Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

II Suppliment illum | Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 Il-Bormliżi jingħataw l-Immakulata Bormla u l-Immakulata. Ma tistax issemmi lil Bormla u ma tiġikx f 'moħħok l-Immakulata u ma tistax issemmi l-Immakulata u ma tiftakarx f 'Bormla. Iżda għal dawn l-aħħar xhur, il- Bormliżi ċċaħħdu mill-vara għażiża tal-Immakulata Kunċizzjoni li tant hija għal qalbhom, sakemm ilbieraħ reġgħu tefgħu ħarsithom fuqha u rawha eżatt kif rawha l-Bormliżi tal-1905 meta l-vara, kif nafuha llum, kienet inawgurata fi Pjazza Santa Margerita. Matul din il-ġimgħa, il- gazzetta ILLUM żaret is- Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni f 'Bormla u sabet lil Valentina Lupo u lil Maria Grazia Zenzani mid-ditta Atelier del Restauro, għaddejjin bl-aħħar irtokki fuq il-vara qabel l-inawgurazzjoni tal-bieraħ. Din ma kinitx l-ewwel darba li l-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni għaddiet minn proċess ta' restawr iżda dawn kienu ffukaw aktar fuq l-aspett estetiku, tant li l-partijiet tal-injam tal-vara kienu nżebgħu mill-ġdid. Illum, anke għax hawn aktar kuxjenza, l-enfasi hija aktar fuq il-konservazzjoni biex permezz ta' restawr aktar xjentifiku, minflok jinħoloq il-ġdid, l-istatwa tieħu lura d-dehra oriġinali, billi fejn possibbli, tinkixef mill-ġdid u jsir il-konsolidament taż-żebgħa u l-karnaġġjon tal-artist. Fil-fatt, iż-żewġ restawraturi spjegaw mal-gazzetta ILLUM li l-għan ta' dan il-proġett kien li jitneħħew is-saffi taż-żebgħa fuq żebgħa mill- wiċċ, ix-xagħar, l-idejn u s-saqajn tal-vara, biex setgħet toħroġ mill-ġdid iż-żebgħa oriġinali applikata fl-1905 meta l-istatwa ġiet iddisinjata mill-ġdid mill-artist Bormliż Abram Gatt. "Kienet sfida għalina li tmur lura għaż-żebgħa orġinali," spjegaw ir-restawraturi u dan għax taħt iż-żebgħa li kulħadd kien jista' jara, kien hemm saff ieħor ta' 'undercoat,' li kien iebes ħafna. "Sibnieha diffiċli ħafna biex inneħħuh għax inti trid toqgħod attent li ma tagħmilx ħsara liż-żebgħa li hemm taħt." Kif waslu għaż-żebgħa tal- 1905? Imma allura r-restawraturi kif kienu jafu li setgħu jaslu għaż-żebgħa oriġinali? Valetina Lupo spjegat kif meta l-Kapitlu tal-Kolleġġjata avviċina lill-kumpanija biex twettaq xogħol ta' restawr u konservazzjoni fuq il-vara, l-ewwel ħaġa li saret kienet li ttieħdu tliet kampjuni miż-żebgħa tal-wiċċ, l-idejn u s-saqajn u ġew analizzati f 'laboratorju xjentifiku f 'Firenze bejn Ġunju u Lulju 2018. Ir-riżultati mill-ewwel urew li madwar l-idejn u s-saqajn kien hemm preżenti polikromu bikri tas-seklu 20 taħt żewġ saffi miż-żebgħa miżjuda. Fuq il-wiċċ, is- sitwazzjoni kienet xi ftit iktar kumplessa għax apparti dawn iż-żewġ saffi ta' żebgħa kien hemm saff oħxon ta' materjal bajdani sintetiku u sod. Lupo u Zenzani spjegaw kif dawn ir-riżultati setgħu jsegwu ta' linji gwida dwar kif kellu jsir ix-xogħol. Minn hemm beda proċess twil u delikat biex jitneħħew dawn is-saffi ta' żebgħa li saru fl-interventi tal-imgħoddi. Valentina Lupo spjegat kif iż-żebgħa fuq żebgħa ħoxna u ż-żidiet tal-ġibs, tneħħew b'mod mekkaniku permezz ta' xfafar żgħar. Saffi oħra tat- trab li maż-żmien inġema' fuq l-istatwa, tneħħa manwalment permezz ta' xfafar u tal- iskarpell. It-tneħħija