Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 15 Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 | illum I ssa sar appuntament ta' kull sena fejn xhur speċifiċi jkunu ddedikati għall- għarfien dwar il-kanċer. Eżempju matul Ottubru magħruf bħala l-'Pink October' titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider, f 'Novembru magħruf bħala 'Movember' titqajjem kuxjenza fuq il-kanċer tal-Prostata tar- raġel fost l-oħrajn. Qed noqorbu issa lejn il-jum dinji tal-Kanċer li ser ikun fl-4 ta' Frar u qed nerġgħu nsibu lilna nfusna fi stat ta' riflessjoni u ħsieb dwar din il-marda. Aktar u aktar meta 1.7 miljun persuna madwar id-dinja kull sena ssib li għandha kanċer. Jekk nieħdu Malta għandna 2,000 każ ta' kanċer ġdid kull sena u 900 mewta. Quddiem dawn l-istatistiċi inkwetanti, wieħed ma jistax jibqa' ċass mingħajr ma jieħu xi tip ta' azzjoni. Ħassejt li kienet responsabbiltà ewlenija tiegħi li nkabbar l-għarfien f 'dan is-suġġett, u kien dan li ħeġġiġni ningħaqad fl-isforzi ma' NGOs Maltin sabiex inżidu l-għarfien. Fuq livell Ewropew, il- Grupp tal-Partit Popolari Ewropew - li tiegħu nifforma parti - determinat li jagħmel il-kanċer wieħed mill-prijoritajiet tiegħu. Jekk irridu niġġieldu l-kanċer, irridu ninvestu aktar fir-riċerka. Il-kanċer fit-tfal hu f 'xi waqtiet rari. Għaldaqstant il-kura f 'dan il-qasam hi aktar kumplessa minn każi oħra ta' kanċer. Hu għalhekk li fil-Parlament Ewropew qed ngħidu li rridu nirduppjaw il-fondi Ewropej għar- riċerka fuq il-kanċer b'mod speċjali fost it-tfal għaliex ir-riċerka hi ċ-ċavetta biex insibu l-kura u l-mediċina neċċessarja. Meta xi xhur ilu kelli l-pjaċir li niltaqa' ma' riċerkaturi mill-Università ta' Malta li qed jagħmlu riċerka dwar il-kanċer, intbaħt kemm għandna nies li qed jaħdmu fis-skiet biex jiġġieldu dan l-għadu komuni. Minkejja d-diversi sfidi li jiffaċċjaw - bħal pereżempju n-nuqqas ta' fondi - dawn ix-xjentisti mhuma xejn għajr eroj li ċertament jistħoqqilhom aktar tifħir. Ma jista' jkollna ebda tama li nsibu xi soluzzjoni għal din il-marda qerrieda jekk qabelxejn ma ninvestux fir-riċerka. U għal din ir-raġuni, nappella lill-Gvern biex jinvesti b'mod aktar qawwi fir-riċerka ħalli niskopru aktar soluzzjonijiet. Sfortunatament statistika tal-Unjoni Ewropea tpoġġina fost l-aħħar pajjiżi fejn jidħol investiment fir- riċerka. B'aktar investiment nistgħu nittrasformaw lill-komunità xjentifika f 'pilastru ewlieni tal- ekonomija, li aktar minn qatt qabel irriduha tkun ibbażata fuq l-għarfien u l-professjonaliżmu. Irridu wkoll aktar kooperazzjoni bejn ir-riċerkaturi madwar l-Ewropa. Pajjiż waħdu ma jistax isib soluzzjoni iżda konvinti li flimkien nistgħu negħlbu l-kanċer. Ma nistax ma nagħmilx referenza għax-xogħol eċċezzjonali li qed jagħmlu diversi għaqdiet Maltin fil-qasam tal-kanċer fosthom il-fondazzjoni 'Action for Breast Cancer', 'Europa Donna', Karl Vella Foundation, Hospice Malta u Puttinu li kelli l-opportunità li niltaqa' u nitkellem magħhom waqt attività li organizzajt biex nisma' aktar l-opinjonijiet tagħhom. Stedint ukoll lil ħafna għaqdiet Maltin, biex jingħaqdu miegħi f 'diskussjonijiet dwar il- policies Ewropej, liema policies se jkunu qed jagħtu forma lill-viżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer. Fil- ġimgħat li ġejjin se nkun qed nassigura li aktar NGOs Maltin jipparteċipaw f 'dawn id-diskussjonijiet. Fil-Parlament Ewropew qed naħdem biex dawn l-għaqdiet Maltin ikunu f 'pożizzjoni aħjar li jiltaqgħu ma' għaqdiet oħrajn bħalhom ibbażati f 'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea. Grazzi għall- appoġġ li sibt mill-eċċelenza tagħha l-President tar- Repubblika ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, għaqdiet Maltin li huma membri tal-Malta Cancer Platform ħa jissieħbu mal- European Cancer League li fi ħdanha hemm l-għaqdiet tal-kanċer madwar l-Ewropa. Dan hu ta' importanza biex l-għaqdiet Maltin jissaħħu b'aktar għarfien favur servizzi mill- aqwa għall-pazjenti Maltin u Għawdxin. Fil-Parlament Ewropew jien naħdem fi ħdan grupp ta' MEPs kontra l-kanċer u hawn fost l-oħrajn qed naħdmu sabiex il-kanċer ikun fuq nett tal-aġenda tal-Politika Ewropea anke wara l-elezzjonijiet ta' Mejju li ġej. Fuq livell politiku, jeħtieġ li nqiegħdu l-kura għall-marda tal-kanċer fuq quddiem nett tal-impenn tagħna lejn is-soċjetà. Wara kollox, dak hu preċiżament li rridu nfissru meta ngħidu 'Soċjetà li Jimpurtaha'. Francis Zammit Dimeh huwa MEP f 'isem il-Partit Nazzjonalista Opinjoni Il-ġlieda kontra l-kanċer Ma jista' jkollna ebda tama li nsibu xi soluzzjoni għal din il-marda qerrieda jekk qabelxejn ma ninvestux fir-riċerka. U għal din ir-raġuni, nappella lill-Gvern biex jinvesti b'mod aktar qawwi Stedint ukoll lil ħafna għaqdiet Maltin, biex jingħaqdu miegħi f 'diskussjonijiet dwar il-policies Ewropej, liema policies se jkunu qed jagħtu forma lill-viżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer FRANCIS ZAMMIT DIMECH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19