Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
13 għandna f 'pajjiżna. "Il-problema hi ċara li naħdmu f 'dak li aħna komdi. Jien nammira l-atleti li jmorru barra minn pajjiżna u jagħmlu karriera hemmhekk, fosthom Carmel Busuttil, Josephine Grima u Andrè Schembri." Semma li jammira nies bħal l-eks plejer internazzjonali Andrè Schembri, li ilu għal dawn l-aħħar 12-il sena jilgħab fl-ogħla livelli barra minn xtutna. Però x'jaħseb fuq il-kummenti ta' kritika li sikwit Schembri jgħaddi fuq l-operat tal-futbol Malti. Fosthom anke f 'intervista ma' din il- gazzetta, meta fost l-oħrajn dakinhar kien qal li, "il-futur tal-futbol Malti qiegħed f 'idejn nies bla idea." Grima jirrispondi. "L-MFA ħdimt magħha, naf li hemm nies ta' talent u ideat, ejja ma npinġux kollox iswed fuq l-assoċjazzjoni. Għamlet ħafna xogħol fuq infrastruttura u fl-aspett amministrattiv. Jiena mhux qed ngħid li huma perfetti, ħadd mhu. Minkejja dan, wassal iż-żmien li wieħed ipoġġi madwar mejda u naraw kif nistgħu ntejbu l-affarijiet u naf li dan diġà qed isir," saħaq Grima. "Irridu nbiddlu l-mentalità tagħna fejn jidħol l-isport." Apparti minn hekk, skont Grima, "jekk sportiv, ġimgħa wara ġimgħa ma jkomplix jilgħab u jikkompeti ma' nies aħjar minnu, il-livell se jibqa' fejn hu. Irridu nbiddlu l-mentalità, irridu nbiddlu l-mentalità tagħna fejn jidħol l-isport." Hu żied jgħid li, "qegħdin inbatu fl-għeruq tal- isport. L-aqwa kowċis qegħdin fl-ogħla livelli. Allura t-tfal tagħna min qed jgħallimhom? Irridu nbiddlu s-sinsla u nibdew inħarrġu lit-tfal tagħna barra mill-pajjiż." It-trakka mhux bilfors se jkollha l-istorbju bħal tal- kwart ta' mil Naqilbu s-suġġett totalment. It-trakka tal-karozzi hi mhux biss ħolma ta' ħafna dilettanti tal-motorsport iżda wegħda elettorali tal-Partit Laburista skont il-manifest tal-2016. Riċentement reġgħet qamet il-kwistjoni tat-trakka, bl-istess Clifton Grima jikkonferma li l-Gvern għaddej jaħdem bl-għan li din il-ħolma ta' ħafna ssir realtà. Din il-gazzetta staqsiet lil Grima jekk il-Gvern jinsabx viċin biex jidentifika s-sit għal din it-trakka. Mal-ILLUM, is-Segretarju Parlamentari jisħaq li, "bħalissa mixjin biex insibu bilanċ, bejn l-aspett sportiv u dawk oħra, fosthom l-ambjent, li nassigurak li f 'dan il-proġett jilgħab irwol kruċjali. Qegħdin naraw ukoll li nsibu post adegwat fejn ma jiġux iddisturbati residenti." Mistoqsi fejn u meta se jkun imħabbar is-sit magħżul għat-trakka, Grima għażel li ma jiżvela l-ebda isem ta' żona jew post fejn din it-trakka tista' ssir però żvela mal- ILLUM, li l-għażla finali se tiġi ppubblikata fil-bidu tas-sena d-dieħla. Din tal-aħħar jidher li se tkun fattur importanti fl-għażla tas-sit, hekk kif pjanijiet preċedenti għal trakka f 'Ħal Far qajmet furur mar-residenti ta' Ħ'Attard u l-madwar. Għalhekk, staqsejt lil Grima, jekk jaħsibx li possibbli fuq din iċ-ċokon ta' gżira jiġi identifikat sit fejn ħadd mhu se 'jgerger' dwar storbju jew traffiku ġġenerat kaġun tat-trakka. Fuq din hu kien pront biex jgħid, "meta ngħidu trakka tal-karozzi mhux bilfors naħsbu f 'dak l-istorbju li wieħed jassoċja mal- kwart ta' mil ta' Ħal Far. Apparti wkoll, wieħed jista' jagħmel regolamenti ta' spezzjoni ta' karozzi qabel dawn jidħlu fl-istess trakka." Fl-aħħar nett, Grima rrimarka lejn 'il-biża' simili li kien hemm marbuta mal-bini tax-'shooting range' l-ġdida f 'Ta' Kandja. "Dakinhar kien hemm min beża'. Meta saret it- Tazza tad-Dinja ma kienx hemm ilment wieħed. Nitlob fiduċja mill-poplu sportiv. Ir-rekord ta' dan is-Segretarjat huwa ċar, nimxu mal-wegħdiet tagħna," temm jgħid is- Segretarju Parlamentari. Intervista Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 | illum amateurs riżultati ta' amateurs se nibqgħu niksbu' Ritratt: James Bianchi Is-sit għat-trakka se jiġi ppubblikat fil-bidu tas-sena d-dieħla. " "