Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
Sports 27 Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 | illum Mill-ġinnastika, basketball u għawm għal suċċess l-waterpolo b'mira għall-arkitettura minn Cristian Antony Muscat ISAIAH Riolo - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f 'dawn l-aħħar snin u li huwa pedina ferm importanti għal Sirens, waqt li żgur li qed iħabbat il- bieb tal-coach Karl Izzo biex jibda jifforma parti mit-tim nazzjonali tal-waterpolo. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Minn mindu kelli tliet snin dejjem kont involut fl-isport. Kont nippratika l-ġinnastika, mini-basketball, u anki għawm. Ta' xi ħames snin, familti saru membri mal- klabb tas-Sirens minħabba li fis-sajf noqgħodu l-Qawra. Komplejt nipprattika l-għawm mas-Sirens, u meta kelli tmien snin tħajjart għal din il-logħba minn ħabib tiegħi li rajtu jilgħab il-waterpolo u forsi wkoll għax kien jinvolvi l-ballun! Minħabba wkoll li l-isport ta' tim minn dejjem għoġobni (infatti bqajt nilgħab il-basketball sakemm kelli 16-ilsena), inġbidt għal- logħba tal-waterpolo. Grazzi għat-trejning tal-ghawm, li fil-fatt bqajt nipprattika u nikkompeti fih sakemm kelli 18-il sena, ħassejtni ħafna iktar kunfidenti fl-isport. Eventwalment, għazilt dan l-isport biex nibda niffoka fuqu. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi (pixxina) li fihom tittrenjaw u tilagħbu f'Malta? Jien tal-opinjoni li għalkemm il-pixxina hi waħda ta' livell tajjeb, il-bżonn ta' faċilitajiet oħrajn qed jikber u jiżdied, mhux minħabba l-waterpolo biss iżda wkoll għall-isports akwatiċi kollha. Is-sitwazzjoni bħalissa ma tgħinx it-taħriġ professjonali għax il-ħin u l-ispazju allokati għal kull tim huwa limitat. Biex il-livell tal-waterpolo Malti jkompli jitjieb, naħseb li żieda fin- numru ta' pixxini li għandna f 'Malta hija essenzjali. Mill- esperjenza tiegħi ġewwa l-Ungerija meta tara ir-riżorsi li għandhom, il-faċilitajiet li jitħarrġu fihom u l-mod ta' kif jitqassam it-taħriġ, wieħed jinduna li hemm lok għal titjib u progress fil-logħba Maltija. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Naħseb li kull atleta li jieħu l-isport tiegħu bis-serjetà dejjem ħa jagħmel sagrifiċċji. Ħafna minn dawn is-sagrifiċċji jispiċċaw jagħmluhom anki l-ġenituri. Għal żmien twil il-ġurnata tiegħi u ta' missieri kienet tibda fil-5am, għax kont nittrenja fis-5.45am kuljum. Mhux faċli lanqas meta sħabi jistaqsuni biex noħroġ magħhom imma minħabba t-taħrġg jew logħob, ikolli nirrifjuta. L-akbar sagrifiċċju li esperjenzajt hu li tbegħidt mill-familja u minn sħabi, u għażilt li nkompli edukazzjoni universitarja sentejn tard biex nieħu esperjenza f 'dan l-isport ġewwa l-Ungerija. Din l-esperjenza għalkemm kienet waħda pożittiva għalija kienet ta' sagrifiċċju finanzjarju wkoll kemm għall-genituri kif ukoll għalija personali. Kif jirnexxielek tlaħħaq mat- taħriġ, l-istudju / ix-xogħol u mal-waterpolo? Ħajti minn dejjem kienet ippakkjata b'affarjiet differenti. Meta spiċċajt nieqaf mill- għawm u l-basketball xorta żdieduli s-sessjonijiet tal-waterpolo, kif ukoll bdejt sessjonijiet il-gym. Li żżomm bilanċ bejn sport u studju mhux dejjem faċli, speċjalment issa meta bdejt l-istudji tiegħi fl-Università ta' Malta. Ma nħossx li jien xi persuna organizzata ħafna, però l-fatt li minn dejjem kellli ħajti mimlija daqs bajda, naħseb derrietni nagħmel dak li għandi nagħmel u nimxi 'l quddiem. U x'tikkummenta fuq il-fatt li ghadek kemm bdejt kors ferm impenjattiv ta' ħames snin fl-Arkitettura fl- Università ta' Malta? Għażla li għamilt sentejn ilu, bis-sapport tal-ġenituri tiegħi kienet li wara li nġib il- kwalifiċi neċessarji biex nidħol fil kors li xtaqt l-Università, nieħu 'gap year' biex nittrenja l-waterpolo fl-Ungerija. Grazzi għal Tamas Marcs u Sirens din ix-xewqa saret realtà. Minflok sena, iddeċidejt li nagħmel sentejn, fejn anki attendejt l-Università tal-BME ġewwa Budapest fl-Ungerija. Naħseb li t-tieni sena li