Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

Sports 22 minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew Valletta saħħew l-iskwadra bl-akkwist tas-centre Peter Borg mingħand San Ġiljan. Il-plejer ta' esperjenza ffirma kuntratt ta' ħames snin u ħalla lil San Ġiljan wara erba' snin fejn magħhom dak kollu li joffri l-waterpolo lokali. Fl-istaġun li għadda Peter Borg spiċċa fil-11-il post fil- klassifika tal-aqwa skorers bi 22 gowl skorjat. Hu kien utilizzat spiss mill-kowċ Ġiljaniż Marko Orlovic speċjalment wara li kien weġġa' Dino Zammit. Borg skorja fil-logħbiet kollha tal-kampjonat ħlief l-aħħar żewġ logħbiet. Ma' San Ġiljan, Peter Borg ifforma parti mit-tim li għamel serje inkredibbli ta' 54 logħba mingħajr telfa u rebaħ total ta' 13-il unur fl-erba' snin mal- klabb. Hu rebaħ darbtejn il-Kampjonat tas-sajf, tliet darbiet il-Kampjonat tax- xitwa, tliet darbiet it-Tazza tal-President, erba' darbiet in-knock-out u darba l-Enedmed Cup f 'perjodu riċenti fejn San Ġiljan iddominaw ix-xena lokali. Borg stabbilixxa ruħu ma' Sirens u fl-2012 ingħaqad ma' Exiles fejn magħhom dam tliet staġuni u skorja total ta' 49 gowl fl-istaġun tas-sajf. Fl-2015 hu kien trasferit ma' San Ġiljan b'total ta' 61 gowl skorjat fl-erba' staġuni tas-sajf li lagħab magħhom. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il waterpolo? Fil-verità jien kont iffissat fuq il-futbol. Darba kont qiegħed ma' missieri għat-trejning il-pitch ta' Marsaskala u kien hemm Stefan Licari u qalli biex ninżel nixxuttja. Jien inżilt, tajt żewġ xuttijiet u skurjajt u għamilt ħbieb ma' tfal oħra. L-għada erġajt mort u bqajt nittrenja kuljum. X'tikkummenta fuq ir- riżorsi (pixxina) li fihom tittrenjaw u tilagħbu f Malta? Bħala riżorsi sar investiment kbir bħall- istands, scoreboard, showers, kmamar tal- klabbs, decking u oħrajn. Jiġifieri l-investiment dejjem kien hemm, imma dik li l-pixxina mhix magħluqa fix-xitwa tagħmel differenza kbira speċjalment għat-tfal żgħar u li kull klabb m'għandux il-pixxina tiegħu hija żvantaġġ ukoll meta kkumparat ma' pajjiżi oħra li jittrenjaw żewġ jew tliet sessjonijiet kuljum. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Naħseb li l-ikbar sagrifiċċju meta tkun żgħir huwa tal-ġenituri li jridu joqgħodu jwasslu t-tfal għat- trejning u jistennewhom u meta tikber is-sagrifiċċju ikun tal-partner jew familja tal-plejer. Dan għax ħafna plejers wara x-xogħol jibqgħu sejrin għat-trejning u jaslu d-dar xid-9pm kuljum, allura ma jkollhomx ċans igawdu lill-familja. Sagrifiċċji oħrajn huma li ma tistax issiefer tul is-sena sportiva u anki il-'lifestyle' ta' divertiment irid ikun imrażżan biex tikkompeti. Kif jirnexxielek tlaħħaq mat-taħriġ, ix-xoghol u mal-waterpolo? Il-verità hi li jrid ikollok 'time-management' tajjeb u tiprijoritizza. Mhux faċli imma jirnexxielek. Ovvjament, wieħed irid jagħraf xi jrid mill-karriera. Biex tilgħab mal-ewwel tliet klabbs f 'Malta jinvolvi ħafna 'commitment'. