Illum previous editions

ILLUM 16 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-Ten-Pin Bowling u kif komplejt tevolvi fl-istess sport? Bdejt meta kelli 16-il sena. Kont ninżel nara liz-ziju tiegħi Silvio Anastasi jipprattika dan l-isport, u qatt ma kont naħseb li kont ħa nispiċċa nipprattikah jien ukoll u nasal fejn wasalt s'issa. Wara biss madwar tmien xhur nipprattika l-Bowling kont ħadt sehem fl-English Junior Open Championships fejn kienu ħadu sehem mijiet t'atleti u kont irbaħt dan l-istess kampjonat. Xi jfisser għalik li int iċ-Champion ta' Malta tal-Bowling? Kampjonat Nazzjonali huwa l-iktar kampjonat prestiġjuż għal kull atleta fid-dinja ta' dan l-isport. Dan jixhed kemm l-atleta jkun ħadem, prattika u stinka f 'dik is-sena biex jirbaħ il- kampjonat, fejn fil-każ tiegħi huwa l-bowling. F'dawn l-aħħar sitt snin irbaħt il-Kampjonati Nazzjonali erba' darbiet. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol u mal-bowling? Meta tkun passjonat u tkun tieħu gost u temmen fl-isport li tipprattika jkollok tqassam ħinek sewwa. Xogħol ikollu jiġi l-ewwel minħabba li finanzjarjament il-Bowling jinvolvi ħafna flus. Dan jinvolvi tagħmir personali u apparat li nużaw fil- Bowling kif ukoll vjaġġar barra minn Malta li jkollna matul is-sena. Matul il-ġimgħa, jiġu organizzati l-Kampjonati mbagħad waqt weekends inkunu qegħdin nitħarrġu u nippratikaw fl-istess ħin. X'inhuma l-unuri prinċipali li rbaħt fil-bowling kemm personali kif ukoll mat-tim li tikkompeti miegħu u anki mat-tim nazzjonali? Erba' darbiet Champion Nazzjonali, English Junior Open Champion, Record holder ta' 3 game series u 6 game series, Deheb u Bronż fil- Kampjonati tal-Mediterran 2015 ġewwa Chania, Kreta Platinum Award – MOC Sports Award 2015 Deheb u Bronż fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2017 ġewwa San Marino It-Tieni Post fis-Swiss Team Event 2017 ġewwa l-Iżvizzera Fidda fil-Kampjonati tal-Mediterran 2018 ġewwa Ankara, Turkija Kampjonati li Team Ok Malta rebaħ dawn l-aħħar snin. X'taħseb li hu s-sigriet tas-suċċess li rnexxilek tikseb fil-bowling? Is-sigriet tas-suċċess tiegħi huwa l-- passjoni, rispett u d-dixxiplina li jien għandi għal dan l-isport u li dejjem inżomm f 'moħħi li nagħmel unur lil Malta meta nirrappreżenta lil pajjiżi ġewwa pajjiżi oħra. Hemm biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ fil-bowling fil-gżejjer Maltin? Nemmen li hemm u ħa jkollna iktar tfal li ħa jippromettu fix-xena ta' dan l-isport b'mod speċjali Sara Xuereb u Matthew Magro li diġà pparteċipaw kif ukoll rebħu titli barra minn xtutna f 'livell internazzjonali. Finanzjarjament huwa diffiċli li wieħed jipprattika l-bowling? Xi bżonnijiet finanzjarji jinvolvi l-bowling? Il-bowling huwa sport li jinvolvi l-ħin u d-dedikazzjoni. Meta tilħaq ċerti livelli li wieħed ikun jixtieq, iva jista' jkun sport li jinvolvi ammont ta' spejjeż. Il-blalen li jintużaw, żraben, ċerti likwidi kif ukoll materjal ieħor jiswew ammonti ta' flus konsiderevoli. Xi ħwejjeġ jew żarbun il-bowler jilbes biex ikun jista' jipprattika l-bowling b'mod effiċjenti? U x'apparat ikollu jixtri? Bowler ikollu bżonn jixtri blalen u jtaqqabhom