Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986
ILGAZZETTA ILLUM tista' tiżvela li nħarġu kważi 3,000 tender mill-Gvern għal xogħlijiet relatati ma' proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej li jaqgħu taħt il-programm ta' Fondi 2014- 2020. Proġetti li jvarjaw minn dawk infrastrutturali fit- toroq, fil-marittimu, fl-ilma, proġetti kulturali ta' restawr, proġetti għat-tisħiħ tas-sigurtà f 'pajjiżna proġetti biex itejbu l-livell ta' għixien ta' gruppi differenti fis-soċjetà, proġetti fit-tisħiħ fil-ħiliet. Fi kliem is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill- Fondi Ewropej Aaron Farrugia, dan ifisser li mhux talli l-Fondi li kisbet Malta ġew investiti kollha f 'pajjiżna u ma ntbagħtu ebda flus lura Brussell, dawn il-fondi ntużaw sabiex jiġi ġġenerat ammont kbir ta' xogħol u tiżdied l-attività ekonomika f 'pajjiżna. Hu żied jgħid illi l-Fondi Ewropej intefqu bl-iktar mod effiċjenti possibbli, hekk kif Malta investiet total ta' madwar €242 miljun. B'dan l-ammont Malta laħqet 100% tal-miri finanzjarji. "L-amministrazzjoni għaqlija tal-fondi Ewropej illum hija parti mis-suċċess ekonomiku li qed jikseb pajjiżna," qal is-Segretarju Parlamentari. Hekk kif wieħed mis- suċċessi ekonomiċi ta' pajjiżna qed iwassal sabiex Malta għandha t-tieni l-inqas rata fl-Ewropa ta' nies bla xogħol il-dan is-sit staqsa lis-Segretarju Parlamentari Farrugia jispjegalna jekk il-Fondi Ewropej humiex parti mill-istimulu li qed jgħin sabiex Malta fl-aħħar ta' Novembru 2018 kompliet tara tnaqqis ta' 19.5% fin-numru ta' nies li qed jirreġistraw għax- xogħol meta kkumparat mal- istess xahar fis-sena 2017. Farrugia qalilna li wieħed mill-pilastri tal-Fondi Ewropej huwa l-Fond Soċjali Ewropew li bih qegħdin inħarrġu l-workforce kurrenti ta' pajjiżna filwaqt li ninvestu fil-ħiliet tal- ġenerazzjoni li tielgħa sabiex dawn ikunu mgħammra bil- ħiliet meħtieġa sabiex jirnexxu fid-dinja tax-xogħol. Hawn huma semma li l-iskemi mmexxija mill-Aġenzija Jobs Plus sabiex inħarrġu l-workforce kurrenti u nsaħħu l-ħiliet ta' dawk inattivi fid-dinja tax- xogħol sabiex jerġgħu jidħlu lura fil-labour market, inkluż dawk li huma meqjusa l-iżjed vulnerabbli bħalissa jwassal għal €35 miljun. • The Work Programme Initiative: €2.1 miljun sabiex jintlaħqu 3,300 persuna li ilhom inattivi għal żmien twil fid-dinja tax-xogħol u jiġu mħeġġa jidħlu lura; • Access to Employment: €5 miljuni sabiex min iħaddem jipprovdi reklutaġġ lil dawk li huma meqjuża l-iżjed vulnerabbli jew l-iżjed li għandhom sfidi biex isibu xogħol. Din hi immirata li tilħaq lil 900 persuna; • Investing in Skills: Bi skema ta' €8 miljun il-businesses issa għandhom l-opportunità li jħarrġu l-ħaddiema tagħhom f 'oqmsa li huma meħtieġa mill-kumpanija sabiex ikomplu jkattru l-produttività tan- negozju tagħhom. Din hi immirata li tilħaq 1,500 ħaddiem. • Training for employment: €10 miljuni sabiex jiġu msaħħa l-ħiliet ta' persuni li jixtiequ jkomplu javvanzaw fid-dinja tax- xogħol jew jeħtieġu ħiliet alternattivi biex ikomplu jimxu 'l quddiem jew jidħlu lura f 'impjieg; • VASTE (Vocational Multi- Disciplinary Assessment Centre). Proġett ta' €11-il miljun immirat lejn 2,500 persuna vulnerabbli li jeħtieġu taħriġ u tisħiħ tal- ħiliet biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u għajnuna mingħand professjonisti bħal job coaches u HR personnel; • Nuturing learning journeys at the MCAST Foundation College. €9 miljun sabiex jintlaħqu 3,700 individwu li jattendu