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' San Ġiljan kemm għalik personali u anki bħala tim? L-aħħar staġun ma' San Ġiljan għalija kien wieħed deludenti. Li tagħmel sena żżomm rekord, tinqata' għalik fil-quċċata tal- klassifika bi 11-il punt fuq kulħadd jiġifieri erba' logħbiet u titlef il- Kampjonat tas-sajf li huwa l-aktar unur prestiġjuż huwa ta' diżappunt kbir għalija personali. Mill-banda l-oħra, it- tazzi jmorru u jiġu iżda min-naħa l-oħra r-rekord ta' 54 partita mhux megħluba naħseb li ħa jibqa' hemm ftit mhux ħażin! Kemm tgħallimt mill- esperjenza ma' San Ġiljan? San Ġiljan kienet avventura għal qalbi ħafna. Tgħallimt ħafna mingħand bniedem kbir li huwa Marko Orlovic li għandi l-ikbar rispett lejh kemm fil-pixxina kif ukoll barra minnha. Huwa bniedem ta' rispett kbir. San Ġiljan tawni l-opportunità biex nirbaħ l-unuri u t-Tazzi u hekk ippruvajt nagħmel b'kull enerġija fiżika u psikoloġika u naħseb irnexxieli. Tlettax minn 14-il tazza mirbuħa f 'erba' snin mhux ħażin wara li San Ġiljan kienu ilhom 20 sena ma jieħdu Tazza! Qbilt mas-sistema tal-play- offs? Le, totalment ma tirriflettix il-verità ta' sena ta' ħidma tal-plejer waqt li tilgħab sitt logħbiet f 'temp ta' ġimgħa u nofs, l-ebda plejer mhu kapaċi jagħmilha. Il-wirja dejjem taqa' fil-livell minn logħba għall- oħra. Hija sistema tajba biss għall-attendenza tan-nies li minnha l-ASA ddaħħal il-'gate money'. Wara kollox bla flus ma tistax taħdem lanqas, imma naħseb li jistgħu jinstabu mezzi oħra kif l-istaġun jibqa' kampjonat normali u xorta waħda jkun hemm attendenzi numerużi. Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fejn għadek kemm ingħaqadt ma' Valletta? Valletta fil-passat kien klabb b'saħħtu ħafna. Kont nisma' lil missieri jsemmi lill-aħwa Dowling, lil Ġużi 'l-Ors' Attard u lil 'Baflo'. Kien ukoll żmien differenti imma x-xewqa tiegħi hija li ngħin lil dan il-klabb jistabilixxi ruħu mal-aqwa tliet klabbs ta' Malta. Dan ma jistax iseħħ b'mod imminenti imma bil-ħidma tal-membri tal- kumitat li għandhom dawn l-aspirazzjonijiet bħali, nemmen li tista' sseħħ b' ħafna ħidma. X'tahseb li se tkun qed tħoss meta se tkun qed taffronta lil San Ġiljan meta int tkun tifforma parti mit-tim ta' Valletta matul l-istaġun li ġej? Ovvjament, emozzjoni żgur għall-klabb li tani l-ewwel rebħ ta' Kampjonat ta' ħajti. Madankollu, dawn huma affarijet li kull atleta professjonali jrid iġarrab. Tixtieq u tqis li fil-futur tissejjaħ mill-kowċ Karl Izzo biex imbagħad tifforma parti mit-tim nazzjonali Malti? Man-Nazzjonal, issejjaħt kemm-il darba. Għall-futur ma neskludi xejn. Ovvjament il- kowċ nazzjonali kellu kull ċans li jagħżilni għall-kompetizzjonijiet prestiġjuzi - għal-liema raġuni m'għamilx dan, hu biss jaf! Biex ngħidu kollox, kien għażilni għal xi tournaments li minħabba commitments oħrajn li kelli ma stajtx nattendi li hija xi ħaġa normali. L-unika xewqa li kelli u għad għandi hi li nirrapreżenta lil pajjiżi fil-European Championship, iżda din ma seħħitx fid-darbtejn li Malta kkwalifikat. Forsi sseħħ fil futur! Għaddi messaġġ lil dawk it tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil- waterpolo. Karriera ma tiġix jekk ikollok talent biss. Meta kont żgħir ma' Marsaskala rajt talent kbir fil-waterpolo jisfaxxa fix-xejn minħabba commitments ta' xogħol, familja u ċirkostanzi varji. Ovvjament, it-talent huwa don ta' Alla u kull individwu għandu l-obbligu li dak it-talent jiżviluppah kemm jista'. Fil-waterpolo trid tkun lest tagħmel diversi sagrifiċċji u tkun lest tbati ħafna kuljum. Il-waterpolo huwa stil ta' ħajja! illum Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 'Ix-xewqa tiegħi hija li ngħin lil Valletta jistabilixxi ruħu mal-aqwa tliet klabbs ta' Malta' - Peter Borg Peter Borg l-preżentazzjoni uċjali tiegħu ma' Valletta United

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018