Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632
illum | Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 20 Opinjoni V18 - Għax mhux V28? H ekk kif ninsabu qrib it-tmien tal-mandat tal- Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea wasal ukoll iż-żmien li naraw x'impatt ħalliet fuq il-gżejjer tagħna. Il-proġett ilu ġej u l-għanjiet tiegħu kif deskritti mill- Kummissjoni Ewropea huma li jippromovu u jkabbru l-kultura. Din l-evalwazzjoni ma tinkludi ebda kritika fuq deċizjoniet artistiċi jew kontroversjali dwar persuni politiċi. Minflok se niffoka biss fuq il-kontenut u l-intenzjonijiet tal-programm imfassal mill-Fondazzjoni. Vera li l-programm irriġenera lil Malta u l-Belt Valletta? U għandna aġenda kulturali fit- tul f 'postha? Ejjew nibdew billi naraw x'tip ta' immaġni ħalliet fuq pajjiżna. Il-mod ta' kif l-organizzazzjoni tal- programm kien imħejji ma jurix li kien punt ta' tluq iżda minflok jagħti l-perċezzjoni li l-kultura Maltija laħqet il-qofol tagħha diġà. Il- maġġorparti tal-attivitajiet kellhom tema ta' folklor u tradizzjoni. Naturalment ma għandi l-ebda problema li niċċelebraw il-festi tradizzjonali però naħseb li din hi biss promozzjoni ta' xi ħaga li diġà nħaddnu biżżejjed. Għalkemm hija parti mill-kultura tagħna ma jfissirx li l-kultura għandha titqies minn dan il-lat biss. Donnu qisna dejjem irridu nagħmlu l-affarijiet biex nintgħoġbu ma' kulħadd u nkejlu kollox skont is- suċċess ekonomiku biss. Sfortunatament dan ma jwassal għal xejn ġdid u ma jagħti l-ebda bażi biex nibnu l-futur. Għalkemm għandna napprezzaw il-wirt kulturali tagħna rridu wkoll inħarsu 'l quddiem biex ma nibqgħux imwaħħlin mal-passat biss. Huwa neċessarju li nanalizzaw u niddiskutu aktar il-kompożizzjoni soċjo-kulturali tagħna għax il-kultura għandha bżonn kuntest ġdid sabiex tibqa' ħajja. Dan jista' jsir biss billi nżidu programmi edukattivi li jippromwovu d-djalogu ħalli l-komunità tkun tista' verament tikber u tiftaħ il- bibien għal opportunitajiet ġodda. Hemm bosta temi attwali li ma ngħatawx l-importanza meħtieġa bħal pereżempju l-ekonomija sostenibbli, il-politika, l-ambjent, it-trasport, l-immigrazzjoni u ħafna oħrajn. Bla dubju, dan ma jfissirx li ma kienx hemm inizjattivi tajbin relatati ma' dawn is-suġġetti iżda dawn ma kinux biżżejjed. Kien hemm il-bżonn li jiġi identifikat ukoll pjan ta' inklużjoni kulturali. Ħafna Maltin ma jipparteċipawx f 'attivitajiet kulturali prinċipalment għax ma jħossuhomx inklużi. Ix-xena kulturali hija maqtugħa mir- realtà u tagħti perċezzjoni li hija xi ħaġa riservata biss għal nies b'konoxxenza intellettwali. Dan jista' jinbidel billi nilħqu partijiet differenti tas-soċjetà u billi ninvolvuhom direttament f 'suġġetti li huma rilevanti għalihom. Konna wkoll nibbenifikaw aktar kieku l-programm kulturali kien ikun aktar iffukat fuq avvenimenti żgħar li jolqtu aspetti soċjali differenti. Peress li l-komunità tagħna ġejja minn reġjuni żgħar, kien ikun iktar għaqli kieku inkludejna aktar lill- kunsilli lokali fit-teħid tad- deċiżjonijiet sabiex in-nies jintlaħqu b'suġġetti li jagħmlu sens għalihom. Mill-banda l-oħra, kellna wkoll il-bżonn li nkomplu naġġornaw il-kurrikulu kulturali fl-iskejjel sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ ikollhom il-ħila biex jikbru f 'soċjetà li dejjem qed tevolvi. L-istudenti jeħtieġu li jkunu mgħallma b'metodi kemm formali u mhux formali ħalli ikunu jistgħu jrawmu u jiżviluppaw il-kapaċitajiet tagħhom. Dan iwassalna għall- mod li bih saru l-proġetti ta' riġenerazzjoni fil-Belt. Huwa tajjeb li issa għandna faċilitajiet ġodda bħall- Mużew MUŻA u d-Design Cluster għax dawn jgħinuna biex nospitaw u nżidu l-aċċess għall-kultura. Min-naħa l-oħra, għandna proġetti oħra bħas-Suq tal-Belt u Strada Stretta li għad m'għandhomx viżjoni xierqa. Filwaqt li huwa tajjeb li nirrestawraw u nirriġeneraw, dawn il- proġetti huma biss estensjoni tal-mudell kummerċjali attwali ta' Malta li jiffaċilita l-ġentrifikazzjoni u jżid id- distakk soċjali. Huwa kruċjali li matul il-proċess ta' ppjanar ta' proġetti bħal dawn ikunu wkoll identifikati l-impatti soċjali li se jħallu. Irid isir aktar biex jiġu inċentivati n-negozji u l-komunitajiet sabiex dawn jaħdmu flimkien biex titnaqqas l-inugwaljanza soċjali u tiġi rriġenerata l-Belt b'mod kreattiv u ġust għal kulħadd. Huwa wkoll ironiku li hekk kif qed niċċelebraw il-Belt Kapitali tal-Kultura, dan jirrifletti biss il-mod sponsorjat mill-istat ta' kif iħares lejn l-affarijiet. Dan huwa ċar fil-mod ta' kif il-mafkar temporanju għal Daphne Caruana Galizia ġie mneħħi mill-Ministru tal-Kultura nnifsu meta dan suppost qed nippromwovi l-kreattività u d-diversità fl- interpretazzjoni. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal- għeluq li se jseħħu dalwaqt jindikaw ukoll li se jkunu t-tmiem tat-triq kulturali li suppost ħejjejna għall- ġenerazzjonijiet li jmiss. Wisq nibża' li ma hemm l-ebda viżjoni fuq medda twila ta' żmien u l-opportunità li kellna se tisparixxi u ma tħalli l-ebda wirt għall- avvenimenti tal-futur. Tkun tassew ħasra jekk nitilfu opportunità ta' din ix-xorta. Għadna ċ-ċans li ndawru l-paġna sas-sena 2028... Jekk irridu biss… Luke Caruana huwa PRO u l-Kelliem tal-Alternattiva Demokratika għall-isport u ż-żgħażagħ luke.caruana@alternattiva. org.mt LUKE CARUANA Wisq nibża' li ma hemm l-ebda viżjoni fuq medda twila ta' żmien u l-opportunità li kellna se tisparixxi u ma tħalli l-ebda wirt għall-avvenimenti tal- futur. Għalkemm għandna napprezzaw il-wirt kulturali tagħna rridu wkoll inħarsu 'l quddiem biex ma nibqgħux imwaħħlin mal-passat biss