Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 31

Sports 24 illum Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 Luke Bajada... Il-preżent u l-futur tal-Hockey f'Malta minn Cristian Antony Muscat LUKE Bajada - wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-hockey f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li bla dubju għandu futur mill-isbaħ jistennieh kemm f 'Malta kif ukoll barra minn xtutna, hekk kif hija x-xewqa ewlenija tiegħu li fil-futur imur jilgħab barra mill-pajjiż. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuh aħjar. "Ta' tliet snin, jiena bdejt nitħarreġ il-hockey. Kont bdejt immur nara lil ħija jitħarreġ ma' Qormi u kelli x-xewqa li nilgħab jien ukoll. Peressli kont għadni wisq żgħir biex nibda nilgħab mal-kategorija ta' 11-il sena, l-ewwel kont noqgħod nara lil ħija u t-tim jitħarreġ, u malli kienu jlestu, kont nidħol fil-grawnd biex nipprova nilgħab jien ukoll. Niftakar lill-president tal-klabb ta' dak iż-żmien, veteran tal-logħba tal-hockey, Joe Grech, kien iqatta' l-isbaħ siegħa miegħi. Huwa għallimni l-bażi ta' kif nilgħab il-logħba. Minn dak iż-żmien 'il quddiem, qatt ma ħarist lura. Il-logħba tal-hockey saret l-iktar sport favorit tiegħi. L-ewwel tim li tħarriġt miegħu kien dak ta' taħt it-12-il sena. Ma' dan it-tim irbaħna l-kampjonat tliet darbiet. Il-klabb ta' Qormi dejjem emmen fija u ta' erba' snin ħadt l-ewwel midalja ta' "The most promising player" tal- kategorija taż-żgħar. Fl-2015 saret l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali għall-età ta' taħt is-16-il sena f 'Malta. Din kienet opportunità tajba ħafna għal żgħażagħ Maltin li jilagħbu l-hockey biex nuru l-potenzjal tagħna fil- hockey. Għall-bidu ntgħażlu numru ta' plejers minn diversi klabbs tal-hockey li għandna f 'Malta. Peressli kont għadni żgħir ħafna, ma ġejtx mgħajjat mal- ewwel grupp għat-'try outs'. Il-kowċ tan- nazzjonal ta' dak iż-żmien, Andrè Ghio, kellu fiduċja fija u għajjatli biex nipprova fit-'try outs' tan- nazzjonal. Finalment, ġejt magħżul u għamilt parti minn din l-esperjenza sabiħa ħafna. Kienet l-ewwel opportunità għalija li nilgħab f 'tournament ma' timijiet barranin. F'dak it-tournament jiena skurjajt żewġ gowls, wieħed kontra l-Kroazja u ieħor kontra t-Turkija. Ftit tal-ġranet wara dan it-tournament, jiena kelli opportunità sabiħa oħra, dik li mmur nitharreġ l- Ingilterra, fil-grawnds tal-Università tal-Moulton College. Għall- ġimgħa, konna nitħarrġu darbtejn kuljum ma' plejers tal-età tiegħi minn diversi pajjiżi. Għal saghtejn, kowċis ta' fama internazzjonali, fosthom Sam Ward (kien jilgħab ma' Old Georgians) u Jack Rolfe kienu jħarrġuna fil-ħiliet tal-logħba. Dan tal-ahhar kien jieħu ħsieb il-grupp li kont nitħarreġ miegħu jien. Dejjem kellu kliem ta' inkoraġġiment għalija. Niftakar li kien jgħidli li jieħu pjaċir jarani nitfa' l-almu tiegħi kollu fit- taħriġ. Saħansitra, fl-aħħar tat-tournament Jack Rolfe qalli li jixtieqni li mmur nilgħab l-Ingilterra mat- tim tar- raħal tiegħu meta nikber. Fl-2016, reġa' sar tournament ieħor internazzjonali. Dan sar fi Praga, fir-Repubblika Ċeka. Għal darb'oħra, kelli l-opportunità li nintgħażel mill-kowċ, Shawn Mifsud, biex nilgħab f 'dan it- tournament. Ħadu sehem fih ħames pajjiżi, barra minn Malta. Għalkemm bħala tim nazzjonali ma tantx morna tajjeb, personalment, ħassejtni li kont tajt l-aħjar li stajt. Kienu bosta l-kowċis ta' pajjiżi differenti, fosthom tal-Bulgarija, li ġew ikellmuni personalment, biex jgħidli biex ma naqtax qalbi għax kienu qed jaraw potenzjal fija. Fl-2017, mort Pisa fl-Italja biex hemmhekk nitħarreġ ma' numru minn sħabi tal-klabb ta' Qormi, biex nipparteċipaw fi training camp ieħor. Dan it-training camp kien jikkonsisti f 'taħriġ intensiv