Illum previous editions

ILLUM 16 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1062632

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew Celeste Galea minn Team Noel kompliet tikkonferma lilha nnifiisha bħala waħda mill-aqwa kick-boxers f 'pajjiżna meta ħadet sehem b'suċċess fi ġlieda barra minn xtutna, eżattament f 'Pariġi f Franza fejn iġġieldet bout ta' K1 4x2 kontra atleta Franċiża, bil-ġlieda ġiet iddikjarata 'draw'. Hija tatna aktar dettalji: "Erba' xhur ilu il-Master Noel Mercieca ġie fuqi u offrieli l-opportunità li nitla' nikkompeti barra minn xtutna ġewwa Franza ma' avversarja tal-livell tiegħi fil-livell amateur. Mill-ewwel aċċetajtha u minn dakinhar bdejt trejning ħames darbiet fil- ġimgħa. Din kienet se tkun l-ewwel esperjenza tiegħi li kont ħa nikkompeti barra min Malta. Kont eċitata ħafna għaliha għax hija xi ħaġa sabiħa li tikkompeti barra minn xtutna u tirrapreżenta l-bandiera Maltija. Bħala event kien event ta' livell għoli ħafna. Ġejna milqugħa tajjeb ħafna mill-Franċiżi. L-avversarja tiegħi kienet Franċiża ta' 29 sena jiġifieri daqsi u ilha tittrenja tliet snin daqsi wkoll! Il-ġlieda kienet ta' 3x2 u l-kategorija ta' 63kg. Ir-riżultat kien dak ta' draw għalkemm naħseb li r-rebħa kellha tkun għalina però meta tiġi barra minn Malta, riżultat draw tkun qed tistennieh. J'alla jerġa' jkolli opportunità oħra li nikkompeti barra minn Malta għax hija esperjenza sabiħa u ta' unur! Ħaġa oħra pożittiva hija dik li tiltaqa' ma' ħafna sportivi oħra ta' nazzjonalitajiet u livelli differenti u titgħallem ħafna minnhom. Intant, proprju fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Celeste innifisha, ħadet sehem f 'bout lokali li fiha wkoll kisbet suċċess kbir. Fi kliemha: "Din kienet l-ewwel sena li l-MKBA (Malta Kickboxing Association ) organizzat dan l-avveniment sabiex jintrebħu it-titli nazzjonali ta' diversi weight categories. Jiena bħala atleta tal-kickboxing li ilni nittrenja u nikkompeti għal dawn l-aħħar tliet snin u nofs ma stajtx nirrifjuta opportuntà bħal din . Għalkemm kont naqra xettika għax hawn Malta m'hawnx ħafna nisa li jikompetu fil- kategorija tiegħi li tiġi 60kg-64.9kg u jekk kien ħa jkun hemm, kienu se jkunu mit-tim tiegħi stess. Kif fil-fatt ġara, l-avversarji tiegħi kienu mill-istess tim però f 'tournament anke barra minn Malta jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet hekk. Dan huwa sport u aħna l-atleti konna sportivi biżżejjed li nagħmlu l-fight u wara ħbieb konna u mija bqajna! Ippreparajt għal dan it-tournament b'ħafna trejning u sagrifiċċju rigward dieta, bħal kull fight oħra . Din id-darba ħassejtni kunfidenti f 'ring ovvjament għax qed intella' l-esperjenza . Fil- kategorija tiegħi konna tlieta u jien irbaħt iż-żewġ fights - l-ewwel waħda b'knockout u l-oħra bil-punti . Ninsab sodisfatta b'dan ir-riżultat u issa jekk Alla jrid f 'Ottubru tas-sena d-dieħla kull min rebaħ ħa nitilgħu l-Irlanda għal tournament ieħor hemmhekk. Nixtieq ukoll nikkongratula lill-kompetituri kollha li ħadu sehem f 'dan it-tournament għax kulħadd għamel ħiltu sabiex tela' fuq ir-ring. Niringrazzja wkoll lill- president tal-MKBA Isacc Chetcuti u lill-Master Noel Mercieca tal-opportunità li tawna!" illum Il-Ħadd 16 ta' Diċembru 2018 Celeste Galea tkompli tikkonferma lilha nni sha bħala waħda mill-aqwa kick-boxers f'Malta Celeste Galea tifraħ wara li kisbet riżultat ta' draw f'Pariġi Franza jekk Alla jrid f 'Ottubru Celeste Galea imkien ma' Keith Azzopardi u Master Noel Mercieca

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 December 2018