Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417
Sports 26 illum | Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Missieri kien jilgħab il-futbol ma' Żurrieq FC u kien isegwi l-futbol Malti u dak internazzjonali mill-qrib. Ta' età żgħira kont immur miegħu l-Istadium tal-Gżira biex nattendu għal-logħob tal-ewwel u t-tieni diviżjoni tal-MFA, flimkien mal- logħob tat-Tim Nazzjonali Malti. Kont naf il-plejers kollha ta' dak iż-żmien bl-amment u l-imħabba tiegħi għal din il-logħba tkebbset f 'dak iż-żmien. L-inawgurazzjoni tal-Istadium Nazzjonali ġewwa Ta' Qali kien għalija ħolma li saret realtà. Għall- ġenerazzjoni tiegħi, grawnd bil-ħaxix kien xi ħaġa mill-isbaħ. Ma kienx jgħaddi weekend mingħajr ma mmur "il-grawnd"! Bdejt ukoll nilgħab il-futbol fi ħdan is-Sliema Sports Association (SSA) u ftit wara ma' Lija Athletic fit-Tieni Diviżjoni u hemmhekk bdiet il- konnessjoni diretta tiegħi mal-futbol. Wara Lija, ingħaqadt mal-Melita FC, il-klabb ta' San Ġiljan, li baqa' marbut ma' qalbi għal żmien twil. Hemmhekk kont plejer, membru tal-kumitat, segretarju u wara bdejt nikkowċja wkoll. X'tikkummenta fuq l-esperjenza li kellek bħala assistent kowċ u kowċ ta' Floriana? Kienet ħolma li saret realtà. Wara żmien kowċ ta' Melita FC, attendejt għall-korsijiet UEFA B u UEFA A tal-kowċing u dħalt nagħmel parti miċ-Ċentru Tekniku tal-MFA. Bdejt bħala Regional Coach u kowċ mal- iskwadri ta' taħt l-14 u l-15-il sena tal-MFA tas-subien. Minn hemm ġejt offrut il-pożizzjoni ta' assistent kowċ ta' Floriana FC flimkien mal-kowċ Michael Woods u wara anke ġejt offrut li mmexxi t-tim jiena, bħala Head Coach. Kienet esperjenza sabiħa li setgħet anke kienet il-bidu ta' karriera fil- Premier, iżda sfortunatament, jien nemmen li l-impenn rikjest illum mill-pożizzjoni ta' kowċ ta' klabb tal- Premier huwa wisq biex isir minn xi ħadd li jagħmel dan ix-xogħol part- time u għalhekk kelli nagħżel, kontra qalbi, li ma nkomplix f 'dan il-livell. Ix-xogħol professjonali tiegħi mal-kumpanija nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, ma jħallix wisq ħin biex inkun kowċ ma' klabb tal-Premier. Għalkemm il-ħolma ta' kull kowċ hi li jmexxi timijiet tal-ogħla diviżjoni ġewwa pajjiżu, kelli nagħmel għażla, bejn il-professjoni u l-kowċing. Kemm tgħallimt minn din l-esperjenza? Tgħallimt ħafna, għax tkun qed tmexxi fl-aqwa livell ġewwa pajjiżna. U ġejt espost ukoll għal-logħob tal- UEFA club competitions, fejn tilgħab kontra klabbs oħra Ewropej ta' livell għoli. Floriana FC huwa klabb bi storja kbira hawn Malta u tapprezza kemm nies iħobbu dan it-tim u kemm isegwuh. Fl-istess ħin ukoll, għall- ewwel darba bdejt nikkowċja plejers professjonali li xogħolhom huwa biss il-futbol. Dan kien ta' opportunità kbira għalija li ġej minn ambjent ta' futbol tad-dilettanti. Għall-ewwel darba kont qed naħdem f 'ambjent professjonali. Tgħallimt nipprepara l-partiti b'mod professjonali għas- servizz ta' plejers professjonali. Dan tani ċ-ċans li nkabbar it-tagħrif tiegħi tal-logħba tal-futbol, b'mod wiesa' u tani ħafna iżjed kunfidenza għall-futur. X'differenzi hemm bejn il-futbol tal- irġiel u dak tan-nisa? Għad hemm differenza kbira fis-sens li l-futbol