Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 Intervista illum | Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 Jiġu jħabbtulek il-bieb...kif 1. L-Alternattiva Demokratika ma tantx jidher li qed tikseb popolarità jekk inħarsu lejn is-sondaġġi tal-aħħar sena (MT u Torċa). Ma taħsibx li minkejja kollox, il-poplu għadu mhux qed iħares biżżejjed lejn it- tielet partit bħala għażla? Naqbel miegħek. Forsi mhux qed nagħmlu biżżejjed biex nagħmlu lill-popolazzjoni Maltija u Għawdxija konxja mill-fatt li 55 sena ta' duwaliżmu politiku PL PN wassal għas-sitwazzjoni diżastruża ambjentali u ta' governanza li qegħdin fiha. 2. Tidħol f 'residenza ta' negozjanti. Dawn sejrin tajjeb bħalissa. Għalfejn għandhom jivvutaw lilek? Għaliex jixtiequ l-ġid lit-tfal u lit-tfal tat-tfal tagħhom. Għax ma jridux li dawn ikunu vittmi ta' mard respiratorju li ġej mit- tniġġis tal-arja u mill-fatt li dejjem imwaħħlin fit- traffiku. Għaliex ma jridux li t-tfal tagħhom ikunu dejjem stressjati minħabba n-nuqqas ta' spazju fejn jistgħu jimirħu. 3. Tidħol għand familja Nazzjonalista li ma tantx huma kuntenti bil-mod kif miexi l-PN bħalissa, tant li qed jippjanaw li ma jivvutawx f l-2019. Għalfejn għandhom jivvutaw lilek? Għaliex l-esperjenza ta' 6 MEPS mill-PN u PL biss f 'dawn l-aħħar 14-il sena wriet li ma servewx biex tiżdied it-trasparenza u l-kontabilità u biex titnaqqas il-korruzzjoni mill-politika Maltija. MEP tal-Alternattiva jagħti skoss lis-sistema għaliex la jien u lanqas sħabi ma nxtrajna qatt mid- DB, minn Tumas jew minn Gasan. 4. Tidħol għand koppja LGBTIQ u jgħidulek li dan il- Gvern tahom id-drittijiet kollha ma jarawx għalfejn għandhom jivvutaw lil partit ieħor. Kif se tikkonvinċihom jivvutaw lill-AD? Ngħidilhom li waqt li kien l-PL li daħħal dawn il-liġijiet fis-seħħ, kienu jinħtieġu snin ta' persistenza min-naħa ta' Alternatttiva Demokratika biex tqiegħdu fuq l-aġenda d-drittijiet ċivili. 5. Tidħol fid-dar ta' individwu u jgħidlek illi jixtieq jivvota partit 'żgħir', imma jibża' illi dak ikun vot 'moħli'. X'tgħidlu? Ngħidlu li hu aktar moħli l-vot għall-PL u l-PN, għax dawn urew bil-provi li jiffavorixxu biss lill-iżviluppaturi, billi jagħtuhom artijiet pubbliċi b'irħis u kuntratti miljunarji għas-skaptu taċ- ċittadin normali. Aħna tal- Alternattiva Demokratika wrejna bil-provi li r-residenti jiġu l-ewwel u qabel kollox. U għalhekk vot għall-AD huwa vot rilevanti ħafna. 6. Iwaqqfek nassab u jgħidlek li l-AD kontra l-kaċċaturi. X'tgħidlu? Ngħidlu li jien assolutament m'iniex kontra l-kaċċaturi... imma totalment kontra l-kaċċa. Fis-soċjetà tal-lum m'hemmx lok għal dit-tip ta' attività. Shoot the birds with your camera.... not with your gun. 7. Tidħol għand familja Laburista li tgħidlek illi hija xi ftit mdarrsa bi stejjer bħal ta' 17 Black. Imma jkompli jgħidu illi "dawn mhux kollha l-istess...kollha xi ftit korrotti." Inti kif tikkonvinċihom li inti l-aħjar għażla tagħhom? Ngħidilhom li jien ili 30 sena fil-politika u l-istorja politika tiegħi hija ktieb miftuħ. Allura LE, jien u sħabi m'aħniex l-istess, "xi ftit korrotti". L-istorja politika tagħna qiegħda hemm biex jaraha kulħadd. 8. Tmur id-dar ta' żewġ anzjani u jgħidulek illi int trid il-vot biex issir sinjur mill-Ewropa, b'paga tajba u perkaċċi. Kif twieġeb? Ngħidilhom li jiena bniedem iffortunat u, kollox ma' kollox, bniedem tat- tajjeb. M'għandix bżonn nirbaħ siġġu biex ikolli salarju tajjeb. Ili 30 sena fil-politika għax inħobb nipprova ninfluwenza d-deċiżjonijiet li ser jimpattaw fuq il-ħajja tan- nies normali. 