Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet IRRADJU. Wieħed mill-mezzi tax-xandir konvenzjonali li diversi jgħidu illi qabad it-triq tan-niżla. Minkejja dan ċifri maħruġin minn stħarriġ tal- Awtorità tax-Xandir juru illi fil-fatt l-udjenza tar-radju tielgħa mhux nieżla. B'kollox f 'Ottubru tas-sena l-oħra, meta mqabbel ma' Ottubru tal-2016 kienet irreġistrata żieda ta' 20,000 persuna li kienet qed isegwi r-radju. F'kuntest iktar wiesa' ta' min jinnota iżda li meta mqabbel ma' xhur oħrajn il-qabża hija ikbar hekk kif l-udjenzi tar-radju jonqsu sew fix-xhur tas-sajf. Fil-fatt skont iċ-ċifri fir-Rapport annwali tal- Awtorità tax-Xandir filwaqt li fi Frar tas-sena l-oħra 197,800 kienu qed isegwu r-radju, dan l-ammont niżel għal 178,400 f 'Lulju tas-sena l-oħra wkoll, imbagħad spara 'l fuq għal 206,700 persuna jsegwu f 'Ottubru. Dan jista' jkun riżultat ta' ħafna raġunijiet, fosthom żieda ta' ħinijiet fil-karozzi fejn isir ħafna smigħ ta' radju. Naturalment, tlieta minn kull erbgħa jisimgħu r-radju matul il-jum u huma 25% biss li jibqgħu jismgħu r-radju matul il-lejl. Radju għal xahar, għal festa... Interessanti, qabel inħarsu lejn ir-radji li huma aktar segwiti, illi f 'pajjiżna hemm ħafna radji li joperaw għal ftit ġimgħat, ġeneralment biex jippromovu attivitajiet fil- lokalità, fosthom il-festa. Fost dawn, pereżempju, is- sena l-oħra kien hemm Radju Leħen Ġużeppini, Radju Lauretana, Radju Margerita u Leħen il-Karmelitani li lkoll għamlu max-xahar ixandru. Oħrajn simili għal dawn imma għandhom liċenzja biex ixandru għal perjodu itwal; Radio Vilhena, Heart FM u Radju Każin Banda San Filep. Dawn ir-radji lkoll għandhom liċenzja għal tliet snin, b'dak ta' San Filep jirċievi din il-liċenzja f 'Mejju tas-sena l-oħra. Il-Bay Radio, l-aktar li jisimgħuh nies... Tul is-sena l-oħra l-Bay Radio kien l-iktar stazzjon tar-radju popolari, fis-sens illi kien l-aktar illi segwewh nies. Fi Frar tal-2017 17.8% tas-semmiegħa semgħu l-Bay Radio, 20.2 f 'Lulju u kwart tas-semmiegħa kollha (25%) f 'Ottubru. Isegwih, b'distakk li jvarja bejn il-1% u l-5% matul is-sena kollha, kien hemm ONE Radio segwit minn 16.8% tas-semmiegħa kollha fi Frar, 17% f 'Lulju u 14.8% f 'Ottubru. Vibe FM isegwi b'distakk li jilħaq is-6.4% u wara b'massimu ta' 9.1% fi Frar kien hemm NET FM. Radju Malta, li huwa l-istazzjon nazzjonali tar-radju jiġi fir-raba' post b'massimu ta' 10.8% tas-semmiegħa jgħidu li jisimgħuh f 'Ottubru. Campus FM, Radju Marija u Smash TV kienu fost l-inqas li kellhom udjenzi. Imma r-radju mhux biss kemm jarawh nies iżda kemm idumu jaraw dak l-istazzjon partikolari. Minkejja li Calypso Radio m'għandux numru għoli ta' semmiegħa, dawn jagħmlu l-akbar numru ta' sigħat jisimgħuh, jew għallinqas kienu sas-sena l-oħra. Is-semmiegħa tal-Calypso kienu jisimgħu dan l-istazzjoni għal medja ta' 4.6 sigħat. Is- semmiegħa tal-ONE semgħu għal medja ta' 3.97 sigħat, tal- Campus 3.39 sigħat u ta' NET FM 3.26 sigħat. Min-naħa l-oħra iżda, f 'eżerċizzju li għamlet l-Awtorità tax-Xandir meta tgħaqqad l-udjenza kif ukoll l-ammont ta' ħin illi l-udjenza jsegwu r-radju, ONE