għamilt l-Ungerija nittrenja u nistudja għenitni biex nipprepara ruħi għal dawn is-sitt snin li ġejjin. Kif tiddeskrivi l-aħħar stagun tiegħek ma' Sirens kemm għalik personali u anki bħala tim minn San Pawl il-Baħar? Fuq livell personali nħoss li l-istaġun li għadda kien wieħed pożittiv għalija. Ħassejtni ħafna iktar kunfidenti fl-ilma u ntegrajt ħafna aħjar fl-iskwadra tas-Sirens grazzi għall- fiduċja li urew fija l-kowċis. L-ikbar diżappunt tiegħi kien li fl-iktar logħba kruċjali tal-kampjonat, l-ewwel playoff kontra San Ġiljan, weġġajt fil-warm- up, tlift dik il-logħba, u lgħabt il-kumplament tal-kampjonat mhux fl-aħjar kundizzjoni tiegħi. Bħala tim, kellna bidu diffiċli, però l-fatt li l-kampjonat kien bil-play-offs dis-sena, iffukajna li nkunu fl-aqwa forma lejn l-aħħar tal- istaġun, u r-riżultati tal-kwarti tal-finali u semi-finali juru dan. Qbilt mas-sistema tal-play- offs? Is-sistema tal-kampjonat tiddetermina l-mod ta' kif il-klabb u t-tim jipprepara. Is-sistema tal-playoffs ma tiffukax biss fuq konsistenza, però fuq progress u titjib li jwassluk li tkun fl-aħjar forma fl-aktar parti kruċjali tal- kampjonat. Ġeneralment il- playoff issir biss bejn l-ewwel erba' timijiet fil-klassifika. Għalhekk, għalkemm inħoss li s-sistema tal-play-offs hija waħda ferm attraenti, il-fatt li kull tim kien jaf li diġà qiegħed fil-play-offs ma għenx psikoloġikament, però dan kien fatt magħruf ħafna qabel il-kampjonat. Għalija personalment, il- playoffs huma l-aktar forma ta' kampjonat eċitanti. Fil- fatt, esperjenzajt play-offs fil-kampjonat ta' taħt is-16-il sena fil-basketball meta t-tim tieghi (Starlites Basketball Club) ikklassifikajna fir-raba' post fl-istaġun normali, imma spiċċajna rbaħna l-Kampjonat. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo ma' Sirens? Jien inħoss li l-istaġun li għadda kien wieħed pożittiv, u nispera li kemm fuq livell individwali kif ukoll bħala tim inkomplu nitjiebu. Nixtieq li nagħmlu l-qabża biex inkunu iktar kompetittivi u forsi anki nerġgħu nibdew nirbħu l-unuri. F'dawn l-aħħar snin kien hemm bilanċ ta' plejers żgħażagħ u oħrajn ta' ċerta età u esperjenza, li mingħandhom tgħallimna ħafna. Jien ottimist li Sirens se jkomplu jitjiebu u jkunu aktar kompetittivi. Tixtieq u tqis li fil-futur tissejjaħ mill-kowċ Karl Izzo biex imbagħad tifforma parti mit-tim nazzjonali Malti tal- Waterpolo? Esperjenzi fit-tim nazzjonali ta' taħt is-17 u d-19-il sena diġà kelli. Fl-ewwel '8 Nations Tournament' li pparteċipajna fih f 'Brno fir-Repubblika Ċeka, kont parti mill-iskwadra ta' taħt is-17-il sena li rbaħna d-deheb taħt il-gwida tal- kowċis Karl Izzo u Anthony 'Panelli' Farrugia. Ma' dawn l-istess kowċis ukoll kont parti mill-iskwadra ta' taħt id-19- il sena fil-Junior European Championships l-Olanda. Dawn l-esperjenzi kienu sbieħ mmens għalija. Hija x-xewqa ta' kull atleta li jieħu l-isport tiegħu b'serjetà u jkollu l-unur li jirrapreżenta lil pajjiżu. Għalhekk hu dejjem l-objettiv tiegħi li nkun onorat li nirrapreżenta lil Malta billi nkun parti mit-tim nazzjonali Malti. Għaddi messaġġ lil dawk it- tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-waterpolo. Il-parir tiegħi hu li meta jkunu għadhom żgħar, jieħdu esperjenzi f 'dixxiplini sportivi differenti, għaliex inħoss li dan jippreparak aħjar għall- isport li eventwalment jagħżlu li jeċċellaw fih. Jekk wieħed jasal li jibda jħobb l-isport, m'għandux għalfejn jaqta' l-isport minħabba l-istudju, għax nemmen li kemm l-isport kif ukoll l-istudju jikkumplimentaw lil xulxin. Dan il-messaġġ forsi aktar irid jasal għand il-ġenituri li mingħajr ma jridu, iwasslu l-messaġġ li l-isport jista' jkun ta' xkiel u mhux ta' għajnuna. Naħseb li l-ikbar xkiel illum il- ġurnata huwa l-ħin mgħoddi żejjed onlajn fuq l-internet. l-waterpolo b'mira għall-arkitettura wieħed pożittiv għalija. Ħassejtni ħafna iktar Club) ikklassifikajna fir-raba' mill-iskwadra ta' taħt id-19- Isaiah Riolo -azzjoni ma' Sirens Ritratti - Dominic Borg