Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

I s-soċjetà magħmula minn firxa wiesgħa ta' bnedmin, li bla ma tinduna jistgħu jkunu vulnerabbli għas-solitudni. Fost dawn insibu bnedmin li jkunu fi grupp, iżda malli tidħol fil-kamra jieqfu jitkellmu minn dak li jkunu qegħdin jgħidu. Hemm bnedmin li jħossuhom iżolati fuq il-post tax-xogħol, bnedmin li jaraw preferenzi żejda mill-ġenituri, studenti bullied fl-iskejjel minħabba sitwazzjonijiet personali, bnedmin li jiġu kontinwament mgħajra u bullied. Hemm min is-salib iġorru saħansitra anki f 'daru minħabba li kontinwament isib bsaten fir-roti mill-ġirien u minn xi daqqiet fid-dar stess, mill-istess membri familjari. Il-ħajja mhijiex faċli u kulħadd bl-istorja tiegħu. Spiss jiġini f 'moħħi ħsieb, l-aktar jien u miexi fit-toroq tagħna, li wara kull bieb hemm storja differenti minn ta' ħaddieħor u kull storja hija unika. It-tbatijiet huma differenti minn ta' xulxin u qatt ma tista' tgħid li t-tbatija ta' ħaddieħor hija akbar jew inqas minn tiegħek. Kulħadd iħoss tiegħu, għax it-tbatija ma titkejjilx. Min għaddej mill-iżolament jista' qatt jseprimi l-baħħ mhux aktar bejn il-ħbieb, iżda bejnu u bejn ruħu. Għax dan il-baħħ qajla tifhmu jekk ma tkunx fih. Mhux dejjem nifhmu t-tifsiriet li dawn il-bnedmin jagħtuna. B'mod sottili, hemm min jagħlaq ix- shutter tal-ħajja u jinqatgħu mill-ħajja soċjali, mhux b' kapriċċ. Ma tismax aktar bihom, u fid-dinja mgħaġġla li qegħdin fiha, mhux dejjem tinduna bin-nuqqas tagħhom. Il-ħoss tagħhom iseħħ meta nisimgħu b'aħbarhom. Hemm min hu aktar radikali, u f 'mument iswed jiddeċiedi li jtemm ħajtu. L-aktar mument drammatiku, meta wħud minn dawn il-bnedmin iħallu warajhom nota, li tħallik tgħodd it-truf tas- sigaretti għomrok kollu, bla dubju jekk tkun sensittiv. M'għandix dubju li jkun hawn min, biex jgħatti xturu jaħraq dik in-nota, bħallikieku ma nkitbet qatt. Nemmen ukoll li minkejja li bqajt għaddej b' ħajtek imma d-dnub ma jorqodx. Minħabba l-mistħija, hemm min jingħalaq fih innifsu u mhux lest ifittex għajnuna professjonali. Min tassew jinsab fil-baħħ u fl-iżolament tal-ħajja ma jitkellimx. Normalment min dejjem jgħid li wasal biex jagħmel waħda minn tiegħu, dawk ikunu l-uniċi bnedmin li jibqgħu għaddejjin b'ħajjithom. Meta tinħasad b'aħbar ta' xi ħadd li tkun taf, l-aktar li tinħasad għall-fatt li fallejt quddiem din il-persuna li minkejja li kont tafha, qatt m'għamilt xejn magħha u għaliha. Fallejt quddiemha u miegħek falliet is-soċjetà nfisha. Pajjiżna, għalkemm f 'diversi aspetti s-solidarjetà tinsab fuq nett tal-aġenda, iżda f 'dar- rigward inħoss li għadna lura sew. L-istat jeħtieġ li jinvesti aktar f 'dan ir-rigward, b'mod speċjali fejn jidħol ix-xandir, il-media soċjali, fl-iskejjel, fil-Kunsilli Lokali, fil-volontarjat, u fil-komunità. Meta kont Sindku fil-Mosta, kont niftaħ l-uffiċċju tiegħi għall-kafè, kull nhar ta' Tnejn filgħaxija mis-19:00 'l quddiem, fejn madwar mejda kienu jiġu dawk li jħossuhom weħidhom, jgħidu