Radio jaqbeż il-kompetituri tiegħu waħda sew. Fil-fatt fl-2017 meta tgħaqqad l-udjenza mal-ħin is-somma tal-ONE, ir-radju tal-Partit Laburista, kienet 22.6% fi Frar, 24.7% f 'Lulju u 18.8% f 'Ottubru. Il-Bay Radio kellu 11.5% fi Frar, 11.4% f 'Lulju u 20% f 'Ottubru. NET FM, ir-radju tal-Partit Nazzjonalista kellu total ta' 9.9% fi Frar tas-sena l-oħra, 6.1% f 'Lulju u 8% f 'Ottubru. Meta tgħaqqad ħin u udjenzi, fost l-inqas stazzjonijiet lokali popolari hemm X FM, Campus FM u Smash Radio, 1.4%, 1.3% u 2.5% rispettivament. U finalment, dwar ir-radju l-maġġoranza assoluta tal- Maltin isegwu stazzjonijiet lokali biss, 5.7% jsegwu stazzjonijiet ta' barra biss u 23% jsegwu t-tnejn. Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 | illum Ir-radju...altru milli nqatel (f 'Malta)! Ir-radju f 'Malta kompla jissaħħaħ fi l-popolarità....b'radji tal-komunità, u Bay Radio jibqa' l-ewwel skont ir-rapport annwali tal-Awtorità tax-Xandir... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Partit Demokratiku jressaq mozzjoni ta' sfiduċja f 'Konrad Mizzi ILPARTIT Demokratiku (PD) seraq xi ftit ix-xena tal- Partit Nazzjonalista hekk kif ressaq mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru Konrad Mizzi, liema mozzjoni kien hemm stennija li se jressaqha l-Partit Nazzjonalista. Din il-mozzjoni qed tisejjaħ wara l-aħħar żviluppi politiċi u storja illi kixfet kif sid 17 Black huwa Yorgen Fenech, Direttur tal-kumpanija Electrogas li bniet u qed tmexxi il-Power Station. S'issa Fenech għadu qatt ma ċaħad li 17 Black hija tiegħu. 17 Black kienet msemmija bħala 'target client' ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. Keith Shembri, li huwa ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li 17 Black kienet fil-pjani ta' negozju tiegħu. 'Target client' ifisser li flus li daħlu f '17 Black jista' jkun li kienu direzzjonati lejn iż-żewġ kumpaniji fil-Panama li kienet fetħu Schembri u Mizzi, jiġifieri Tillgate u Hearnville. Iktar kmieni din is-sena d-Daphne Project kien żvela illi f '17 Black għaddew żewġ pagamenti. Wieħed allegatament ta $1,4 miljun mill-Ażerbajġan, il-pajjiż minn fejn qed nixtru l-gass (Socar) u ieħor allegatament ta' $200,000 mingħand l-aġent lokali tal- LNG, liema gass qed jintuża biex taħdem il-Power Station. Nhar il-Ħadd li għadda kien żvelat kif għaddejja investigazzjoni kriminali dwar 17 Black. Il-Prim Ministru qed jinsisti li l-investigazzjoni mhux dwar Keith Schembri iżda dwar il-kumpanija nnifisha. Il-Kap tal-PD Godfrey Farrugia qal illi fl-2016 fil- Parlament il-Ministru Konrad Mizzi kien qal li kellu struttura li kienet imwaqqfa għar-raġunijiet ta' ppjanar. "Dawk li bdew bħala dubji fl-2013, saru avvenimenti li jqajmu suspetti kbar b'fatti li ma jista' jmerihom ħadd." "Il-Ministru Konrad Mizzi żeblaħ isem il-pajjiż, saħansitra bħala ġurisdizzjoni rrispettata li tipprovdi servizzi finanzjarja ta' livell għoli," qed isiostni l-PD. "Huwa fl-interess nazzjonali li kull Ministru jkun ta' eżempju għall-poplu li jservi u jerfa' responsabbiltà ta' għemilu."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018