bil-forma tas-swaba' tiegħu u jrid jixtri wkoll żraben speċjali fejn jiżolqu fuq l-art tal-injam li aħna nilagħbu fuqha. Waqt il- kompetizzjonijiet l-atleti jridu jilbsu l-ħwejjeġ li huma approvati u adekwati għal dan l-isport. Bħala bowlers lokali ssibu għajnuna minn SportMalta? Il-Malta Tenpin Bowling Association dejjem tapplika għall-fondi mingħand SportMalta biex ikunu jistgħu jużawhom għall-kompetizzjonijiet bħall-Kampjonat Ewropew u Kampjonati tal-Mediterran. Il-media tippromovi l-bowling f 'pajjiżna? Il-media f 'Malta hija iktar iffukata fuq il-futbol Malti, però f 'dawn l-aħħar żminijiet saru jagħtu importanza anki f 'qasam ta' sport ieħor. Kull atleta li jipprattika sport f 'Malta dejjem ikun jixtieq iktar kopertura universali biex ikun jista' juri unuri u riżultati pożittivi. Kif tqis il-livell tal-bowlers Maltin meta kkumparat ma' bowlers internazzjonali? Taħseb li dan naqas jew żdied minn meta bdejt tipprattika l-bowling? Il-livell tal-Maltin huwa tajjeb ħafna fix-xena tal-kompetizzjonijiet internazzjonali. Meta tikkunsidra li aħna nipprattikaw il-bowling wara l-ħin tax-xogħol tagħna, huwa ħafna anqas ħin meta kkumparat ma' atleti internazzjonali li jqisu t-Tenpin Bowling bħala x-xogħol ewlieni tagħhom. Meta bdejt il-Bowling ta' 16-il sena sakemm għalaqt 21 sena, ipprattikajt u tgħallimt kemm stajt u rnexxieli nirbaħ titlu wieħed ġewwa l-Ingilterra – National English Junior Open Champion. Meta kelli 26 sena, erġajt bdejt nipprattika l-bowling u sal-lum il- ġurnata rbaħt erba' titli Nazzjonali u kkwalifikajt ġo kompetizzjonijiet ta' livell għoli ħafna. B'unur kbir ngħid li kont ukoll parti minn timijiet fejn irbaħna midalji tad-deheb, fidda u bronż barra minn xtutna. Taħseb li fil-futur bowler Malti jista' jaqla' l-għixien tiegħu esklussivament mill-bowling? Nemmen li fil-futur, iż-żgħażagħ li qegħdin jipprattikaw dan l-isport b'ċertu serjetà, jistgħu jiġu offruti scholarships barra minn Malta. Minn hemm ikollhom il-possibiltà li jmorru jkomplu jipprattikaw u jittrenjaw ġewwa pajjiżi kbar bħall-Amerika, fejn wieħed ikun jista' jgħix minn fuq 'Is-sigriet tas-suċċess tiegħi huwa l-passjoni, rispett Cristian Antony Muscat Mauro Anastasi - fost l-aqwa bowlers li pproduċa t-ten-pin bowling f 'pajjiżna f 'kull żmien u li huwa ċ-champion nazzjonali ta' dan l-isport li kulma jmur qed jikber l-popolarità f 'pajjiiżna grazzi b'mod speċjali għall-ħidma kontinwa tal-Malta Ten-Pin Bowing Association. "Il-bowling huwa dixxiplina sportiva ta' dedikazzjoni u konċentrazzjoni kbira li dawn kollha jgħinuk fil-ħajja tiegħek ta' kuljum u trid taċċetta li rebbieħ dejjem qatt ma tista' tkun. Il-bowling huwa mimli esperjenzi li dejjem jgħallmuk xi ħaġa ġdida fejn tista' tirrifletti u tiġi aħjar milli kont qatt qabel. L-iktar ħaġa importanti hi li qatt u qatt m'għandek taqta' qalbek." "Personalment, iktar milli fiżikament, il-bowling jgħinni l-iktar psikoloġikament. Dan għaliex iżommni kkonċentrat u mentalment kalm waqt il- kompetizzjonijiet u b'hekk ukoll fil-ħajja ta' kuljum jirnexxieli naħseb u nevalwa sitwazzjonijiet li niltaqa' magħhom."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 December 2018