Illum previous editions

ILLUM 16 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 'In-nisa huma b'saħħithom u kapaċi jerfgħu daqs raġel' - Louise Agius minn Cristian Antony Muscat LOUISE Agius - mudella tal-fitness, li tixtieq li tibqa' dejjem ittejjeb is-saħħa fiżika tagħha u l-figura tagħha, u bħala personal trainer tibqa' tgħin aktar nies sabiex jidħlu f 'dan l-isport u jibdew jaraw id- differenza f 'ħajjithom. Kif għażilt il-bodybuilding fost sports ieħor? Il-bodybuilding jinqasam f 'diversi kategoriji differenti. Jiena naqa' fil-kategorija tal-'fitness'. Għażilt 'fitness' għax apparti li jgħinek tibni saħħa fiżika, fiżikament tidher aħjar. Huwa sport li mhux biss jiddixiplinak u jżommok dejjem motivat, imma wkoll jidħol f 'ħajtek fejn il-benefiċċji huma kbar. Jien neħodha bħala sfida miegħi nnifsi fejn l-eżercizzju huwa parti importanti ħafna f 'ħajti. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Fil-kategorija tiegħi ma jirrekjedix li nikber ħafna, huwa aktar xogħol fuq toning. Però, f 'Malta għandna nisa li jaqgħu fil-kategorija ta' body fitness li għandhom muskoli kbar daqs ta' raġel, jiġifieri n-nisa huma kapaċi daqs l-irġiel biex jerfgħu l-weights u jkabbru l-muskoli tagħhom. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu sehem f'din il-kategorija kif jiddeversifika minn taħrig li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f'kategorijioħra? It-taħriġ tiegħi jikkonsisti f 'weights, cardio sessions u HIIT classes. Dan huwa meqjus minn ħafna studjużi bħala l-aktar kumbinazzjoni ta' eżercizzji li joffri l-aħjar benefiċċji għall-ġisem. X'differenza tgħaddi bejn il- bodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting? Il-bodybuilding tagħmlu sabiex tkabbar il-muskoli filwaqt li l-weightlifting u l-powerlifting jirrikjedu teknika fejn wieħed jerfa' l-weights f 'kompetizzjoni. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Iva, dan l-aħħar il-konkorrenza ta' Maltin jikkompetu barra minn Malta żdiedet ħafna. Naf li l-isport tagħkom jinvolvi bosta spejjeż. Huwa minnu dan? Iva, sabiex wieħed iżomm dieta speċifika għal dan l-isport, trid ħafna flus u ovvjament ħafna ħin sabiex wieħed jagħmel l-eżerċizzju ta' kuljum. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek. Tina iktar dettalji. Jiena bħala dieta, niekol sitt darbiet kuljum, ikla kull tliet siegħat .Normalment ikolli porzjon ta' protejini u porzjon ta' karboidrati u ħaxix u frott. Kif wieħed jista' jimmaġina, dan jirrikjedi ħafna ħin sabiex wieħed jipprepara l-ikel. X'sagrifiċċji u 'commitments' partikolarijirrikjedi l-isport li inttipprattika? Dan l-isport jirrikjedi commitments kbar, barra ħafna trejning u dixxplina fuq l-ikel, jirrikjedi mistrieħ ukoll. Wieħed ma jistax joħroġ u jqatta' ljieli barra u jixrob. Barra minnhekk jien nipprattika wkoll il-Piloxing Knockout, li ntroducejt f 'Malta aktar minn ħames snin ilu. Din il-klassi tirrikjedi ħafna praparamenti ta' koreografija, mużika u trid ukoll iżżomm ruħek 'fit' għax hija klassi li tirrikjedi ħafna stamina. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal- bodybuilding importanti? Fizikament, il-proċess ikun twil, saħansitra minn xhur twal qabel ta' trejning u mentalment trid tkun 100% committed u ddixxiplinat miegħek innifsek għax facli wieħed jaqta' qalbu. Imma mbagħad x'ħin tibda tara r-riżultat pożittiv, tagħmel kuraġġ kbir. Il-bodybuilding kif jgħin lill- atleta li jkun qed jipprattikkah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? L-eżerċizzju joffri ħafna benefiċċji, kemm fiżiċi, kif ukoll mentali. It-trejning jgħin lill-moħħ jirrilassa u wieħed iħossu ħafna aħjar peressli jidher aħjar. Dan jgħinek fil-ħajja inġenerali u tħossok dejjem aktar motivat. Cert li dan l-isport jghollilek l-istima personali tiegħek kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Meta tittrenja, il-ġisem jirrilisja kimika jisimha 'endorphins'. Din iġġiegħlek tħossok pożittiv. Kull kategorija toffri miri differenti eżempju Ms Bikini ma tridtx tkun mibnija ħafna, Ms Fitness trid tkun toned u definita u bodybuilder irid ikollha muskoli kbar u definiti. Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il- kompetizzjonijiet. Din fuqhiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Apparti dan l-isport, jien nagħmel parti minn ġurija f 'kompetizzjoni nazzjonali. Il-ġurija tara li kull parteċipant jilħaq l-aspettattiva tal- kategorija tiegħu. L-istandard dejjem qed jogħla, allura qed tiġi aktar diffiċli għall-ġurija. Naf ukoll li qabel il- kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? Jiena fil-ġurnata tal- kompetizzjoni nixrob madwar żewġ litri ilma. L-ilma jgħinek tibqa' hydrated u għandu ħafna benefiċċji oħra. Fi żmien il-kompetizzjoni, wieħed isegwi programm skont il- kundizzjoni li jkun fiha. Iva, ġurnata qabel il-kompetizzjoni naqtgħu l-ilma kollu. Hemm biżżejjed konkorrenza minn persuni żgħażagħ għal dan l-isport? Il-konkorrenza dejjem qed tiżdied però kif nafu l-obeżità f 'Malta hija problema kbira u allura għandu jsir aktar għarfien f 'dan il-qasam. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom tittrenjaw f'Malta meta kkumparati ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Il-gyms illum il-ġurnata huma attrezzati ħafna. Għandna ħafna gyms li jiftħu 24x7 u dan huwa ta' konvenjent kbir għal min irid jagħmel dan l-isport. Però li huwa importanti huwa illi wieħed jagħmel l-eżerċizzju skont x'irid jakkwista mill- figura tiegħu. It-taħriġ tagħkom il- bodybuilders nisa fhiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tagħkom meta kkumpartat ma' dak tan-nisa? Dan jiddependi mill- kategorija li wieħed jiddeċiedi li jikkompeti fiha. Bħala eżempju, f 'Ms Bikini wieħed irid jiffoka aktar fuq toning però f 'kategorija oħra li jkunu bbażati fuq aktar toqol, hemmhekk il-fokus ikun aktar fuq tkabbir ta' muskoli. Kif għidt qabel, in-nisa huma b'saħħithom u kapaċi jerfgħu daqs raġel. Il-media f 'pajjiżna ttikom biżżejjed exposure u pubbliċità? Sfortunatament, ftit li xejn. Il- kura tas-saħħa għandha tibda minn prevenzjoni, għandu jsir aktar għarfien tal-benefiċċji tal-eżerċizzju u l-mod ta' kif wieħed jista' jtejjeb ħajtu permezz ta' eżercizzju u dieta tajba. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala 'bodybuilder'? Bħala mudella tal-fitness, nixtieq li nibqa' dejjem ntejjeb is-saħħa fiżika tiegħi, intejjeb aktar il-figura tiegħi u bħala personal trainer nibqa' ngħin aktar nies sabiex jidħlu f 'dan l-isport u jibdew jaraw id- differenza f 'ħajjithom. Dawk kollha li jagħmlu l-eżerċizzju raw bidla kbira f 'ħajjithom u din hija xi ħaġa li nippromwovi ħafna fix-xogħol tiegħi. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew jipprattikaw il- 'bodybuilding'. Jiena ninkoraġġihom ħafna sabiex jidħlu f 'dan l-isport. L-eżerċizzju fiżiku mhux biss huwa importanti biex ikollok figura attraenti, imma wkoll joffrilek ħafna benefiċċji ta' saħħa. illum Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 b'saħħithom u kapaċi L-eżerċizzju joffri ħafna benefiċċji, kemm fiżiċi, kif żewġ litri ilma. L-ilma jgħinek tibqa' hydrated u għandu hemmhekk il-fokus ikun aktar fuq tkabbir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 December 2018