9. Jekk trid vera tagħmel differenza ma taħsibx li kien ikollok ċans ikbar kieku ħriġt mal-PN jew il-PL? Apparti l-fatt li l-PN u l-PL xejn ma juru konsistenza fl-imġiba tagħhom –u jiena bniedem konsistenti- il- PN u l-PL żgur ser ikunu rrappreżentati fil-Parlament Ewropew b'MEP. Li hemm bżonn għall-ġid ta' Malta u l-Maltin hu li jkun hemm rappreżentant ġdid minn Alternattiva Demokratika, li jibda jagħmel parti mill-Grupp tal-Ħodor fil- Parlament Ewropew. 10. Tidħol f 'residenza ta' mara li ssostni li hi temmen li għandha jkollha dritt li tagħmel abort. Inti x'tgħidilha? Ngħidilha li billi hemm ħlejqa oħra dgħajfa –it- tarbija- li wkoll għandha dritt għall-ħajja, jiena kontra l-abort, ħlief fil-każ li jkun hemm periklu serju għas-saħħa u għall-ħajja tal-omm. 1. Il-Partit Demokratiku ma tantx jidher li qed jikseb popolarità jekk inħarsu lejn is-sondaġġi tal-aħħar sena (MT u Torċa). Ma taħsibx li minkejja kollox, il-poplu għadu mhux qed iħares biżżejjed lejn it-tielet partit bħala għażla? Is-sondaġġi juru li bosta nies iridu leħen ġdid fil-politika: leħen favur politika nadifa u ta' prinċipji sodi, kontra politika ta' supermarket tal-pjaċiri. PD huwa partit modern li jemmen bis-sħiħ fil- ħiliet tan-nies u ġustizzja soċjali, iżda fuq kollox il-PD jemmen f 'pajjiżna. Għalaqna sentejn minn mindu twaqqafna fl- 2016. Diġà għandna żewġ membri fil-Parlament. Aktar kmieni din is-sena, għaddejna minn proċess ta' ristrutturar tal-partit fejn daħħalna strutturi nazzjonali, waqqafna diversi policy groups u għandna tim dedikat ta' voluntiera. Issa li għandna magna li qed taħdem, għandna dmir li nibdew nispjegaw il-viżjoni tagħna lil-nies. Il-fiduċja taċ- ċittadini niksbuha bil- konsistenza u r-raġuni - infakkar li aħna l-werrieta naturali tal-valuri u li- ideali tal-Forza Nazzjonali, li l-Partit Nazzjonalista għoġbu joħroġ minnha u ser inkomplu nippromovu dawn il-valuri u l-prinċipji! Ċert li meta ċ-ċittadini jibdew jagħżlu li jisimgħu l-messaġġ tal- PD, se jkomplu jfittxu li jisimgħuna għax il- messaġġi tagħna huma nodfa, veritiera, u ta' prinċipju, fejn l-interessi nazzjonali u taċ-ċittadini jiġu l-ewwel qabel kollox. Aħna lesti li dejjem nisimgħu l-għeruq tas- soċjetà. 2. Tidħol f 'residenza ta' negozjanti. Dawn sejrin tajjeb bħalissa. Għalfejn għandhom jivvutaw lilek? Veru, l-ekonomija miexja tajjeb u hawn tkabbir ekonomiku. Hu wkoll stmat li 2,000 ruħ qed jgħixu fil-garaxxijiet. Tal- housing għandhom lista ta' stennija ta' 1,700 familja li għandhom bżonn saqaf fuq rashom. Lin-negozjanti ngħidilhom dan: il-qligħ tajjeb, iżda rridu nħarsu lil ta' madwarna wkoll. F'Malta ħadd m'għandu jibqa' lura. Irridu nħarsu l-ambjent ta' madwarna wkoll. Ma rridx inkun parti minn ġenerazzjoni li tingħaraf minn ta' warajna bħala dik li kissret lil pajjiżna. 3. Tidħol għand familja Nazzjonalista li ma tantx hi kuntenta bil-mod kif miexi l-PN bħalissa, tant li qed jippjanaw li ma jivvutawx f l-2019. Għalfejn għandhom jivvutaw lilek? Nafu b'ħafna nies li qatgħu qalbhom mill- politika. Dmirna bħala partit hu li nagħtu tama ġdida lil dawn in-nies: tama li, iva, Malta tista' tkun aħjar bil-fatti, mhux bil-kliem. Il-PD huwa partit politiku li jfittex il-prinċipju u mhux il-vot. Għaldaqstant, qed jattira ċittadini li jippreferu jivvutaw għall-ġid ta' Malta milli għall-potenzjal li jkollhom trattament preferenzjali fil-futur. Huwa fuq dawn il-linji li l-PD qed jaħdem biex isir it-tielet partit politiku Martin Cauchi Inglott L-ILLUM tkompli tistaqsi lill- kandidati għall-elezzjoni tal-MEPs il-mistoqsijiet wara waqfa ta' ftit ġimgħat. Din il-ġimgħa nistaqsu lil Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika u lill-wiċċ ġdid l-politika Maltija Martin Cauchi Inglott mill- Partit Demokratiku... Arnold Cassola

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018