Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 | illum Jingħata bidu għall-Eurosport Trail Running League b'parteċipazzjoni doppja mis-sena l-oħra Tara Abdilla u Ryan Farrugia jirbħu l-ewwel unuri. minn Cristian Antony Muscat SA ftit snin ilu, l-isport tat- trail running kien wieħed ftit margħuf, iżda bl-sforzi tal-klabb Agones SFC, dan l-isport kiseb popolarità kbira. Dan intwera minn numru ta' atleti – 240 li rreġistraw għall- ewwel tellieqa tal-Eurosport Trail Running League li saret nhar il-Ħadd fil-Buskett. L-arja kiesħa ta' filgħodu laqgħet lill-atleti li ma qatgħux qalbhom fil-kesħa fina ta' Jannar u l-biża' ta' xita bis-silġ kif kien previst. Ma' dawn l-atleti ngħaqdu wkoll numru ta' ċiklisti u triatleti li kienu ħerqana li jissieħbu f 'din it- tellieqa. Wara sessjoni ta'warm up, l-atleti bdew ir-rotta ta' 4.5 kilometri, imqiegħda fl- inħawi tal-aħħar ftit bosk li fadal ġewwa Malta. Ir-rotta ppermettiet lil- atletli jesperjenzaw terren t'art tajba fil-viċinanzatal- cart ruts storiċi ta' Clapham Junction. Ir-rebbieħa tas- Serje tal-2018, Tara Abdilla (La Salle AC) reġgħet ħadet postha fuq quddiem u rreġistrat l-ewwel rebħa tas-serje f 'ħin ta' 19-il minuta u 24 sekonda. It-tieni warajha kienet il-veterana Carmen Hili (St Patrick's AC) f 'ħin ta' 21 minuta u 31 sekonda. It- tielet kienet Anna Skinner (Raptorz Running Club) f ' 22 minuta 33 sekonda. Fil-kategorija tal-Irġiel Ryan Farrugia (Raptorz Running Club), li diġà għamel isem għalih fit-trail running rebaħ it-tellieqa f 'ħin ta'17-il minuta u 31 sekonda. Minkejja dan, ir- rebħa ta' Farrugia ma kinitx faċli minħabba l-isforzi tal-membru tat-tim tiegħu stess Pierre Chicco li żamm pass sew warajh matul it-tellieqa. Chicco daħal fit- tieni post, b'distakk ta' 15-il sekonda. Fit-tielet post kien Gerald Grech (AS Libertas) b'ħin ta' 18-il minuta u 23 sekonda. Bħala parti mill- isforzi li għaddejjin biex il-klabb jibqa jkun innovattivi, l-Agones SFC ippreżenta lill- atletli b'medalja maħduma bl-idejn iddisinjata minn Philippa Shaw minn Flower Power Gibraltar. Il-midalja kienet magħmula minn biċċiet tas- siġar tal-arżnu miġbura mill-kosta Spanjola. Il-premijiet ingħataw lir- rebbieħa minn Johann Mifsud, Sports Events Executive ta' Eurosport Malta. Il- 'Eurosport Trail Running League 2019' huwa organizzat minn Agones SFC u sponsorjat mill- Eurosport, bl- appoġġ ta' Xemxija Pitstop u Nature Valley It-tieni tellieqa tal-Eurosport Trail Running League se tkun it-tellieqa ta' 6 kilometri, filgħaxija, f 'Birzebbugia li se ssir nhar il-Ġimgħa 15 ta' Frar. Ir- reġistrazzjonijiet jistgħu jsiru online permezz ta' https:// www.agones-sfc.eu/ Ritratti - Daniel Mifsud Bason

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19