Illum previous editions

ILLUM 16 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

17 17 Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 | illum Opinjoni J ekk hemm ħaġa li l-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat se jibqa' mfakkar għaliha hi l-għatx kbir għall-bidla li hu għandu. Il- Prim Ministru Muscat se jibqa' msemmi bħala dak il-politiku li ma jiqafx mument ibiddel l-affarijiet għall-aħjar. Taħt it-treġġija tiegħu, f 'inqas minn sitt snin, pajjiżna nbidel ekonomikament, soċjalment u kulturalment. Rajna titjib prattikament fl-oqsma kollha. Il-poplu rrikonoxxa din il-bidla u dan it-titjib u ta l-appoġġ tiegħu favur iktar ħidma għaqlija. Irridu nkomplu nbiddlu l-affarijiet għall-aħjar. Il- mument li nieqfu nbiddlu jkun il-mument li nwarrbu. Il- bidla u l-għatx għaliha huma kollox. Iktar informatika fil-Qrati Waħda mill-affarijiet tajbin li wettaq Gvern Nazzjonalista u aħna komplejna nibnu fuq dak it-tajjeb kienet l-avvanz fis-sistema tal-informatika fejn jidħol aċċess għal-liġijiet, sentenzi u amministrazzjoni ta' kawżi. Aħna żidna lista sħiħa ta' faċilitajiet tal-informatika li biddlu għall-aħjar il-mod kif joperaw l-avukati u allura dan għall-benefiċċju tal-klijent tagħhom. Dawn il-faċilitajiet saru kollha mingħajr ma żdied xi piż f 'taxxi jew drittijiet fuq il-pubbliku. Din il-ġimgħa ħabbarna miżura oħra li se tagħmel id-differenza; dik li żdiedu l-faċilitajiet tal-informatika fil-Bord dwar l-Arbitraġġ tal- Artijiet. Aħna rridu nagħmlu iktar u iktar minn dawn l-affarijiet għaliex ifissru servizz aħjar għall-pubbliku. Is-sena d-dieħla se nniedu proġett eċitanti ħafna għal kull min juża s-servizzi tal-informatika legali fejn b'attenzjoni u reqqa kbira se naġġornaw is-servizz għall- aħjar waqt li naturalment ma nżidux ħlasijiet jew piżijiet ġodda. Grazzi minn qalbi lill- ħaddiema li jagħmlu dan kollu possibbli. Kostitwenza Il-ħidma fil-kostitwenza hi ħidma sabiħa, diretta u ġenwina ħafna fis-sens li ħafna drabi hi bbażata fuq il-kuntatt dirett. Ġieli niltaqa' ma' nies u jgħiduli: Owen, jien kieku mħajjar għall-politika iżda l-idea li nkun il-ħin kollu għas-servizz tan-nies tbeżżagħni. Fil-verità, il-kostitwenza hija l-isbaħ parti tax-xogħol tagħna għaliex tmiss b'idejk in-natura umana fil-ġenwinità kollha tagħha. Meta ngħid ġenwinità m'iniex qed ngħid li kull min ikellmek hu ġentili jew sinċier imma qed ngħid li f 'din il-ħidma tara n-natura umana kif inhi. What you see is what you get. U dik togħġobni. Sintendi l-isfida hi dejjem kif se tibblanċja l-interess individwali mal-interess pubbliku, kif tibbilanċja l-ħtieġa li żżomm lil kulħadd -hu min hu - fiċ-ċentru tal-ħidma waqt li fl-istess ħin tħares il-valuri tal- meritokrazija u governanza tajba. Biss, xejn ma jirbaħ is-sens ta' sodisfazzjon meta xi ħadd jiġi u jgħidlek - grazzi talli għamilt differenza fil- ħajja tiegħi u ta' familti. Jekk tneħħi din id- dimensjoni, il-ħidma tagħna tispiċċa ħidma teknokratika fejn id-deċiżjonijiet ikunu sbieħ ħafna fuq il-karta però jfallu t-test tal-ħajja ta' kuljum. MUŻA u l-għeluq ta' Valletta2018 Fil-ħin li qed nikteb qed nipprepara biex inżur l-Open Day tal-MUŻA u qed inħejji dak li għandi xi ngħid fl- għeluq ta' Valletta 2018. Jekk tagħsar dawn iż-żewġ affarijiet issib kelma waħda - legat. Il-MUŻA hi legat ta' Valletta2018. Valletta2018 hu l-bidu ta' vjaġġ għal iktar apprezzament tas-sbuħija straordinarja tal-Belt Valletta. Grazzi lil kull min għamel dan kollu possibbli! Se nkomplu naħdmu b'iktar enerġija minn qatt qabel. Inkomplu nwettqu l-bidla Waħda mill-affarijiet tajbin li wettaq Gvern Nazzjonalista u aħna komplejna nibnu fuq dak it-tajjeb kienet l-avvanz fis-sistema tal-informatika fejn jidħol aċċess għal-liġijiet, sentenzi u amministrazzjoni ta' kawżi. OWEN BONNICI Irridu nkomplu nbiddlu l-affarijiet għall- aħjar. Il-mument li nieqfu nbiddlu jkun il-mument li nwarrbu. Il-bidla u l-għatx għaliha huma kollox.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 December 2018