Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986
Aħbarijiet 6 JIDHER li l-ftehim prospettiv bejn il-Gvern u l-International Hotel Investments qiegħed jinkwieta mhux biss lill-ambjentalisti, lill- iżviluppaturi, NGOs u għaqdiet oħra, iżda anke lil diversi Deputati tal- Gvern. Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela kif diversi Deputati, inkluż membri tal-kabinett, qed jesprimu t-tħassib tagħhom dwar dan il-ftehim. Sors u Deputat tal-Gvern qal mal-gazzetta ILLUM li "mhumiex ftit" dawk id- Deputati li huma inkwetati dwar dan il-ftehim u saħansitra qal li qed jagħmlu pressjoni biex l-affarijiet jinbidlu qabel ma jittieħed il-vot fil- Parlament. Dan il-ftehim prospettiv se jkun qed jippermetti lill-International Hotel Investments (IHI), sidt il-Corinthia Hotel Group u l-lukanda Radisson, biex twaqqa' żewġ lukandi li għandha fil-Bajja ta' San Ġorġ biex minflokhom twettaq proġett ta' €400 miljun li fost oħrajn jinkludi lukanda ta' sitt stilel, bini ta' torrijiet għal residenzi lussużi u anke uffiċċji. Se jkun il-Parlament li se jiddeċiedi dwar reżoluzzjoni parlamentari, imbuttata 'l quddiem mill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, biex jinbidlu l-kundizzjonijiet li kienu ġew imposti fuq l-International Hotel Investments biex l-art mogħtija lilhom b'konċessjoni mill- Gvern tkun użata biss għal raġunijiet turisti. Iżda l-aktar ħaġa li qajmet diskussjoni huwa l-prezz li se tkun qed tħallas l-IHI. Filwaqt li l-art kienet stmata li tiswa €121 miljun, fil-verità l-kumpanija se tkun qed toħroġ biss €17-il miljun, hekk kif it- €52 miljun l-oħra se jkunu qed jitħallsu minn dawk li jixtru proprjetà biex ibiddlu ċ-ċens minn wieħed temporanju għal dak permanenti. "Jekk dik l-art tiswa l-miljuni kif jista' jkun li aħna se nagħtuha b'xejn?" staqsa d-Deputat li tkellem mal- gazzetta ILLUM. "Jekk hux se jibnu torrijiet ftit jinkwetani għax fl-aħħar mill-aħħar il- battalja f 'San Ġiljan mitlufa, iżda ma jistax ikun li art pubblika nagħtuhielhom b'xejn." Kien hawn li d-Deputat ikkonferma ma' din il-gazzetta li l-kwistjoni kienet diskussa fil-Kabinett u anke fost il- grupp Parlamentari. "Qed nagħmlu pressjoni u sa issa jidher li l-affarijiet se jkunu qed jinbidlu." 'Ħafna ħaduha bi kbira...ma għandniex bżonn kontroversja oħra' Is-sors kompla jinsisti li l-prezz li biha tingħata l-konċessjoni jaffettwa affarijiet oħra u kien hawn li tenna t-tħassib li wrew fl-aħħar ġimgħat l-iżviluppaturi u aġenti ta' proprjetà, jiġifieri li meta l-Gvern jgħaddi art pubblika li se tintuża għal bini residenzjali bi prezz baxx aktar mill-medja, ikun qed jisfrutta s-suq tal-propjetà u jitbiegħed mill-kunċett ta' level playing field għal dawk kollha involuti fis-suq. Fil-fatt dan huwa wkoll it-tħassib li qed turi l-Assoċjazzjoni Maltija tal- Iżviluppaturi. Il-President tagħha, Sandro Chetcuti, waqt il-programm Xtra, saħansitra wissa li l-approvazzjoni ta' dan il-proġett tista' twassal għal 'suwiċidju ekonomiku," għax fi kliemu l-valutazzjoni baxxa tal- art se jkollha effett negattiv fuq is-suq tal-propjetà kollu. Fil-fatt, id-Deputat kompla jisħaq mal-ILLUM li huma ħafna dawk il-kuntratturi, negozjanti u persuni oħra fil- komunità kummerċjali li qed jagħmlu kuntatt miegħu. "Ħafna negozjanti ħaduha bi kbira. Ġieli ċempluli erba' persuni f 'ġurnata jistaqsuni x'qed nagħmlu. Meta jkollok ħafna nies kontra ma tistax ma tagħtix kashom. Ma għandniex bżonn kontroversja oħra," saħaq is-sors. X'jinkludi l-proġett ta' €400 miljun? L-art inkwistjoni kienet illum | Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Deputat tal-Gvern jitkellem mal-gazzetta ILLUM dwar it-tħassib ta' diversi Membri Parlamentari tal-Gvern dwar il-ftehim prospettiv bejn il-Gvern u l-International Hotel Investments għall-art pubblika fi l-Bajja ta' San Ġorġ Deputati tal-Gvern qed jagħmlu pressjoni biex Il-Masterplan għall-proġett ippubblikat mill-gazzetta oħt MaltaToday Impressjoni viżwali mogħtija minn Corinthia li turi kif se tidher l-art wara li tintemm l-ewwel fażi tal-proġett L-art inkwistjoni kif inhi bħalissa