Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
illum | Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 16 Opinjoni I l-Ministru Ian Borg, iktar kmieni din il- ġimgħa, infurmana li kien qed jaħdem biex iwettaq il-ħolma ta' diversi Għawdxin billi jmexxi 'l quddiem il-proċess tal-mina taħt qiegħ il-baħar bejn Malta u Għawdex. Wara dibattitu li ilu għaddej is-snin hu ċar li iktar milli jwettaq il-ħolm ikun aħjar jekk Ian Borg jipprepara ruħu għal ħmar il-lejl. Saru studji ġeoloġiċi imma lanqas il-konklużjonijiet ġenerali dwarhom ma nafu. Għadhom mistura qishom xi sigriet tal-istat. Tliet snin ilu l-ġeoloġista Peter Gatt kien ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-mina tal-Enemalta bejn il-power station tal-Marsa u Delimara kienet swiet id- doppju ta' dak ippjanat u dan minħabba kollass tal-blat f 'diversi punti matul il-mina nnifisha. Dan kien seħħ bħala riżultat tan-nuqqas ta' informazzjoni ġeoloġika meta ġiet imfassla l-mina. Kieku dan kellu jseħħ waqt li jkun għaddej ix-xogħol fuq il-mina bejn Malta u Għawdex hu inevitabbli li jkollna problemi kbar, inkluż possibilment numru ta' mwiet. Hu fatt magħruf li fil- Fliegu hemm diversi kisriet ġeoloġiċi (geological faults). Tajjeb li nirrealizzaw li tnejn mill-proposti għall-mina, li saru minn Mott MacDonald, il-konsulenti ta' Transport Malta, jgħaddu minn dawn il-kisriet. Li jkunu eżaminati l-kampjuni tal-blat f 'laboratorju, anke jekk għal ftit ġimgħat, bla dubju jżid l-għarfien tal-ġeoloġija taż-żona imma dan mhux biżżejjed biex fuqu jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-disinn tal-proġett. Biżżejjed nifhmu li minkejja l-istudji ġeoloġiċi dettaljati fuq numru kbir ta' snin, ix-xogħol fuq il-mina bejn l-Ingilterra u Franza, iċ-Channel Tunnel, kellu jieqaf u jkun devjat diversi drabi minħabba li t-tħaffir iltaqa' ma' problemi ġeoloġiċi li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni tagħhom fl- istudji dettaljati! L-istudji serji jieħdu ż-żmien biex isiru: ma jistgħux ikunu mgħaġġla minħabba data determinata minn aġenda politika. Tliet snin ilu, Transport Malta, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija kkummissjonaw studju ekonomiku, ferm qabel ma biss bdew l-istudji ġeoloġiċi. L-istudju kien intitolat Establishing a Permanent Link between the Island of Gozo and Mainland Malta: An Economic Cost Benefit Analysis of Available Strategic Options, li kien sar minn E-Cubed Consultants. Dan l-istudju kien argumenta li t-traffiku bejn il-gżejjer kien ipproġettat li fuq perjodu ta' 15-il sena jiżdied minn medja ta' 3000 moviment kuljum għal 9000 moviment kuljum. Argument li jmur kontra l-Pjan Nazzjonali għat-Trasport approvat fl-2015 ukoll. Il-mina proposta teħtieġ ammont kritiku ta' movimenti ta' karozzi li jħallsu biex jgħaddu mill- mina u bil-konsegwenza li minn fuqhom jinġabru l-ispejjeż tal-mina kif ukoll il-profitti tal-operaturi. Fi ftit kliem il-mina, biex tirnexxi tiddependi minn moviment kbir ta' karozzi kuljum. Dan imur kontra l-politika dwar it-trasport tal-lum, li tal- inqas fuq il-karta, timmira għal tnaqqis ta' karozzi mit- toroq tagħna. Din hi materja li bla dubju għandha tkun eżaminata mill-istudju fuq l-impatti ambjentali (EIA) dwar il-mina proposta. Dan l-istudju għadu fl-istadji inizzjali tiegħu u dan wara li l-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi ftit ġimgħat ilu approvat dak li għandu jkun indirizzat (terms of reference) minn dan l-istudju. L-EIA hu stadju essenzjali li minnu jeħtieġ li jgħaddi l-proġett. Għaldaqstant, kien irresponsabbli l-Ministru tat-Trasport, meta, iktar kmieni din il-ġimgħa, ħabbar li fi żmien sitt xhur kienet ħierġa sejħa internazzjonali għall-offerti għall-mina bejn Malta u Għawdex. Dan ifisser li dawn l-istudji huma irrelevanti? Fl-opinjoni tiegħi, il-Ministru qiegħed jagħti dan il-messaġġ ċar u tond. Din hi l-agħar forma