Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417
10 Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt illum | Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 Aħbarijiet Ikel, kumdità u lussu...x'qed tistenna Ħafna xogħol ma jgħoddx għalina...mela mur ibbukkja dak il-cruise mingħand Hamilton Travel mill-iktar fi s possibbli għal vaganza ta' rilassament, ikel, xorb, kumdità u ħafna memorji. L-ILLUM marret fuq l-MSC Seaview u rat b'għajnejha... VAGANZA dejjem sabiħa u speċjalment jekk tkun xi ftit jew wisq imħabbat bix- xogħol, tinżel għasel. Ftit li xejn hemm vaganza aħjar minn cruise; garanzija ta' rilassament, ikel kemm trid, ħafna attivitajiet li jimlewlek il-ġurnata meta tkun fuq il-vapur u opportunità tajba wkoll biex tgawdi l-familja mingħajr ħafna ġenn u ppjanar żejjed. Kollox ippjanat għalik, kollox lest u kollox għall-kumdità tiegħek. U biex kollox ikun perfett u ppjanat fuq il-cruise, m'hemm ħadd aħjar minn Hamilton Travel. Jiena u tiela' fuq l-MSC Seaview ħassejtni xi ftit ċiniku dwar kemm kienet se tkun tajba din l-esperjenza fuq cruise għall-ewwel darba f 'ħajti. Iżda kemm kont żbaljat! Kristalli, mirja u Boogie Nights Malli tidħol sibt jilqagħni l-lobby li jieħdok fl-Atrium. L-emozzjoni xħin tidħol f 'dan il-vapur hija verament indeskrivibbli. L-Atrium, l-ewwel li jilqgħek xħin tasal u li jitla' għal erba' sulari tal- vapur, jitfgħek mill-ewwel fl- atmosfera u jagħtik ħjiel tajjeb ta' x'hemm jistennik għall- ġranet li tkun se tqatta' hemm. Bar mill-isbaħ, art u saqaf kollha mirja, taraġ bil-kristall u divertiment għaddej il-ġurnata kollha. L-Atrium huwa l-post ċentrali illi fih tkun għaddejja attività l-ġurnata kollha, minn mużika 'Chill out' li tirrilassak waqt li tixrob xi cocktail għal 'Boogie Nights' b'mużika tas- 70ijiet u 80ijiet. Min ma jħobbx ikanta u jċapċap ma' xi YMCA tal-Village People? Jew 'I will Survive' ta' Gloria Gaynor? Jew inkella xi naqra 'Staying Alive' u 'You should be dancing' tal- Bee Gees? Fil-fatt il-Boogie Night fl- Atrium fuq l-MSC Seaview kien verament lejl tal-ġenn. Atmosfera tal-ġenn! Kulħadd jiċċaqlaq, ikanta, jixrob, jidħak jew inkella jilbes xi kostum! Lejl indimentikabbli. Imma dan huwa biss il-bidu. Bliet fuq il-baħar mimlija attività L-MSC Seaview u l-MSC Bellissima s-sena d-dieħla, huma belt fuq il-baħar mimlija attività. Pixxini diversi, fosthom il-Forest Aquaventure and Adventure Park li huwa apposta għat-tfal u bosta oħrajn kbar u żgħar, ġewwa u barra. U allura x'hemm isbaħ milli tpoġġi fuq xi 'sunbed' u tixrob ix-xarba favorita tiegħek filwaqt li t-tfal joqogħdu jilagħbu? U la qed nitkellmu dwar ix- xorb ta' min wieħed isemmi illi bħala parti mill-ħlas tiegħek inti jkollok għażla vasta ta' xorb non alkoħoliku, alkoħoliku bħal inbejjed, birer, spirti u cocktails kif ukoll ilma u luminati. U tista' tieħu dak li trid, xħin trid! X'lussu, hux? Ikel tajjeb. Xħin trid... u naqra 'gym' ħa żżomm il-figura L-ikel huwa kratteristika partikolari għall-cruises. Ikel ta' kull tip: laħmijiet, ħaxix, frott, kolazzjon, pasti, pancakes, pizza, ħut, burgers, hotdogs, sopop...insomma kull ħaġa li tista' timmaġina. U toqgħodx tinkwieta jekk bid-dieta jew veġitarjan għax hemm dak kollu li tixtieq ukoll; bżar mimli, spinaċi, insalati, patata, torti tal-ħaxix, frott, jogurts... kollox! U jekk tħobb il-ġelati, sa ġelaterija hemm, għal kull ġelat li tixtieq, fi kwalunkwe ħin. U jekk qed tħossok xi naqra minfuħ għax tkun kilt ikla kbira u qed tibża' li se żżid il-piż, tinkw etax. Hemm gym enormi għal eżerċizzju jew inkella jekk tippreferi xi naqra weightlifting. U x'se nogħod nagħmel ġurnata fuq vapur? 'Imma x'se nagħmel ġurnata jew jumejn fuq vapur?' Ikun hemm min jistaqsi. Tħabbel rasek xejn għax hemm attivitajiet matul il-ġurnata kollha. Minn klassijiet taż-żfin għal klassijiet biex iżżomm il- figura, minn logħob tad-darts għal 'quiz' dwar il-films, minn sessjoni ta' jazz sal-parati. U filgħaxija wara l-ikel, x'hemm isbaħ milli tpoġġi bilqiegħda fit-teatru tal-vapur u ssegwi waħda mid-diversi spettakkli li jsiru? Minn Tina Turner u l-kant tagħha għal oħrajn b'kull tip ta' żfin, kant u kostumi mill- isbaħ. Fis-sodda tħares lejn il- baħar... Imma qed inħalli xi ħaġa barra! Il-kmamar huma ferm sbieħ, speċjalment dawk li għandhom gallarija. Żgħar imma komdi għal tnejn min- nies, b'sodda mill-aktar komda tħares lejn il-baħar. Kull kamra, naturalment, għandha kamra tal-banju. Servizz bi tbissima u effiċjenti Is-servizz fuq l-MSC Seaview u anke fuq l-MSC Bellissima li dieħel Malta s-sena d-dieħla huwa iktar minn eċċellenti; fil-pront u effiċjenti. Kull persuna li taħdem fuq il-vapur titbissem u ssellimlek kull meta tgħaddi minn ħdejha, kważi kważi rarità fil- ġurnata tal-lum. Definittivament tħossok klijent importanti fuq il-vapuri tal-MSC Mill-Belt sa Barċellona u l-Italja U finalment il-vjaġġ tagħna ħadna lejn Barċellona, Marsilja u Ġenoa u jekk se tixtri biljett għall-mini-cruise se jieħdok Napli u Messina wkoll. Tlitt ibliet bl- isbuħija u l-uniċità tagħhom. F'Barċellona jkollok sitt sigħat ċans iddur is- Wieħed mill-bars li hemm fuq l-MSC Seaview L-Atrium