totali taż-żebgħa żejda u tas-saffi tal-istokk, kixef ukoll il-ħsara li kienet ikkawżata fuq il-wiċċ fit- tmeninijiet meta l-istatwa, aċċidentalment kienet laqtet wajer li kien fil-baxx. Dan l-inċident ikkawża ħsara severa fuq il-kpiepel tal-għajnejn. Fil-fatt, ir- restawraturi sabu materjal sintetiku blu ċar li kien qiegħed jimla l-ħsarat li ġarrab il-wiċċ tal-istatwa, liema materjal tneħħa wkoll biex il-kappell tal-għajnejn seta' jsir mill-ġdid. Ir-restawr jagħmel sejba importanti…. Iżda apparti dan kollu, il-proċess ta' restawr wassal għal sejba oħra importanti. Wara t-tneħħija tas-saffi taż- żebgħa, inkixfu interventi, jew korrezzjonijiet permezz tal-ġibs mal-widnejn, mal- imnieħer, mal-għajn il- leminija u anke mal-għonq biex il-wiċċ tal-Madonna jkun kemxejn inklinat lejn in-naħa tax-xellug. Valentina Lupo spjegat kif x'aktarx li dawn il- korrezzjonijiet twettqu minn Abram Gatt fir-rinovazzjoni tal-1905 u għalhekk dan ikkonferma li r-ras tal-istatwa tappartjeni għall-istatwa preċedenti tas-seklu 17, maħduma minn Suor Maria De Domenicis. L-analiżi xjentifika tas- saqajn u l-idejn indikat li anke dawn imorru lura għall- istatwa orġinali tas-seklu 17 minħabba li nstabu traċċi tal-polikromu tas-seklu 17. Ir- ras tas-serpent taħt is-saqajn tal-Madonna, ukoll hija tal- istatwa oriġinali, għalkemm dan sarulu bidliet fil-widnejn u d-denb inbidel għalkollox fir-rinovazzjoni tas-seklu 20. Mistoqsija jekk allura setgħux jaslu għall-kuluri oriġinali użati fis-seklu 17, Lupo spjegat kif l-ebda intervent ta' restawr ma jista' jreġġa' l-istatwa għall-istat li kienet fih fis-seklu 17 u għalhekk ħadmu qatigħ biex ħarġet id-dehra oriġnali li ħolom Abram Gatt meta ddisinja l-istatwa mill-ġdid. Min se jara l-istatwa x'se jinnota differenti? Lupo u Zenzani komplew jispjegaw kif dan it-tip ta' restawr, xi ftit jew wisq ibiddel id-dehra tal-vara kif huma mdorrijin biha n-nies. Fil-fatt, anke jekk mhux xi bidla kbira, min jaf kif kienet il-vara tal- Immakulata Kunċizzjoni se jinnota xi ftit tad-differenza. Valetina Lupo spjegat kif wara t-tneħħija taż-żebgħa żejda u ħoxna minn fuq ix-xagħar, inkixef xagħar ħamrani fil-kannella skur flok ix-xagħar skur u matt. It-tneħħija taż-żebgħa żejda ħoxna u ħadra minn fuq is-serpent kixfet tliet tonijiet differenti ta' aħdar li jinkludu wkoll ix-xagħar fin ta' xfar l-għajnejn li kienu ġew impinġija madwar l-għajnejn. Dan id-dettall kien inħeba kompletament fl-interventi li saru fl-imgħoddi. Ir-restawr kixef ukoll dettalji fl-idejn fini tal-Madonna. Lupo u Zenzani komplew jispjegaw li wara li sar il- konsolidament taż-żebgħa orġinali u mtela, b'teknika apposta, fejn kien hemm bżonn, intużaw 'varnish colours' b'velaturi rqaq biex jiġi rraffinat l-irtokk. Fl-aħħar, l-istatwa ngħatat verniċ satinat magħmul minn reżina sintetika. Dan il-verniċ ikollu reżistenza qawwija għaż-żmien u anke t-temperaturi għoljin bl-għan …proġett ta' restawr u konservazzjoni mid-ditta Atelier del Restauro ħareġ id-dehra oriġinali li kienet ingħatat il-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni meta ġiet rinovata -1905. Jikkonferma wkoll li l-wiċċ, l-idejn, is-saqajn u ras is-serpent huma tal-vara li nħadmet s-seklu 17 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018