Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
Sports 31 Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 | illum l-iktar ħaġa li ikun iħobb jagħmel f 'ħajtu - il-Bowling. U meta kkumparat ma' barra minn Malta kif tqis ir-riżorsi li fihom titħarrġu u tilagħbu l-bowling f 'Malta? Aħna bħala bowlers dejjem xtaqna li jkollna post għalina bħall-Bowling Clinic, fejn inkunu flessibli u komdi biex nipprattikaw mingħajr ma jkollna bżonn nagħmlu arranġamenti u ħinijiet speċifiċi kif qegħdin nagħmlu bħalissa. Però, nista' ngħid li l-Bowling Centre – l-Eden Superbowl f 'Paceville huwa kbir biżżejjed biex jiġu organizzati kampjonati u jaqduna tajjeb ħafna. ILBOWLING kif jgħinek fiżikament kif ukoll psikoloġikament? Personalment, iktar milli fiżikament, il-bowling jgħinni l-iktar psikoloġikament. Dan għaliex iżommni kkonċentrat u mentalment kalm waqt il-kompetizzjonijiet u b'hekk ukoll fil-ħajja ta' kuljum jirnexxieli naħseb u nevalwa sitwazzjonijiet li niltaqa' magħhom. Naf li l-aħħar snin kienu importanti ferm għalik. Għaliex? Iva, kienu importanti ħafna għaliex erġajt bdejt nipprattika dan l-isport sitt snin ilu. Tul dawn is-snin, irnexxieli nirbaħ erba' titli nazzjonali u ħadt sehem f 'ħafna kompetizzjonijiet madwar id- Dinja fosthom Ġappun, Iżlanda, Italja, Ġermanja u oħrajn u din is-sena mort ukoll Las Vegas ġewwa l-Amerika għall-World Cup 2018. Inħossni kburi u onorat li jien bħala atleta mmur nirrappreżenta lil pajjiżi f 'kompetizzjonijiet ta' livell internazzjonali. X'inhuma l-pjanijiet tiegħek għal din is-sena f 'dak li għandu x'jaqsam ma' ten-pin bowling? Din is-sena kienet impenjattiva ħafna għaliex f 'April morna ġewwa Ankara, it-Turkija għall-Kampjonati tal-Mediterran u nżilna lura b'midalji prestiġjużi. Fix-xahar ta' Settembru ħadt sehem ukoll fir-Rome Open 2018 u kkwalifikajt fit-13-il post minn fost 313-il bowler. F'Ottubru ħadt sehem fil-Kampjonat Ewropew li sar ġewwa Langen, il-Ġermanja waqt li f 'Novembru ħadt sehem fil- World Cup 2018 li saret ġewwa Las Vegas, l-Amerika. Għandek xi ħolma partikolari li tixtieq li ssir realtà fil-futur qrib? Ix-xewqa tiegħi hi li nkun nista' nieħu sehem f 'EBT Tour li jsir kull sena u jinvolvi 13-il destinazzjoni ġewwa l-Ewropa li jkun b'format ta' punteġġ li tiġbor minn kull kompetizzjoni f 'dawn il-pajjiżi u li fl-aħħar ikun hemm il-finali għal titlu importanti ħafna. Għalhekk sponsors u kull għajnuna finanzjarja jkunu importanti għal kull atleta fix- xena tal-isport għaliex b'hekk ikunu jistgħu iwettqu l-ħolma tagħhom u possibilment jonoraw isem Malta. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjament partikolari wara dan is-suċċess kollu li rnexxielek tikseb f 'daqstant żmien qasir? Nixtieq nirringrazzja lil kull min jissapportjani, lill-partner tiegħi - Daniela Scerri, li tifhem is-sagrifiċċji li nagħmel u l-ħin kollu li jinvolvi dan l-isport biex inkun nista' nibqa' nikkompeti fuq livell internazzjonali. Lill-familja tiegħi kollha li huma warajja, lill-kowċ Rick Vogelsang, lit- team mates tiegħi ta' Team Okmalta. com u Team Med Sea Shipping Agency, kif ukoll lill-isponsors tiegħi Volkswagen – Continental Cars Ltd u VIS Sportwear. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-bowling. Il-bowling huwa dixxiplina sportiva ta' dedikazzjoni u konċentrazzjoni kbira li dawn kollha jgħinuk fil-ħajja tiegħek ta' kuljum u trid taċċetta li rebbieħ dejjem qatt ma tista' tkun. Il-bowling huwa mimli esperjenzi li dejjem jgħallmuk xi ħaġa ġdida fejn tista' tirrifletti u tiġi aħjar milli kont qatt qabel. L-iktar ħaġa importanti hi li qatt u qatt m'għandek taqta' qalbek. u d-dixxiplina li jien għandi għat-Ten-Pin Bowling' Beda jipprattika l-bowling meta kellu 16-il sena. Kien jinżel nara liz-ziju tiegħu Silvio Anastasi jipprattika dan l-isport, u qatt ma kien jaħseb li kien ħa jispiċċa jip- prattikah hu wkoll u jasal fejn wasal s'issa. Wara biss madwar tmien xhur jipprattika l-Bowling kien ħa sehem -English Junior Open Championships fejn kienu ħadu sehem mijiet t'atleti u kien rebaħ dan l-istess kamp- jonat. Huwa erba' darbiet Champion Nazzjonali, English Junior Open Champion, Record holder ta' 3 game series u 6 game series, Deheb u Bronż l-Kampjonati tal-Mediterran 2015 ġewwa Chania, Kreta. Rebaħ il-Platinum Award – MOC Sports Award 2015 Rebaħ id-Deheb u Bronż l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2017 ġewwa San Marino Kiseb it-Tieni Post s-Swiss Team Event 2017 ġewwa l-Iżvizzera Kiseb il-Fidda l-Kampjonati tal-Mediterran 2018 ġewwa Ankara, Turkija Rebaħ bosta Kampjonati ma' Team Ok Malta. MAURO ANASTASI Ritratt: James Bianchi