Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 | illum 'Għadna ppreparati u lesti biex inħaffru mina taħt il-Belt Valletta' FLAĦĦAR ġimgħat instema' ħafna dwar il-mina li se tkun qed tinbena bejn Malta u Għawdex iżda donnu ntesiet mina oħra li kellha titħaffer taħt il-Belt Valletta biex tgħaqqad Tas-Sliema mal- Kottonera permezz ta' servizz ġdid ta' trasport bil-baħar. Iżda din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija AX Group, Michael Warrington, li kkonferma li għadhom ippreparati u lesti biex iwettqu dan il-proġett. Anke jekk it-tir kien li dan il-proġett ikun lest u jkun jiffunzjona sal-2018, is-sena li fiha l-Belt Valletta kienet qed iġġorr it-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, kollox jindika li ftit li xejn kien hemm żviluppi dwar din il-mina. Kemm Projects Malta u anke l-Ministeru għat-Turiżmu qalu mal-gazzetta ILLUM li preżentament għadhom għaddejjin in-negozjati bejn il- Gvern u l-kumpanija privata. Anke jekk la Projects Malta u lanqas il-Ministeru ma rreferew għall-ebda problema, fil-kummenti tiegħu ma' din il-gazzetta, Michael Warrington qal li wieħed jittama li "jekk hemm xi problemi fil- proċedura li qed iwaqqfu dan il-proġett," dawn ikunu riżolti fix-xhur li ġejjin, għax fi kliemu, l-AX Group jemmen ħafna f 'dan il-proġett. Mistoqsi jekk sarux studji dwar din il-mina, Warrington saħaq li saru "bosta studji" u li jkopru l-aspetti kollha ta' dan il- proġett, inkluż dawk marittimi, tekniċi u finanzjarji. Fi kliemu, dawn kollha wrew li dan il- proġett jista' jsir. Iżda aktar minn hekk, fakkar li meta l-UNESCO, f 'Marzu tal- 2017, tat l-approvazzjoni tagħha għal dan il-proġett, ibbażat id- deċiżjoni tagħha fuq ir-riżultati ta' dawn l-istudji. Meta mistoqsi x'inhuma l-passi li jmiss, Warrington saħaq li fadal jiġi ffirmat il-ftehim tal-konċessjoni mal-Gvern iżda wara jkun jonqos ukoll l-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar biex ix-xogħol ikun jista' jibda. Ftit jiem wara li l-UNESCO tat l-approvazzjoni tagħha, iċ-Chairperson tal-AX Group, Anġlu Xuereb, kien saħaq li l-ftehim se jkun iffirmat "dalwaqt," għax fi kliemu kienu qed jistennew biss l-approvazzjoni tal-UNESCO. F'Settembru tal-2017, waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-Gvern kien ħabbar investiment ta' €24 miljun għar- riġenerazzjoni tan-naħa t'isfel tal-Belt Valletta, il-Ministru Konrad Mizzi kien reġa' semma l-konċessjoni u qal li din se tkun iffirmata "fil-ġimgħat li ġejjin." Minkejja dan, sal-lum dan il- kuntratt għadu ma ġiex iffirmat. Jekk il-kuntratt ikun iffirmat u l-Awtorità tal-Ippjanar tapprova dan il-proġett, il-Kap Eżekuttiv saħaq li l-AX Group jinsab kunfidenti li jlesti l-mina fi żmien 18-il xahar mill- approvazzjoni. Meta ssemma għall-ewwel darba dan il-proġett? L-AX Group kienet l-unika kumpanija li rrispondiet għal sejħa ta' interess, maħruġa minn Projects Malta fl-2015, għad-disinn, il-bini u t-tħaddim ta' modi differenti ta' trasport fil-Port il-Kbir u fiż-żoni ta' madwar il-port ta' Marsamxett. Fost oħrajn, din is-sejħa kienet tispeċifika