ta' kuljum taħt id-direzzjoni ta' tnejn mill-aħjar plejers ta' Bloemendaal, wieħed mill- aħjar timijiet tal-hockey tal-Olanda, Tim Jenniskins u Tun De Nooijer. Ma ninsa qatt l-aħħar ġurnata tat- training camp meta Tim Jenniskins u Tun De Nooijer bdew iqassmu l-premjijiet tal-aħjar plejers tat tournament. Tim Jenniskins kien semmieni bħala l-aqwa plejer tat-tournament. Dak il-ħin jien kont fis-seba' sema u ħassejtni onorat. Qalli wkoll li xi darba jixtieq li jarani nilgħab mat-tim ta Bloemendaal u jiltaqa' miegħi fil-futur. Fil-Kampjonat tal-istaġun 2017/2018, ġejt misluf mit- tim ta' Qormi lit-tim ta' Rabat Depiro. Dan it-tim tani l-ewwel opportunità li nilgħab fil-kategorija tas-seniors. Malli ngħaqadt mat-tim, ġejt mgħajjat mill-ewwel. L-ewwel logħba tiegħi magħhom kienet kontra Sliema Hotsticks. Ħolma oħra ta' ħajti kienet qed issir realtà. Dakinhar fil-warming up, tant kont eċitat, li niftakar li bdejt naħseb li nsejt kif naqbad l-istikka! Wara ftit ġie l-captain tagħhom u biex jgħamilli ftit kuraġġ, qalli li m'għandix għalfejn nibża' għax wara kollox hemm raġuni għalfejn tiġi mgħajjat għal-logħob. Ħassejt li kellu fiduċja fija. Dak il-ħin għidt bejni u bejn ruħi, li rrid nagħmel l-almu tiegħi kollu għal-logħba. Dakinhar kont spiċċajt lgħabt tliet kwarti tagħha u minn hemmhekk jiena bdejt nilgħab regolarment ma' dan it-tim. Din is-sena, jien ġejt magħżul mat-tim tas- seniors ta' Qormi. Wara pre-season intensiv, il- kowċ u l-kumitat tal-klabb organizzaw tournament Sqallija. Dan sar fl- Università ta' Unime. It- tournament sar fuq jumejn u f 'dawn il-jumejn, aħna kellna erba' logħbiet. Din kienet opportunità kbira għalija għax kienet l-ewwel esperjenza mat-tim tal-kbar li ilu stabbilit bi plejers ta' esperjenza kbira. Intgħażilt għal kull logħba u rnexxieli niskorja wkoll! Minn dan it-tournament 'l hawn, qed niġi magħżul b'mod regolari mat-tim tas seniors ta' Qormi Daikin. L-aħħar sodisfazzjon li kelli, kien eżattament ftit tal-ġimgħat ilu, meta kellna l-finali tas-Super Cup kontra Floriana Young Stars. Din kienet l-ewwel finali li qatt lgħabt mat-tim tal-kbar ta' Qormi. Lgħabt parti kbira minn din il-logħba u tajt dak kollu li stajt. Kienet logħba sabiħa, missielta sal-aħħar. Floriana tawna logħba tajba, imma Qormi urew għal darb'oħra li t-tim għandu potenzjal u finalment irbaħna din il- logħba bl-iskor ta' 4-2. Din is-sena mhux ħa tkun sena faċli, peressli rrid insib bilanċ bejn it-taħriġ tal- hockey u l-istudju. L-isport dejjem kien għalija żvog biex nistrieħ mir-rutina ta' kuljum u dejjem inkun qed nistenna l-ġurnata li mmur il-grawnd biex nitħarreġ. Il-ħolma tiegħi hi li f 'Ġunju li ġej nilgħab fil-European Cup li ser issir hawn Malta. Għall-futur, nittama li jkolli iktar opportunitajiet biex nitħarreġ kemm mat-tim nazzjonali Malti tal-hockey, kif ukoll ma' timijiet barranin. Għaldaqstant, ħa nibqa' nagħmel dak kollu li nista' biex għalissa nieħu u nitgħallem kemm nista' mill-kowċ tiegħi u minn plejers sħabi li għandhom ħafna iktar esperjenza minni, biex nagħmel unur lill-hockey Malti. Nixtieq ukoll li jkun hawn iktar tfal u żgħażagħ li jitħajru jibdew jilagħbu din il-logħba, kif ukoll ikun hawn iktar impenn mill- awtoritajiet biex jinvestu kemm fil-plejers kif ukoll fil-faċilitajiet biex nibdew naraw iktar suċċessi mit- timijiet Maltin f 'din il- logħba. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nittama li l-Hockey Association Malta (HAM), ikollha r-riżorsi biex tinvesti fi training camps barra minn Malta biex tkompli trawwem talent li jipprometti." tournament. Tim Jenniskins magħżul mat-tim tas- hockey u l-istudju. L-isport Luke Bajada bis-Super Cup wara li l- nali Qormi Daikin għelbu lil Floriana YS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018