f 'bosta lokalitajiet bejn Malta u Għawdex. L-ammont dedikat għal kull proġett ivarja, bl- akbar proġett jieħu l-massimu ta' €10,000. Fost il-proġetti li ntagħżlu hemm inizjattivi li jinvolvu trasport, lifts u pjattaformi biex anzjani u persuni b'diżabilità jkollhom aċċess fiżiku għall-attivitajiet tal-festa, bl-installazzjoni ta' screen fejn se tintwera l-istorja tal-patrun bil- lingwa tas-sinjali Maltija għal dawk neqsin mis-smigħ u s-sottotitli bil-Malti u bl-Ingliż biex kulħadd ikun parteċipi bis-sħiħ fil-festa, kif ukoll studju biex persuni b'diżabilità u/jew anzjani stess jindikaw kif iħossu li jistgħu jikkontribwixxu fil- festa. Dawn il-proġetti ntagħżlu minn bord indipendenti mmexxi mill-Imħallef Lawrence Quintano, li kien jinkludi l-Kummissarju tad-Drittijiet għal Persuni b'Diżabilità, il-Professur Andrew Azzopardi, Dr Alistair De Gaetano, Dr Noel Camilleri, Dr Bernard Busuttil, Matthew Chetcuti, Mario Coleiro, Karl Bugeja u Father Colin. Anthony Agius Decelis qal li din kienet l-ewwel darba li ġie mniedi l-fond Festi Inklussivi u fis-snin li ġejjin is-Segretarjat Parlamentari se jkompli jinvesti fl-inizjattiva u jagħti s-sapport sabiex jissaħħu l-proġetti ta' dawn l-għaqdiet li jaħdmu b'tant dedikazzjoni. Il-Kummissarju għad- Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità Oliver Scicluna faħħar lill-entużjasti tal-festa għax-xogħol li jagħmlu biex tittella' l-festa. Saħaq li din il-parti tal-patrimonju u tal-kultura Maltija għandha tkun ta' kulħadd u għal kulħadd u għalhekk din l-inizjattiva xegħlet niċċa għal aktar kuraġġ biex dan ikun jista' jsir, filwaqt li awgura li din l-inizjattiva tkompli ssir u tissaħħaħ. Fil-konklużjoni tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li jinsab ħerqan biex fis-sena 2019 jara l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u biex din l-inizjattiva li s'issa għadha riflessa f 'dokumenti u f 'karti ssir realtà u l-festi verament ikunu inklussivi. illum | Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 79 • 27 • 26 • 55 • 50 64 • 51 • 83 Tlugħ Nru. 751 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir- Repubblika, Valletta Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun Anici Pharmacy, Triq Aniċi, Qormi Brown's Pharmacy, 32, Triq Fleur- de-Lys (previously "Fleur de Lys Pharmacy"), Birkirkara Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida Balluta Pharmacy, 30, Triq Ċensu Tabone, San Ġiljan The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr Promenade Pharmacy, St Paul's Court, Pioneer Road, Buġibba Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, Isla Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is- Santwarju, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Qala Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'xi ħalbiet iżolati tax-xita għall- ewwel, li jsir ftit imsaħħab jew sabiħ. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Punent Majjistru forza 5 għal 6 li jdur mill-Punent il-Lbiċ u jsir lokalment forza 4 għal 5. BAĦAR Qawwi L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita u lokalment bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ kultant. VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Nofsinhar forza 5 lokalment forza 6 li jdur u jonqos gradwalment, u jsir Punent forza 4 għal 5. Billejl isir mill-Majjistral forza 5 għal 6. BAĦAR Qawwi Jitħabbru r-rebbieħa tal- fond Festi Inklussivi 2018