li l-proġetti kellhom mhux biss ikunu effiċjenti u effettivi iżda lanqas ma jkunu jinkludu karozzi. Fi kliem sempliċi, l-AX Group qed jipproponi t-tħaffir ta' mina fil-livell tal-baħar, liema mina tgħaddi minn taħt il-Belt Valletta u li minnha jgħaddu l-laneċ li jgħaqqdu Tas-Sliema mal-Kottonera. X'nafu sa issa dwar din il- mina? Iċ-Chairperson tal-AX Group, Anġlu Xuereb, kien spjega kif is-servizz ta' trasport bejn Tas- Sliema u l-Belt u bejn il-Belt u l-Kottonera se jibqa' jeżisti iżda l-passiġġiera se jkunu jistgħu wkoll jaqsmu minn Tas-Sliema u l-Kottonera u viċi-versa billi jibqgħu fuq il-lanċa. Spjega kif apparti minn hekk, persuni li jkunu jridu jaqsmu minn Tas-Sliema għall-Belt, minflok jieqfu Marsamxett, ikunu jistgħu jieqfu l-Port il- Kbir u jitilgħu l-Belt permezz tal-lift tal-Barrakka u b'hekk jiffrankaw t-tlajja' li l-Belt hija tant magħrufa għalihom. It-tir tal-AX Group huwa li jkun hemm żewġ laneċ, u lanċa oħra f 'każ li jkun hemm bżonn. Mill-pjanti u l-pjanijiet li ppreżenta l-AX Group, din il-mina għandha tkun wiesgħa seba' metri, twila 800 metru u bil-vjaġġi minn Tas-Sliema għall-Kottonera u viċi-versa jieħdu madwar 20 minuta kull wieħed. Il-proġett għandu jiswa mat-€12-il miljun. Għal dan il-proġett kellhom ikunu involuti wkoll l-inġiniera barranin li ħadmu fuq il-mini li saru bħala parti mill-proġett nazzjonali għat- taffija mill-għargħar. Għalfejn kien hemm bżonn l-approvazzjoni tal-UNESCO? Minħabba l-fatt li l-Belt Kapitali hija fuq il-lista tal- Organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO), proġett bħal dan, li se jara t-tħaffir ta' mina taħt il-Belt Valletta, kellu bżonn l-approvazzjoni tagħha. Fid-deċiżjoni tagħha, il- UNESCO kienet iddeċidiet li dan il-proġett mhuwiex ta' theddida għall-wirt storiku u arkitettoniku li bih hija mżejna l-Belt Valletta. Fil-fatt, Xuereb kien spjega wkoll kif fid-disinn tal-mina kienet ingħatat attenzjoni partikolari biex din ma tgħaddix minn taħt is- sotterranji tal-Belt u minn taħt bini ieħor importanti. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, li taħtu taqa' l-Aġenzija Projects Malta, kien saħaq li permezz ta' dan il-proġett, il-Gvern kien se jkun qed iwettaq wegħda oħra, jiġifieri li jiffaċilita t-trasport fil-Belt b'mezzi varji. Apparti l-Ministru Mizzi, il- proġett kien qed ikun imbuttat ukoll mill-Ministru Joe Mizzi li fi żmien li tħabbar il-proġett kien Ministru għat-Trasport. Il-gazzetta ILLUM bagħtet tistaqsi lill-Ministeru għat- Trasport, li issa huwa f 'idejn il-Ministru Ian Borg, dwar il-progress li sar dwar dan il-proġett. Madanakollu, il- Ministeru talabna ngħaddu kwalunkwe mistoqsija dwar dan il-proġett lill-Ministeru għat-Turiżmu. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Kap Eżekuttiv tal-AX Group jittama li fi x-xhur li ġejjin ikunu solvuti 'problemi' li jista' jkun hemm fi l-proċeduri u li qed iwaqqfu l-proġett ta' tħaffi r ta' mina taħt il-Belt, biex servizz ta' trasport bil-baħar jgħaqqad lil Tas-Sliema mal-Kottonera Michael Warrington

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19