Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
Sports 25 Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat WARA bidu tas-sena kemmxejn diffiċli għall-boxer ewlieni Malti, Christian 'Ċoqqos' Schembri, irnexxielu jagħlaq is-sena 2018 b'mod pożittiv u dominanti fejn huwa rebaħ it-tielet taqbida konsekuttiva tiegħu f 'ħames xhur kontra l-boxer Bulgaru Borislav Zankov, veteran ta' 31 ġlieda, b'mod impressjonanti u dominanti. Schembri kien preparat bil-kbir għal din it- taqtiegħa, fejn minn barra t-taħriġ kontinwu tiegħu ma' Quendar Pena u Donny Lalonde, kowċis ta' esperjenza kbira fil-boxing mondjali, u sparring ma' boxers ta' kalibru għoli bħal Niclas Elfstedt u Malik Zinad, huwa mar ukoll tliet ġimgħat jitħarreġ ġewwa New York fl-iStati Uniti permezz ta' kuntatti u familjari li għandu hemmhekk Quendar Pena. Huwa tħarreġ ġewwa John's Gym ma' boxer u kowċ ta' fama Victor Mermelada Cayo, li jiġi ħu Quendar Pena. Dan huwa bniedem ta' esperjenza fl-ogħla livell tal-boxing fejn iġġieled ma' boxers ta' fama mondjali bħal Marcos Maidana, Lamont Peterson u Robert Garcia. Schembri għamel trejning u sparring ma' boxer eks champion tad-dinja Javier Fortuna, boxer professjonali promettenti Travis Toledo u bosta boxers oħra ta' livell kemm dilettanti kif ukoll professjonali. Iċ-'Ċoqqos' ġie lura minnhemm b'kunfidenza kbira, sforz it-taħriġ iebes u ta' livell għoli li kellu f 'din l-esperjenza, u kien qiegħed jistenna t-taqbida ta' kontra Zankov biex jagħlaq is-sena b'rebħa u juri lill-partitarji tiegħu l-affarijiet ġodda li kien tgħallem mill-Amerika. It-taqbida nnifisha kienet waħda li ntogħġbot ferm mill-partitarji. Zankov kien avversarju denju u iebes għaċ- 'Ċoqqos', fejn felaħ għall- aqwa daqqiet tiegħu u matul it-tmien rawnds baqa jipprova jitfa' d-daqqiet tiegħu lura. Ħinijiet minnhom Zankov qala' kombinazzjonijiet ta' erba' u ħames daqqiet kontinwi nodfa ġo wiċċu u ma wera l-ebda sinjal li weġġa', saħansitra beda jħeġġeġ liċ-Ċoqqos biex jitfagħlu iktar daqqiet. Iċ-Ċoqqos ovvjament ma ħalliehx imxennaq, baqa' jipprova jinnokkjah sal- aħħar, u apparti 'uppercut' li waqqgħet lil Zankov fil- ħames rawnd fejn hu qam u rkupra tajjeb minnha, sfortunatament ma setax jirbaħ b'knockout. Minkejja dan, iċ-Ċoqqos reġa' rebaħ it-taqbida bi skors kbar, fejn rebaħ it-tmien rawnds fuq l-iskors tat-tliet ġudikaturi. Schembri kien sodisfatt bl-andament u r-riżultat tal-ġlieda, speċjalment wara li rnexxielu jħaddem l- affarijiet il-ġodda li tgħallem fil-kamp ta' taħriġ tiegħu fl-Amerika. Kien kuntent ukoll li għalaq is-sena bi tliet rebħiet u bl-opportunitajiet li ser jinfetħulu fis-sena 2019, taqbidiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Huwa xtaq jirringrazzja lill-isponsors tal-għajnuna tagħhom, fosthom Fort Fitness, Virgata Holdings, Remax Alliance, Sports of the Day, Pizza Factory, Printart u Highscore Academy. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill- partitarji tiegħu talli dejjem jissapportjawh u jmorru jarawh jikkompeti, kif ukoll lill-familja u lit-tfajla tiegħu tas-sapport kontinwu li jtuh fil-ħajja ta' kuljum tiegħu. Wara bidu tas-sena kemmxejn diċli... Christian 'Ċoqqos' Schembri jagħlaq is-sena 2018 b'mod pożittiv u dominanti Christian 'Ċoqqos' Schembri jifraħ bil-kbir wara li rebaħ l-aħħar taqbida tiegħu kontra l-boxer Zankov