tan-nisa għad irid jegħleb ċerti diffikultajiet kemm organizzattivi kif ukoll finanzjarji. Il-futbol tan- nisa ġewwa pajjiżna għadu mhux isib l-istess appoġġ daqsil-futbol maskili fejn f 'ħafna pajjiżi dan mhux il-każ. Ħafna dilettanti tal-futbol Malti għadhom ma jikkunsidrawx il-futbol femminili. Fl-opinjoni tiegħi dan is-settur għad fadallu ħafna fejn jikber u jżid fil- popolarità. L-ikbar differenza għalija hija l-fatt li ħafna tfajliet tagħna għad m'għandhomx il-"kultura" tal-futbol u jilagħbu l-logħba għall-gost biss u ma jagħmlux minn kollox biex iżidu l-għarfien tagħhom. Fuq livell lokali dan jgħaddi, imma fuq livell internazzjonali, dan it-tip ta' raġunar mhux tajjeb. Biex timxi 'l quddiem fil-logħba internazzjonali, aħna l-kowċis u iżjed u iżjed, il-plejers, iridu jtejbu l-livell tagħhom kuljum, billi jaraw iżjed futbol internazzjonali u jkabbru l-għarfien tagħhom. Tipprova titgħallem kuljum xi ħaġa ġdida. B'hekk biss nistgħu nimxu 'l quddiem. Kif dħalt fis-settur tal-kowċing tan- nisa? Meta kont iddeċidejt li ma nkomplix nikkowċja fil-livell ta' klabbs tal- Premier, mill-ewwel irċevejt proposti biex nerġa' nibda naħdem maż- żgħażagħ, kemm maskili kif ukoll femminili. Kelli kollegi qrib tiegħi li kienu ilhom li ssuġġerewli li naħdem fis-settur femminili, iżda għall-bidu kont xi ftit xettiku. Kont żbaljat immens għax qatt ma kont għal qalbi fil-futbol daqskemm qiegħed bħalissa. Xtaqt nagħmel xi ħaġa ġdida u l-opportunità li ngħatajt kienet okkażjoni eċċelenti li nagħmel dan. Il-fatt li nagħmel żewġ irwoli, dak ta' assistant kowċ tat-Tim Nazzjonali flimkien ma' Mark Gatt u nieħu ħsieb ukoll l-iskwadri ta' taħt is-17-il sena u d-19- il sena, qegħditni l-opportunità li naħdem mal-adulti u ż-żgħażagħ fl-istess ħin. Mhix xi ħaġa faċli imma hija ta' sodisfazzjon doppju. Il-logħba tal-football femminili qed tikber b'rata mgħaġġla mad-dinja kollha. F'pajjiżna l-affarijiet mixjin iżjed b'mod kajman iżda qed isir progress tajjeb. X'responsabbiltà tħoss li int il-kowċ tat-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena tan-nisa? Hija responsabbiltà kbira għax il-fatt li int qed taħdem fis-settur taż- żgħażagħ, jgħabbik b'żewġ dmirijiet fundamentali. Minbarra li trid tkun professjonali f 'xogħlok, trid tkun ukoll ta' eżempju personali u gwida fil-ħajja ta' kuljum. Ir-rwol ta' kowċ fis-settur tan-nisa jieħu sura iktar fundamentali għax ħafna plejers femminili m'għandhomx l-istess kultura tal- futbol u għalhekk il-kowċ irid jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas. F'dan ir-rwol ma tista' tieħu xejn forgranted. Il-plejers femminili trid tgħinhom b'mod sħiħ. Mhux biss il-logħba fiha nnifisha imma wkoll il- kultura ġenerali tal-logħba tal-futbol. Fatt ieħor li rridu naħdmu fuqu ħafna huwa l-lat fiżiku. Għad għandna ċerti nuqqasijiet li rridu negħlbuhom meta niġu biex nikkompetu fil-livell internazzjonali. X'għajnuna ssib mill-istaff tekniku tal-MFA fosthom minn Pierre Brincat? Mingħajr l-għajnuna kontinwa li nirċievu mill-MFA, rappreżentati mid- Direttur tal-Futbol tan-Nisa Pierre Brincat, ma nkunux nistgħu nkomplu naħdmu. Illum il-futbol tan-nisa qed jingħata importanza ħafna iktar minn qatt qabel