Illum previous editions

Illum 20.01.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1072986

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet ILPRESIDENT ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca ngħatat dottorat tal-liġi honoris causa mill- Università ta' Leicester waqt iċ-ċerimonja ta' gradwazzjoni li saret il-Ġimgħa 18 ta' Jannar, ġewwa s-Sala De Montfort, f 'Leicester. Waqt id-diskors ta' ringrazzjament, il- President Coleiro Preca rringrazzjat lill-Università ta' Leicester għall-unur li ġie ppreżentat lilha, u qalet li "dan huwa tassew mument memorabbli f 'ħajti, li ser nibqa' ngħożż għal dejjem." Il-President faħħret lill-istess università għas-sens ta' inklużjoni li tħaddan, u li permezz ta' dan l-università qed tippromovi l-aktar valuri importanti tal-umanità, fosthom, id-dinjità umana. "Dawn il-valuri huma għal qalbi ħafna. Għalhekk, jiena nħossni tassew marbuta ma' din l-università, u nħossni onorata li ġejt magħżula propju sabiex ikun hemm din l-istess konnessjoni. Jiena tassew kburija bl- Università ta' Leicester għaliex hija università li qed tkun eżempju ħaj ta' kif għandha tkun il- familja umana tagħna. Inħares 'il quddiem sabiex din ir-rabta tikber u titjieb, anke billi jiġu esplorati modi differenti ta' kollaborazzjoni diretta mal-Università ta' Malta", tenniet il-President. Il-President Coleiro Preca ddedikat dan l-unur għat-tfal kollha ta' Malta, tar-Renju Unit u tad-dinja kollha, b'mod partikolari, għal dawk il-264 miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja li m'għandhomx aċċess għall-edukazzjoni. Hija qalet li dawn it-tfal qed jiġu mċaħħda minn dritt uman fundamentali, u anke minn dritt fundamentali li t-tfal għandhom, u li jissemma fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal- Ġnus Magħquda—liema konvenzjoni din is-sena tagħlaq 30 sena minn mindu ġiet iffirmata mill- maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja. Il-President kienet akkumpanjta mill- Kummissarju Għoli ta' Malta għar-Renju Unit Joseph Cole. illum | Il-Ħadd 20 ta' Jannar 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir- Repubblika, Valletta San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi Rational Pharmacy, 74/75, Triq il- Wied, Birkirkara Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Pietà J.V.'s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Swieqi Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Sliema St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard Tat-Tarġa Pharmacy, Plot No. 2, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba Brown's Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, Isla Felice Dispensary, 105, Triq is-Sant- warju, Żabbar Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker, Gudja Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il- Bronja, Żurrieq Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Spiżerija Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indip- endenza, Victoria St. John's Pharmacy, 85, Triq l-Indi- pendenza, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Imsaħħab u iktart tard bix- xita li tista' tkun bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ VIŻIBILITÀ: Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita RIĦ: Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 4 lokalment forza 5 BAĦAR Ħafif għal moderat lokalment moderat, li jsir moderat għal qawwi L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira msaħħab bil- ħalbiet tax-xita, lokalment bir-ragħad u buffuri tar-riħ, li jsir ftit imsaħħab sa filgħaxija VIŻIBILITÀ: Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita RIĦ: Punent il-Lbiċ forza 3 lokalment forza 4 BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir lokalment moderat agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-President Coleiro Preca tingħata dottorat tal- liġi honoris causa mill- Università ta' Leicester SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Persuna mfittxija REFERENZA qiegħda ssir għall-Istqarrija Stampa PR 37 19 li ħarġet nhar is-17 ta' Jannar 2019, rigward raġel ta' 31 sena li kien qed jiġi mfittex mill- Pulizija. Ir-raġel ġie arrestat aktar kmieni u qed jinżamm fil-faċilità korrettiva ta' Kordin. Il-Pulizija tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku għal kull għajnuna li setgħet ingħatat.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 20.01.19