Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417
17 Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Aquarius ser ikun ifisser bidu ta' ideat ġodda li jafu jkunu fundamentali f 'dak li hemm ippreparat għalik sabiex tkompli fit-tkabbir ta' dak li hemm madwarek. Tibżax tiżviluppa dawn l-ideat, anzi agħraf sabiex twettaqhom u dan ikompli. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 29 u 30 L-istilla li f 'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo Aquarius huma magħrufin għall-għajnuna li jagħtu Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Pisces se jkun ifisser tisħiħ aktar profond f 'dak li għandek madwarek u dan barra li se jitkompla jikber imma importanti li t-tkabbir li hemm ġej ikun kollu dovut għal dak li int qiegħed taspira. Dan huwa mument ta' tkabbir f 'dak li għandek madwarek u dan barra li se jitkompla jikber importanti li dak li hemm ġej ikun kollu dovut għal dak li int qiegħed taspira. Dan huwa mument ta' tkabbir u għalhekk agħraf kun kawt sabiex tkompli tikber. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: kannella u abjad L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 28 u 30 L-istilla li f 'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin għad-dedikazzjoni u l-ħiliet tagħhom. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Aries ser iġib enerġija pożittiva favur tiegħek minn kull angolu. Barra dan se jkun żmien feliċi riesaq lejk. Dan ifisser li għandek perjodu ferm interessanti li dak li int vera tagħraf ikun dan il-mument ta' prospettiva pożittiva għalik. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: iswed u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 30 u 1 L-istilla li f 'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Virgo Aries huma magħrufin għal-linja deċiżiva li jafu jieħdu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Taurus ser ifisser żmien ta' tibdil mill-iskeda li int għandek. Dan ser ikun sabiex int tagħraf ittejjeb aktar l-iskeda kollha, mhux biss kif tippjana jew tqassam i l - karriera tiegħek imma wkoll dik tal-imħabba u ħin ta' rilassament huwa tajjeb u ta' formazzjoni u riflessjoni. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: blu u aħdar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 29 u 1 L-istilla li f 'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-ippjanar fit-tul tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Gemini ser ifisser li se tibda tara iżjed id-dawl ta' dak li int tant trid tagħraf. Bil-mod dan it-tibdil ser ikun ukoll sinjal li int tant ilek tistenna għalkemm mhux s e r ikun sinjal komplut, agħraf li dan il-mument issarrfu tajjeb sabiex tagħlaq is-sena b'suċċess. Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 1 L-istilla li f 'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Sagittarius Gemini huma magħrufin għall-komunikazzjoni u gwida li jafu joffru Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Cancer ser ikun ifisser bidu ta' pjan li tant ilek tistenna biex twettaq. Fl-aħħar mill-aħħar dan ser isir realtà u tara dak li dejjem ħsibt li ser ikun iebes imma fl-aħħar wasal iż-żmien li tibda taħsad minn dak li żrajt u hekk tkompli tavvanza. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: griż u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 27 u 29 L-istilla li f 'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għat-tbissima pożittiva tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Leo ser ifisser bidu ta' attività kompletament fuq skala differenti minn dak li kont qed twettaq. Din l-attività trid aktar tħejjija u ħsieb dwar dak li trid twettaq. Saħħaħ il-ħsieb għax aktar ma ssaħħaħ l-attività aktar ser jikbru l-prospetti madwarek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 30 u 1 L-istilla li f 'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Aquarius Leo huma magħrufin għad-direzzjoni li jimxu fiha Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Virgo ser ifisser mument ta' sfida bejn dak li int tagħraf li huwa importanti għal dak li ser ikun imressaq lejk minn pariri li jagħtuk dawk li huma viċin tiegħek. It-tnejn huma sinifikanti għal dak li hemm bżonn twettaq. L-aspettattiva personali tiegħek tibqa' l-arma għal dak li riesaq. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: blu u iswed L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30 L-istilla li f'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li ma jmorrux lura minn deċiżjonijiet li jieħdu Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Libra ser ikun perjodu ta' konċentrazzjoni aktar qawwija lejn il-karriera tiegħek li minn żmien għal żmien dejjem tespandi imma aktar minn hekk issib il-ħin għalik sabiex twettaq personalment dak li verament tieħu gost tagħmel. Għalhekk agħraf dan il-mument ferm imħejji għalik. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: isfar u oranġo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 30 u 1 L-istilla li f'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Aries Libra huma magħrufin bħala nies li jżommu bilanċ Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Scoripo ser jagħmlek aktar anzjuż mis-soltu sabiex dak li int tkun trid li jkun imwettaq aktar malajr mis-soltu. Trid toqgħod attent għax kultant l-għaġla tikkawża problemi akbar ftakar; qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar u griż L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30 L-istilla li f'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Libra Scorpio huma magħrufin għall-karattru iebes tagħhom. Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għall-istess Sagittarius ser joffrilek deċiżjoni ta' responsabbilità ġdida fil-karriera tiegħek. Din ir-responsabbilità taf tkun waħda iebsa għall-ewwel imma kun kawt u agħraf iżjed dak li riesaq. Aktar ma tagħraf bl-għaqal, akbar il-probabilità li timxi. Emmen fik innifsek aktar. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: vjola u iswed L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 30 u 1 L-istilla li f'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Leo Sagittarius huma magħrufin għall-enerġija pożittiva tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Il-bidu taż-żodijaku ta' Sagittarius għal Capricorn ser tkun fażi ta' pressjoni aktar mis- soltu sabiex int twettaq dak li ilu pendenti madwarek u dan bla ma tpoġġi lilek taħt ebda pressjoni żejda imma int għandek tagħraf li fl-aħħar mill-aħħar trid tieħu deċiżjonijiet ma' dan l-aspett. Agħraf ħejji aktar lilek innifsek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: isfar u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 27 8 29 L-istilla li f 'dan il-mument hi ta' ispirazzjoni għalik ġejja minn Gemini Capricorn huma magħrufin għall-karattru iebes imma wkoll kemm huma effiċjenti L-Oroskopju li jiftaħ il-bidu taż-żodijaku mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-09.00 u d-21.00 fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon. www.pauljon13.com Bidu taż-żodijaku Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru. Sagittarius magħruf fi ż-żodijaku bħal larcier, magħrufi n għall-ottimiżmu, il-kuraġġ u t-tibdiliet li dejjem ikunu lesti għalihom però jafu jbatu ħafna mill- kurżità, tant li din tista' tkun l-akbar ostaklu għalihom. Sagittarius joffru bħala kumpanija mill-aqwa lil Gemini, Aquarius, Libra, Cancer u Pisces imma jafu jkunu ftit ta' inkwiet għal dawk li jaqgħu taħt l-istilel ta' Aries, Taurus, Virgo, Leo, Scorpio u Capricorn. Dawn jafu juru ħafna l-emozzjonijiet lejn kważi kull min ikun madwarhom. F'dawn it-tliet ġimgħat li ġejjin se nagħti iktar informazzjoni dwar Sagittarius. Jekk trid aktar informazzjoni tista' tibgħatli messaġġ fuq 99013600 jew żur il-paġna ta' Facebook PaulJon13. Namaste