mill-MFA u dan huwa ta' kuraġġ kbir għalina li nkomplu nimxu 'l quddiem. L-iskwadri tagħna llum għandhom fi ħdanhom kowċis, kowċis tal- goalkeepers u preparaturi fiżiċi, minbarra tobba u fiżjo-terapisti. Illum għandna l-istess għajnuna mingħand l-MFA, daqs it-timijiet l-oħra tal-irġiel. Dan grazzi għad-Direttur Tekniku Robert Gatt u d-Direttur tas-Settur tan-Nisa Pierre Brincat. Kemm titkellem mal-kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa Mark Gatt? Għandna relazzjoni tajba ħafna mhux biss fuq bażi professjonali imma wkoll fuq bażi personali. Lil Mark Gatt ngħinu fil-pożizzjoni tiegħi ta' Assistent Kowċ tat-tim nazzjonali u għalhekk naħdmu flimkien matul is- sena kollha. Mark Gatt huwa persuna li tieħu pjaċir taħdem miegħu ħafna, għax barra li hu kompetenti, huwa jgħinni ħafna wkoll fl-iskwadri taż-żgħażagħ. Nista' ngħid li hemm kordinazzjoni sħiħa bejnietna, biex l-għan tagħna, li jkollna plejers finalment lesti għal mat-tim nazzjonali tal-kbar, jirnexxi. RIĊENTAMENT, ħadtu sehem fil-UEFA European Championship Qualifiers fil-Kroazja. Kemm għenkom dan it-tournament? Dawn it-tournaments huma mitqlu deheb għall-plejers tagħna, għax jesponuhom għall-aqwa livell ta' futbol possibbli fil-qasam femminili. Fl-ewwel partita sofrejtu telfa kbira ta' 9-0 kontra l-Ingilterra. Huwa minnu li l-Ingliżi huma ta' livell ieħor għal dak tagħna. Madankollu, x'mar ħażin f 'din il-partita? Iva, f 'dan il-mument l-Ingliżi għaddejjin minn żmien ferm tajjeb u huma kkunsidrati fost l-aqwa fid-dinja f 'dan il-livell. Però, sfortunatament, wara iżjed minn nofsiegha fejn it-tim tagħna għamel logħba kbira, u ma tax ċans lill-Ingliżi jagħmlu l-ħsara, f 'temp ta' għaxar minuti għamilna tliet żbalji banali li ssarrfu kollha f 'gowls li mbagħad kissru l-moral u l-kunfidenza tat-tim u morna lura ħafna. L-ikbar difett li għad għandna, hi l-konsistenza. Għadna ma nafux inżommu livell tajjeb għal matul id- 90 minuta. Sfortunatament, kultant nitilfu kollox f 'sekonda, bi żbalji li normalment ma jistgħux isiru f 'dan il-livell. Fortunatament, iżda, fit-tielet logħba tagħna, ksibna riżultat ferm rispettabli ta' 0-0 kontra l-pajjiż ospitanti - il- Kroazja, li bħalissa kulħadd jaf kemm il-futbol tagħhom għaddej minn żmien feliċi. Il-plejers tagħna għamlu wirja ferm tajba u b'qalb kbira rnexxielhom jiksbu riżultat pożittiv li bi ftit aktar fortuna seta' anke ddawwar f 'rebħa, għax kellna numru ta' okkażjonijiet li setgħu anki ssarrfu f 'gowls. X'tikkummenta dwar it-tabù li forsi għad hemm fuq il-futbol tan-nisa? Sfortunatament, dan it-tabù għadu jirrifletti ċerta injoranza fis-soċjetà Maltija li għalkemm suppost qed tevolvi, f 'ċerti oqsma għadna ma mxejniex 'il quddiem. F'ħafna sport, is-settur femminili ma jsib l-ebda problema, allura għalfejn il-futbol iva? Skont jien ifisser li s-settur tal- futbol Malti għadu ddominat minn nies li għadhom ma rrealizzawx li 'Qatt ma kont għal qalbi fil-futbol Cristian Antony Muscat Frank Schembri - kowċ tal-ogħla livell u li bħalissa qed imexxi b'suċċess lit-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena tan-nisa, fejn jistqarr li jinsab ferm għal qalbu u l-quċċata tal-karriera tiegħu l-kowċing.