Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
12 Intervista illum | Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Jekk se nibqgħu nirraġunaw bħala amateurs A vukat, eks sindku tal-Imsida u jgħid li jgħix għall- isport. Is-segretarju Parlamentari Clifton Grima, hu wieħed mill- uċuħ il-ġodda fil-kabinett ta' Muscat. Attwalment huwa jinsab inkarigat mis- Segretarjat għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal- Volontarjat. Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet u intervistat lil Grima. F'din l-intervista tkellimna fuq uħud mill-kwistjonijiet primarji li qed joħonqu x-xena tal-isport lokali fosthom it-tixħim fl-isport, ir-riżultati diżappuntanti riċenti tat-tim nazzjonali Malti u l-bini ta' trakka tal- karozzi f 'Malta. Nibdew mill-ewwel b'suġġett iebes, it-tixħim fl-isport lokali b'mod partikolari fil-futbol. Kienet din il-gazzetta stess li fil-ġimgħat li għaddew ippubblikat għadd ta' stejjer relatati ma' dan is-suġġett. Fost l-istejjer kollha li ppubblikat l-ILLUM, spikkat storja ta' allegat tixħim li baqa' mistur u li allegatament jinvolvi erba' plejers waqt logħba tal-ewwel diviżjoni. Apparti minn dan, din il-gazzetta żvelat u kitbet għal aktar minn darba fuq każ ieħor separat ta' eks referì tal-FIFA Malti li qed ikun investigat mill- Assoċjazzjoni Maltija tal- Futbol (MFA) fuq tixħim. Għalhekk staqsejt lil Grima: x'kienet l-ewwel reazzjoni tiegħu fuq dan il-każ partikolari, jekk jaħsibx li fadal min jibża' jirrapporta każijiet simili u jekk jaħsibx li l-Assoċjazzjonijiet tal- isport lokali humiex jagħmlu l-almu tagħhom biex każijiet bħal dawn jinqerdu darba għal dejjem. Mal-ILLUM, is- Segretarju Parlamentari jibda jirrispondi billi jgħid, "ovvjament, il- każ qrajt fuqu. Qabel ma dħalt fil-politika, kont amministratur ta' klabb lokali, kont segretarju ta' Sliema Wanderers. Fl- ewwel ġurnata tal-kariga tiegħi, kelli allegazzjoni fondata dwar korruzzjoni. Kont mort jien stess għand il-Pulizija u ttieħdet azzjoni. Kulma nista' ngħid hu li jien meta rrapportajt, il-proċeduri kriminali bdew," sostna Grima. Hu kompla jgħid, "illum għandna liġijiet ħafna aktar iebsa, speċjalment mill-aspett ta' penali. Il-penali kibru, jinkludu wkoll il-konfiska tal-assi u ġurisdizzjoni aktar wiesgħa lill-awtoritajiet Maltin." Żied jgħid li, "b'din il-liġi eliminajna wkoll is-sitwazzjoni assurda fejn kellek min jiġi sospiż għal għomru minn attività sportiva però xorta jibqa' jidħol fil-kumplessi sportivi. Din illum mhix possibbli," sostna Grima. "Qabel kulħadd jibni l-kuraġġ li kif naraw il-ħażin nirrappurtawh se jibqa' jkun hemm il- korruzzjoni" Grima qal ukoll, li Assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi għandhom irwol importanti ferm biex jinqerdu każijiet simili. "Niżbaljaw li nassoċjaw din il-liġi bħala waħda li tħares biss lejn il-futbol. Qabel kulħadd jibni l-kuraġġ li kif naraw il-ħażin nirrappurtawh se jibqa' jkun hemm il-korruzzjoni," saħaq Grima. Ġaladarba qbadnieha fuq dan is-suġġett ma stajtx ma nsaqsihx fuq il-każ li heżżeż il-pedament tal-futbol lokali fi żmien riċenti. Meta sitt plejers tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena ġew sospiżi mill-Kumitat tal-Kontroll, Etika u Dixxiplina tal- UEFA f 'każ ta' tixħim waqt logħba tal-U21 kontra l-Montenegro. Tnejn mill- plejers weħlu sospensjoni għal għomorhom. Fuq dan il-każ, Grima kien pront biex jgħid, "tirrabja kull meta jkun hemm każijiet ta' korruzzjoni, b'mod speċjali meta għandek il-flokk tat-tim nazzjonali involut. Bil-liġi l-ġdida, aħna rajna li jkun hemm penali eħrex, f 'każijiet bħal dawn li jinvolvi ambaxxaturi tal- pajjiż." 