l-MCAST Foundation College u studenti tal-Form 4 u 5 li jkunu qegħdin f 'riskju li jispiċċaw school drop-outs. Hawn qed isiru studju sabiex jaraw x'inhuma dawk il-fatturi li qed iwasslu l-istudenti ma jkomplux jistudjaw, outreaches fi skejjel tal-Form4 u 5 fejn studenti li jkunu se jieqfu bl-istudju tagħhom jiġu mħeġġa jidħlu l-MCAST Foundation College • STAR Kids - €500,000 biex jintlaħqu 850 tifel u tifla li qegħdin f 'riskju ta' esklużjoni soċjali. Dawn it-tfal qegħdin jingħataw ħiliet il-qasam tal-ICT u t-teknoloġija; illum | Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 Aħbarijiet 8 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropea taħt il- Fond Socjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 Il-Ministeru għas-Saħħa jilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Uffiċjal tal-Proġett għall-Proġett: "ESF.02.065 - Establishing a National Platform to Address Social Determinants of Health" Uffiċjal tal-Proġett Kuntratt • Kuntratt ta' tlett snin – 40 siegħa fil-ġimgħa. Rekwiżiti tal-eliġibbiltà • Kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża. Dawk il-kandidati li m'għandomx MQF ta' Livell 1 fil-lingwa Maltija, iridu jattendu u jgħaddu b'suċċess fl-assessjar mill-kors 'Maltese Language 1' offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1 għandhom jitlestew qabel il- konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax (12)-il xahar mill-ingaġġ; • fil-pussess ta' kwalifika Baċċellerat rikonoxxuta f 'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003) fil-Management Studies jew fil-European Studies jew fil-Medicina jew Xjenzi Soċjali jew Xogħol Soċjali jew Relazzjonijiet Internazzjonali jew Business Administration jew Accountancy jew Public Policy jew Xjenzi jew Accounts u Economics jew Amministrazzjoni Pubblika jew Law/ Innovation jew Finanzi jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti. Persuni nteressati ghandhom jissottomettu l-applikazzjoni flimkien ma Curriculum Vitae dettaljat li juru l-kwalifiki u l-esperjenza sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Central European Time) ta' nhar il-Ġimgħa, 25 ta' Jannar 2019. Applikanti li diġa' qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta' Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita' oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji L-applikazzjonijiet għandhom jigu indirizzati lid: Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations, Ministeru għas-Saħħa, Palazzo Castellania, 15, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 Website: https://deputyprimeminister.gov.mt Numru tal-fax: +356 22992604 Indirizz elettroniku: recruitment.health@gov.mt Applikazzjonijiet jistgħu ukoll jiġu sottomessi permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http:// recruitment.gov.mt sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kif indikat hawn fuq. Aktar dettalji dwar din il pożizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazzetta tal-Gvern ippubblikata fil-11 ta' Jannar 2019. Ir-responsabiltà waħdanija ta' din il-pubblikazzjoni hija tal-awtur. L-Unjoni Ewropeja m'hix responsabbli għal xi użu li jista' isir mill-informazzjoni fil-pubblikazzjoni. 3,000 tender għal proġetti ffinanzjati mill- UE għal total ta' €242 miljun Fi kliem is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej Aaron Farrugia, dan ifi sser li mhux talli l-Fondi li kisbet Malta ġew investiti kollha f 'pajjiżna u ma ntbgħatu ebda fl us lura Brussell