kelma. Bla ma jafu kont nistieden bnedmin professjonali biex isegwu d-diskussjoni. Ġieli kont inkun preżenti. Kulħadd jgħid tiegħu u kulħadd lest jaqsam minn dak li għandu ma' xulxin. Dan hu s-sabiħ ta' dawn il-laqgħat u minn hawn jibda l-kunċett ta' solidarjetà fil-komunitajiet tagħna. Kemm m'għandniex nieħdu for granted lil bnedmin, huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin. M' għandekx idea minn xiex tkun għaddejja. Il-ħarġa ta' kull xahar organizzata mill-Kunsill huwa mezz ieħor biex tibni dan il-wens fil-komunità, l-aktar fost l-anzjani tagħna. Meta nkun nista' dejjem nagħmel ħilti li nattendi għax hemmhekk tiltaqa' ma' ħafna informazzjoni f ' dar-rigward. Xi xhur ilu ltqajt ma' anzjan li beda jirrakkontali kif qatta' l-aħħar Milied, wara li kien għadu kif qassam ġidu kollu qabel mewtu lil uliedu. Ma kontx naf x'ser naqbad nagħmel. Ma nafx jekk kellix ngħid kelma jew jekk ninfaqax nibki. L-aħħar Milied qattgħu waħdu. L-akbar weġgħa, li ħadd mit- tliet uliedu ma ċempillu biex jagħtih l-awgurju tal-Milied. X'uġigħ. Din il-ġimgħa stess ċempilli anzjan jgħidli li ma fadallu lil ħadd fil-ħajja, ħlief neputi li jgħix f 'pajjiżi. Talabni nikkonvinċih iċempillu mqar biex jisma' leħnu. Imma l-qalb kiesħa u iebsa ma tħallikx tifhem xi jfisser l-iżolament, aktar u aktar jekk ma tafx xi jfisser. Ir-risposta tan-neputi kienet waħda sempliċi "Jien busy ħafna Onorevoli." L-iżolament huwa realtà kiefra. Illum il-ġurnata kważi kważi saret rari biex iddur fuq xi ħadd li jista' jisimgħek fuq ħwejjeġ personali. Stħarriġ tal-Eurostat ippubblikat fl-2017 juri li l-irġiel iħossuhom aktar weħidhom min-nisa; u li dawk li jgħixu fl-ibliet għandhom anqas nies li jistgħu jiftħu qalbhom magħhom minn dawk li jgħixu fil-kampanja; u li dawk li jaqilgħu anqas flus huma aktar iżolati minn dawk li jaqilgħuha sewwa; U li l-anzjani b'mod partikolari, spiss ma jkollhomx ma' min jgħidu kelma. Nittama li anki fl-iskejjel tagħna, nibqgħu nħambqu u nwasslu messaġġ solidali li l-imħabba m'għandhiex tieqaf biss mal-Istrina u mal- missjoni permezz ta' għajnuna finanzjarja biss. Li nagħtu kas lil dawk li jgħixu qrib tagħna hija waħda mill-isbaħ opri, u dan irid jibda billi nagħtu każ lil dak l-istudent li jpoġġi miegħi fuq l-istess bank ta' l-iskola. Dak l-istudent għandu mnejn iġorr miegħu pakkett mimli tbatijiet. Jekk fl-iskejjel tagħna jkollna bażi tajba, allura nserrħu rasna mis-soċjetà tal-futur! Ivan Bartolo huwa Deputat f 'isem il-Partit Nazzjonalista illum | Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 14 Opinjoni IVAN BARTOLO Stħarriġ tal-Eurostat ippubblikat fl-2017 juri li l-irġiel iħossuhom aktar weħidhom min-nisa; u li dawk li jgħixu fl-ibliet għandhom anqas nies li jistgħu jiftħu qalbhom magħhom Kemm m' għandniex nieħdu for granted lil bnedmin, huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin. M' għandekx idea minn xiex tkun għaddejja L-iżolament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19