'Jinkwetawni pajjiżi li m'għandhomx qafas regolatorju' Apparti minn hekk, Grima kompla jgħid kif skontu, "is-swieq tal- imħatri regolati b'qafas regolatorju bħal ta' pajjiżna ma tantx jinkwetawni. Li jinkwetawni huma ġurisdizzjonijiet li m'għandhomx dan il- qafas, bħal ħafna pajjiżi fl-Ażja u allura wieħed jista' jagħti l-każ li jkun hemm għaqdiet kriminali li jħammġu l-logħob," spjega Grima. Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li, fir-realtà min jipprova jimmanipula l-logħba, se jfittex diviżjonijiet jew klabbs ta' livell baxx fejn il-paga tal-plejers tkun minima u għalhekk is-somom fenomenali jagħmluha faċli biex din l-attività illegali sseħħ. Minkejja dan huwa għamilha ċara li, "dawn l-affarijiet ma jseħħux biss f 'pajjiżna, saru wkoll f 'kampjonati kbar oħra bħal dak tar-Renju Unit u dak fl-Italja." "Jekk se nibqgħu nirraġunaw bħala 'amateurs' riżultati ta' 'amateurs' se nibqgħu niksbu." Nieqfu nitkellmu fuq it-tixħim u naqbduha fuq tendenza oħra li qiegħda tiddiżżappunta s-segwaċi tal-futbol lokali; ir-riżultati diżappuntanti tat-tim nazzjonali Malti. Bħala Segretarju Parlamentari għall-isport x'jaħseb li qed jikkaġuna dan u x'jaħseb li għandu jsir sabiex nibdew nikkompetu ma' nazzjonijiet oħra. Grima jibda billi jiddikjara, "l-ewwel nett irridu nieqfu nirraġunaw bħala amateurs u nibdew nirraġunaw b'mod strateġiku. Bħalissa, hemm Kummissjoni li qed taħdem b'mod indipendenti. L-għan aħħari tagħha huwa li tagħti rendikont tas-sitwazzjoni preżenti f 'pajjiżna. Fejn hemm tajjeb irridu nżidu fejn hemm ħażin irridu nirranġaw, inwaqqgħu u nibnu mill- ġdid. Jekk se nibqgħu nirraġunaw bħala amateurs, riżultati ta' amateurs se nibqgħu niksbu," sostna Grima. "Fejn ma jinksibux riżultati trid tintrefa' r-responsabbilità" Għalhekk skont is- Segretarju Parlamentari, għandna ndaħħlu fis-seħħ tliet miżuri. "Għandna nibdew nidħlu aktar fl-iskejjel u nippromovu l-isport biex it-tfal jiċċaqalqu. Għandna problema li l-kultura Maltija, ma tħarisx lejn il- mod kif niċċaqalqu," spjega Grima. Huwa kompla jgħid, "għandu jkun hemm investiment ċar immirat bi qbil mal-federazzjoni u l-atleti kollha. Jekk ma tasalx, u ma jinkisbux riżultati trid tintrefa' r-responsabbilità." Fuq dan l-aħħar punt, Grima għamel referenza lejn deċiżjoni tal-Gvern tar-Renju Unit ftit wara riżultat diżappuntanti f 'Olimpjadi riċenti. Dakinhar il-Gvern Ingliż kien qata' l-fondi għall- atleti u għaqdiet li ma kisbux riżultati. "Mhux qed ngħid li se naqtgħu l-fondi, però jiżdiedu l-fondi biss għal min jikseb ir-riżultati," saħaq Grima. Fl-aħħar nett, huwa tal-fehma li għandu jkun hemm, "arranġamenti ma' federazzjonijiet barranin, li biex ikun hemm taħriġ u kollaborazzjoni mill-qrib" 'Il-problem hi ċara, naħdmu f 'comfort zone' Mal-ILLUM, Grima tkellem ukoll rigward problema oħra li skontu Clifton Grima intervistat mill-gazzetta ILLUM fuq il-korruzzjoni l-futbol, ir-riżultati diżappuntanti tat-tim nazzjonali Malti u t-trakka tal-karozzi. Żieda fil-fondi biss għal min jikseb riżultati tajba fl-isport. It-trakka mhux bilfors se jkollha l-istorbju bħal tal-kwart ta' mil. " " " "