Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986
7 Aħbarijiet Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 | illum biex jinbidel il-ftehim prospettiv mal-Corinthia ingħatat b'konċessjoni mill- Gvern fis-snin disgħin bil- kundizzjoni li fuqha jsir biss żvilupp għal raġunijiet turistiċi. Il-kumpanija kienet bniet żewġ lukandi, il-Corinthia San Ġorġ u l-Corinthia Marina Hotel. Aktar tard, l-istess kumpanija kienet xtrat ukoll il-lukanda Radisson. Il-lukanda Corinthia San Ġorġ mhix se tkun qed titwaqqa' u se tinżamm fil-proġett ta' €400 miljun li l-International Hotels Investments għandha ħsieb li twettaq fuq din l-art. Nhar il-Ħadd li għadda, il-gazzetta oħt MaltaToday ippubblikat id-dettalji ta' Masterplan tentattiv li fost oħrajn jinkludi l-bini ta' 12-il blokka, inkluż erba' torrijiet, li l-għoli tagħhom ivarja bejn tmienja u 21 sular. X'qed tgħid il-kumpanija? Anke jekk il-gazzetta MaltaToday spjegat li l-impressjoni viżwali tat-12-il torri kienet magħmula minn perit u ppreżentati f 'abbozz ta' masterplan ippreżentat mill-Corinthia lil dawk kollha kkonċernati, il-Grupp Corinthia ddeskrivihom bħala "fittizji." Il-kumpanija insistiet li sa issa tista' tipprovdi biss il-viżwali relatati mal-ewwel parti tal-proġett, li skont il-ftehim mal-Gvern ikopri biss 15% tal- iżvilupp. Il-kumpanija spjegat kif l-ewwel parti tal-proġett se jinkludi l-bini ta' żewġ torrijiet ta' residenzi lussużi, għolja 15-il sular, fil-parti tan-nofs fejn bħalissa hemm il-Corinthia u l-lukanda Radisson. "X'se jiġri wara din il-fażi jiddependi minn ħafna fatturi, fosthom il-vijabilità ekonomika, kunsiderazzjonijiet marbuta mal-ippjanar u ħafna aktar, iżda fuq kollox, l-impenn tagħna li nassiguraw żvilupp sabiħ li jikkumplimenta l-lukanda ġdida Corinthia," wieġbet il- kumpanija. Mhux hekk biss. Qalet ukoll li l-masterplan tentattiv li kien inkluż mal-ftehim propost, juri wkoll li "l-maġġoranza (75%) tal-art se tibqa' miftuħa." Fi kliem il-kumpanija, dan juri li l-intenzjoni tal-kumpanija huwa li żżomm "ambjent bilanċjat u ħolistiku għal-lukandi lussużi proposti u anke r-residenzi." X'jgħid aktar il-ftehim? Il-ftehim li qed ikun diskuss jgħid ukoll li l-Gvern mhux se jkun qed joġġezzjona għal reklamazzjoni tal-art biswit iż-żona, sakemm jingħataw il-permessi neċessarji mill- Awtorità tal-Ippjanar, li fl-aħħar mill-aħħar tieħu l-aħħar deċiżjoni fuq dawn il- kwistjonijiet. Dwar dan, il-kumpanija qalet li ma għandha l-ebda intenzjoni li twettaq reklamazzjoni tal-art biswit il-proġett. L-IHI se tkun qed tingħata wkoll il-permess li topera konċessjoni għal bajja fuq il- kosta madwar il-lukanda u anke se jkollha "l-poter u l-awtorità," li tippermetti partijiet terzi biex jużaw din iż-żona. Il-kumpanija se tkun obbligata li tipprovdi l-faċilitajiet u s-servizzi li wieħed jistenna minn "bajjiet simili f 'destinazzjonijiet ta' lussu," u li l-bajja tinżamm fi stat tajjeb. X'ġie żvelat ukoll? Apparti dan kollu, ġie żvelat ukoll li l-ftehim prospettiv jippermetti lill-kumpanija biex titrasferixxi l-kuntratt lil kwalunkwe kumpanija oħra. Il-ftehim, jekk approvat kif inhu, jippermetti wkoll lil IHI biex tinnegozja mill-ġdid il-kuntratt f 'każ li ċirkostanzi "ekonomiċi u soċjali" eċċezzjonali (li ma jkunux previsti meta l-kuntratt jiġi ffirmat) ipoġġu pressjoni kbira fuq il-kumpanija biex tonora ż-żmien li matulu għandu jitwettaq il-proġett. Fi kliem sempliċi, il-kuntratt se jagħti dritt lill-kumpanija biex tinnegozja mill-ġdid il- ftehim jekk jidrilha li l-klima soċjo-ekonomika tal-pajjiż tkun inbidlet b'tali mod li ma tkunx tista' twettaq il-proġett kif ippjanat. Kif se tkun qed tħallas lill- Gvern? L-IHI se tkun qed tħallas €1 miljun biss malli l-kuntratt ikun iffirmat. €3 miljuni oħra se jitħallsu fi żmien tliet snin mid-data tal-kuntratt, filwaqt li l-aħħar €13-il miljun se jitħallsu wara li jinħarġu l-pagamenti tal-ippjanar. Filwaqt li l-ewwel €4 miljuni għandhom jitħallsu anke jekk il-permessi ma jinħarġux, it- €13-il miljun li jifdal jitħallsu skont il-permessi maħruġa. Dan ifisser li jekk l-Awtorità tal-Ippjanar tapprova inqas żvilupp minn dak propost, il- prezz jonqos fuq bażi pro-rata. B'kollox il-Gvern irid idaħħal €52 miljun, fosthom is-€17-il miljun premium, li jinkludi wkoll iċ-ċens tal-art. Kif spjegat qabel, se jkunu terzi persuni li jixtru uffiċċju jew residenza, li se jagħżlu huma jbiddlux iċ-ċens minn wieħed temporanju għal dak permanenti. Jekk jagħżlu li jaqilbu ċ-ċens għal wieħed permanenti, dawn iridu jħallsu €250 għal kull metru kwadru lill-Gvern. F'każ, li dawn il-partijiet terzi jiddeċiedu li ma jbiddlux iċ- ċens, dan se jkollu jiġi mifdi mill-kumpanija sussidjarja Five Star Hotels Limited fi żmien sentejn mill-kuntratt bejn l-IHI u x-xerrejj/a. X'qed jgħidu l-partiti u l-għaqdiet dwar dan il-ftehim? Konrad Mizzi: "Il-Corinthia diġà kellhom titlu fuq l-art...ma ħadu l-ebda skont" Adrian Delia: "Jew Konrad Mizzi mhux kapaċi jinnegozja jew Konrad Mizzi ħalliel tal-poplu Malti u Għawdxi" Graffitti: "Każ sfaċċat ta' serq ta' negozjanti kbar mingħand il-poplu." Partit Demokratiku: "L-art pubblika u l-baħar qed jiġu amministrati daqs li kieku Malta kienet fewdu ggvernat bi dritt" Alternattiva Demokratika: "Il-Gvern sar aġent tal-ispekulazzjoni għall-Grupp db u l-Grupp Corinthia" Malta Developers Association: "Ftehim li jnaqqar mil-livell ta' level playing field għal dawk kollha li jinvestu fil-proprjetà" FAA: "Trattament preferenzjali u diskriminatorju mogħti lill-ispekulaturi għad-dettriment tal-pubbliku"