ta' governanza ħażina għax timmina l-isforzi tal- awtoritajiet fil-qadi ta' dmirijiethom. B'dan il-ħsieb jiena ktibt lill-Ombudsman u tlabtu jinvestiga dan in-nuqqas ta' governanza tajba. Il-Gvern għandu jkollu l-paċenzja li jistenna sakemm ikunu konklużi l-istudji ambjentali qabel ma jieħu d-deċiżjonijiet. Il-mina t'Għawdex: ħmar il-lejl CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com X i ġimagħtejn ilu waslitli waħda mir-rivisti li nirċievi regolarment minn barra u meta bdejt inqalleb. Sibt artiklu b'isem stramb li bl-Ingliż kien jgħid; 'have a green Christmas'. Minnufih interessani u sibt fih dak li bsart – kif ma tagħmilx ħsara lill-ambjent fi żmien il-Milied! Kien fih xi statistiċi dwar l-ambjent fil- jiem tal-Milied. Fl-Ingilterra Fl-Ingilterra żmien wieħed tal-Milied jipproduċi 30% iżjed ħela mis-soltu - 300,000 tunellata, fosthom ta' ppakkjar ta' kartolini, biżżejjed biex tgħatti l-Big Ben ta' Londra 260,000 darba. Miljuni ta' kartolini jispiċċaw fil-laned taż- żibel. L-ammont ta' karta biex tkebbeb ir-rigali fiha biżżejjed biex tkebbeb l-ekwatur 9 darbiet. 227 mil ta' karta biex tkebbeb, tintrema u 6 miljun siġra tal-Milied jisfaw imwarrba kull sena. Fl-Amerka Fl-Amerika l-imbarazz tad-djar jiżdied b'25% bejn it-30 ta' Novembru (Thanksgiving Day) u l-1el ta' Jannar, b'kollox 6 miljun imbarazz iżjed, li jinkludi 4 miljun karta biex tkebbeb u basktijiet tal-ħwienet, 38 elf miljun żigarella, biżżejjed biex torbot żigarella madwar id-dinja jew 265 elf miljun grawnd tal-futbol għaxar sulari għolja. Fl-Awstralja Fl-Awstralja tant hu kbir l-iskart li l-Gvern qed jitlob liċ-ċittadini biex iqisu iżjed il-ħsara ambjentali billi l-Awstraljani jonqfu AUS$46,700 miljun f 'ikel, xorb, rigali u ċelebrazzjonijiet f 'Diċembru. Dan iżid l-iskart mid-djar bi 30% għax eluf ta' tunnellati karti biex tkebbeb, dekorazzjonijiet, ikel, fliexken u rigali li ma ntgħoġbux jisfaw mormija. Hi ħaġa ċara li l-Milied madwar id-dinja sar iż- żmien tal-ikbar ħela fis- sena. Se nelenka xi ftit ideat li jagħti Victor Parachin fl- artiklu tiegħu. Ħu d-deċiżjoni li dis-sena, int u l-familja tiegħek, tibqgħu tiftakru kemm kien aħdar il-Milied li ġej bir-rigali li intom tajtu lid- dinja. Batteriji: Ħafna rigali jaħdmu bil-batterija. Qis li r-rigali tiegħek ikunu "rechargeable" għax dawn tkun tista' tużahom mijiet ta' drabi. Kartolini: Ixtri kartolini rriċiklati mingħand diversi assoċjazzjonijiet ta' solidarjatà. Esperjenzi: Naqqas il- materjaliżmu fil-Milied billi flok toffri rigali materjali, toffri esperjenza, pereżempju biljett għal xi wirja teatrali, għal xi vjaġġ jew għal xi avveniment sportiv. Ikel: Tagħmilx ikel żejjed li jispiċċa jinħela. Tgħidx kemm laħam, kemm pudina u kemm mince pies jintremew fl-Ingilterra - 5 miljun pudina tal-Milied u 24 miljun mince pie. Uża kikkri li jinħaslu wara li tkun xtrajthom mill- ħwienet. Fl-Amerika l-ammont ta' ikel moħli fil-jiem tal- Milied huwa tliet darbiet akbar minn perjodi oħra tas-sena. Issajjarx bil-biża' li mhux se jkun hemm biżżejjed x'jikkunsmaw! Agħmel inti: Inqeda bit- talent tiegħek biex tagħmel rigali personali lil ħbiebek. Jekk inti fotografu imla ktejjeb żgħir b'ritratti li xi ħabib żgur se japprezza ferm. Rigali ħodor: Agħti b'rigal ċertifikat li jixhed liema ħwienet ibigħu affarijiet bnini. Żjajjar: Flok tagħmel vjaġġi fit-tul fi żmien il-Milied ibqa' d-dar mal- familja, gawdiha, jew mal-ħbieb, jew ma' xi qraba irtirati jew ma' xi ħadd minn sħabek. Ħjata fina: Fis-seklu 21 qed ikun żmien li fih ħafna nisa u anke xi rġiel qed jgħaddu l-ħin jinnittjaw. Il-vaganzi tal-Milied huwa żmien ideali biex tħit xi rigal bħal ingravati, xalel, kutri, brieret u flokkijiet. Lokali: Flok toqgħod tordna minn barra, agħmel xirja mingħand nies kapaċi fil-komunità lokali tiegħek u mur ixtri xi ħaġa intererssanti li jagħmlu huma. Nawguralek Milied aħdar DUN ANG SEYCHELL