Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 LAĠENZIJA ta' Kreditu Internazzjonali bbażata fil-Ġermanja, Creditreform Rating, ikkonfermat rating ta' A+ stabbli għal pajjiżna. Fost ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, l-esperti ta' Creditreform Rating isemmu li pajjiżna għaddej minn "espansjoni b'saħħitha ħafna li qed tkabbar id-dħul ras għal ras u l-impjiegi" li mistennija tkompli fis-snin li gejjin. Il-Gvern sostna li l-qagħda finanzjarja hija b'saħħitha b'surpluses li mistennija jkomplu u bid-dejn pubbliku li nieżel sew. L-Aġenzija tinnota wkoll li pajjiżna jibqa' kkaratterizzat b'qafas istituzzjonali ta' kwalità għolja ħafna. "Ir-rapport tal- Creditreform," jgħid il-Gvern, "iġib fix-xejn il-kritika tal-Kap tal- Oppożizzjoni li l-ekonomija Maltija qed tikber għax qed tiżdied il-popolazzjoni, u mhux għax in-nies qed jaqilgħu iktar." L-esperti Ġermaniżi, ikomplu jfaħħru l-Gvern, tant li jgħidu hekk; "Ninnotaw li l-Prodott Gross Domestiku (GDP) ras għal ras kiber b'mod dinamiku fil-passat riċenti, bi tkabbir ta' 29.5%." Tant żdied il-ġid nazzjonali ras għal ras li l-Creditreform jikkonkludu li "bħala riżultat il-ġid personali qabeż il-livelli tat- 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea għall-ewwel darba minn meta Malta saret membru tal-istess Unjoni Ewropea." "Filwaqt li l-Kap tal- Oppożizzjoni jara għafsa fid-dħul tal-familji, l-esperti Ġermaniżi jgħidu li l-kunfidenza fost il- konsumaturi wasslet għal tkabbir fid-dħul li mistenni jwassal għal tkabbir fil- konsum privat," sostna l-Gvern. Il-Gvern kompla jgħid illi filwaqt li l-Kap tal- Oppożizzjoni jsostni li l-pagi mhux ilaħħqu mal-inflazzjoni, l-esperti Ġermaniżi jgħidu li d-dħul reali għandu jiżdied minħabba l-impjiegi u tkabbir fil-pagi li għandu jagħmel tajjeb għall- inflazzjoni." Il-Gvern fakkar kif Creditreform qed ibassru titjib fid-dħul nett tal-familji wara l-inflazzjoni ta' kważi 4% fis-sena. Ir-rapport tal-Creditreform jirrimarka wkoll fuq is- suċċess tal-ħidma tal-Gvern fil-qasam tax-xogħol. L-esperti jgħidu li r-rata ta' parteċipazzjoni, li storikament kienet ħafna aktar baxxa, issa għall-ewwel darba laħqet dik fiż-żona ewro. Dan kien dovut għall-proviżjoni taċ-child care u diversi miżuri li jinkoraġġixxu nies jirtiraw aktar tard. "Lil hinn mill-kampanja negattiva u partiġġjana li qed issir kontra pajjiżna, l-analisti oġġettivi tal- Creditreform jikkonfermaw li r-rati ta' pajjiżna komplew jirriflettu l-kundizzjonijiet ta' kwalità għolja tal- istituzzjonijiet. Jikkwotaw l-indikaturi tal-Bank Dinji fuq il-governanza, il-qagħda ta' pajjiżna hija simili għal dik ta' pajjiżi oħra b'rating ta' A+." Il-Creditreform Rating jinnutaw, jgħid il-Gvern, li l-ħidma li qed issir biex jissaħħu l-MFSA u l-FIAU, fl-istess waqt sar progress tajjeb biex jitħaffu l-proċeduri tal-Qorti. "Filwaqt li fl-2010 każ il- Qorti kien idum 866 ġurnata biex jinqata', dan il-perjodu diġà tnaqqas għal 446 jum permezz tar-riformi li għamel il-Gvern." Filwaqt li jikkonkludu li jaraw illi l-finanzi tal-pajjiż huma b'saħħithom l-esperti ta' Creditreform Rating ibassru li pajjiżna ser ikollu surpluses, tnaqqis fid-dejn u garanziji minkejja li ser iżid ħafna miżuri soċjali u spiża fuq proġetti kapitali. Il-Gvern ikkonkluda li "dan ir-rapport pożittiv minn aġenzija internazzjonali huwa konferma oħra ta' kemm il-pjan biex f 'Malta ngħixu s-suċċess huwa bbażat fuq prijoritajiet tajbin u sostenibbli li jlestu dan il- pajjiż għall-futur." Il-ġid personali f 'Malta jaqbeż il-medja fl-UE għall-ewwel darba mill-2014

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018