Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
7 Aħbarijiet ILBIDLA fil-klima. Hemm min jgħid li qed inħossu din il-problema direttament b'aktar xita qliel u sjuf ħafna itwal u iktar qliel u hemm min jgħid li din tal-bidla fil-klima hija kwistjoni xi ftit imneffħa. U l-Maltin x'jaħsbu? X'jaraw illi huma r-risposti tajbin biex tkun indirizzata din l-isfida? Stħarriġ tal- Kummissjoni Ewropea juri illi maġġoranza qawwija ta' Maltin u t'Ewropej jemmnu li l-mewġiet ta' sħana jew inkella ta' bard huma riżultat ta' bidla fil-klima. Fil-fatt 84% tal- Maltin jemmnu illi dawn huma riżultat dirett tal-bdil fil- klima. Minn dawn 39% jemmnu li l-fenomeni tal- mewġiet tas-sħana jew bard huma 'definittivament' frott tal-bidla fil-klima, 45% u jemmnu li dan huwa 'sa ċertu punt'. Min-naħa l-oħra 10% ma jemmnux li dan huwa relatat ma' bidla fil-klima. Bħall-Maltin, il-popli kollha l-oħrajn qablu li l-mewġiet ta' temperaturi estremi huma riżultat tal-bidla fil-klima, bil-Bulgari jikklassifikaw l-aħħar (74%). Minkejja li ħadd ma jieħu pjaċir meta miżuri biex jipprevjenu l-bidla fil-klima jolqtu lilu direttament, kulħadd donnu qed jifhem li l-bidla fil-klima hija riżultat tal-attività umana. 94% tal-Maltin jemmnu li l-bidla fil-klima hija riżultat ta' attvità umana u minn dawn 58% jemmnu li hija frott din l-attività biss filwaqt li 36% jemmnu li l-attività umana hija biss waħda mir- raġunijiet. Fuq dan il-punt il-popli kollha tal-Unjoni Ewropea prattikament jinsabu fl-istess ilma. Kawżi 84% ta' dawk il-Maltin li pparteċipaw fl-istħarriġ jemmnu illi n-nixfiet u n-nirien huma frott il-bidla tal-klima, filwaqt li 82% tal-Maltin jaħsubha l-istess dwar l-għagħar. In-numri jiċċaqalqu ftit fejn jirrigwarda l-urugani u maltempati, b'79% tal- Maltin jaħsbu illi dawn huma riżultat ta' bidla fil- klima. Ftit aktar minn nofs il-Maltin, jew 51% biss jemmnu illi t-terremoti huma riżultati ta' bdil fil-klima. Fil-fatt it-terremoti ilhom iseħħu eluf ta' snin, minn ħafna qabel bdiet id- diskussjoni kollha dwar bdil fil-klima. Intant l-istħarriġ staqsa wkoll dwar l-effetti tal-bidla fil-klima. Kwart tal-Maltin li wieġbu sostnew illi jemmnu li l-bidla fil-klima se twassal għal aktar nuqqas ta' ilma u nuqqas ta' ikel. 11% jaħsbu li l-bidla fil-klima se twassal għal aktar telfien tal- biodiversità, 18% jemmnu li se twassal għal aktar mard u 8% jemmnu li se tintensifika l-ħsara infrastrutturali. Intant bħalissa r-riċiklaġġ huwa wieħed mis-suġġetti li qed ikunu diskussi fil- pajjiż hekk kif ir-riċiklar sar obbligatorju mis-sors, jiġifieri mid-djar. 67% tal-Maltin li ħadu sehem fl-istħarriġ jaqblu kompletament illi għandu jkun hemm iktar miżuri favur ir-riċiklaġġ madwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li 27% 'iktar jaqblu milli le'. Ħadd ma jopponi l-bżonn ta' iktar riċiklar filwaqt li 6% ma kinux jafu kif se jirrispondu. Maġġoranza qawwija (68%) tal-Maltin iħossu wkoll li hemm bżonn ta' aktar miżuri li jippromovu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Dan filwaqt li 27% iktar jaqblu milli le. Għal darb'oħra il-popli tal-Ewropa tal- Lvant kienu l-inqas li huma sensittivi għal bżonn ta' użu effiċjenti tal-enerġija, b'40% biss taċ-Ċeki li jaqblu mal- bżonn ta' aktar miżuri ta' dan it-tip. U l-ġlieda kontra l-bidla fil- klima, tista' toħloq impjiegi ġodda? Il-Maltin jemmnu fl-ekonomija l-ħadra? 41% jaqblu 'kompletament' mar-rabta bejn il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u ekonomija b'saħħitna filwaqt li 41% 'iktar jaqblu milli le'. Huma biss 6% dawk li ma jaqblux. 84% tal-Maltin jemmnu li għandha tingħata għajnuna fil-forma ta' inċentivi biex tintuża enerġija nadifa, biex b'hekk aktar nies jibdew jużaw affarijiet li jaħlu inqas enerġija u li huma aktar 'environmentally friendly'. Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 | illum Min iħoss ħafna bard u min iħoss ħafna sħana. Mewġiet ta' sħana kellna kemm trid, tal-kesħa ftit li xejn. Ħafna Maltin jippuntaw subgħajhom lejn il-bidla fi l-klima... 84% jemmnu li l-mewġiet ta' sħana/ bard huma riżultat tal-bidla fil-klima agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham tajbin biex tkun indirizzata din l-isfida? Stħarriġ tal- Kummissjoni Ewropea juri illi maġġoranza qawwija ta' Maltin u t'Ewropej jemmnu li l-mewġiet ta' sħana jew inkella ta' bard huma riżultat ta' bidla fil-klima. Fil-fatt 84% tal- Maltin riżultat tal-bidla fil-klima, bil-Bulgari jikklassifikaw l-aħħar (74%). Minkejja li ħadd ma jieħu pjaċir meta miżuri biex jipprevjenu l-bidla fil-klima jolqtu lilu direttament, kulħadd donnu qed jifhem li l-bidla fil-klima hija riżultat tal-attività umana. 94% tal-Maltin jemmnu li l-bidla fil-klima hija riżultat ta' attvità umana u minn dawn 58% jemmnu li hija frott din l-attività biss filwaqt li 36% jemmnu li l-attività umana hija biss waħda mir- raġunijiet. Fuq dan il-punt il-popli kollha tal-Unjoni Ewropea prattikament jinsabu fl-istess ilma. Kawżi il-Maltin li pparteċipaw fl-istħarriġ jemmnu illi n-nixfiet u n-nirien huma frott il-bidla tal-klima, filwaqt li 82% tal-Maltin jaħsubha l-istess dwar l-għagħar. In-numri fejn jirrigwarda l-urugani u maltempati, b'79% tal- Maltin jaħsbu illi dawn huma riżultat ta' bidla fil- klima. Ftit aktar minn nofs il-Maltin, jew 51% biss jemmnu illi t-terremoti huma riżultati ta' bdil